Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet minkejja d-daqqiet li jaqla' parti daqstant importanti. Dan għaliex fl-2003, wara referendum li kellu r-riżultat ikkontestat minn Alfred Sant, il-kwistjoni prinċipali li tefgħet dell fuq kull kwistjonijiet oħra kienet dik dwar id- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. L-elezzjoni tal-2008, kienet partikolari minħabba r-riżultat u minħabba li kienet iddominata minn diżillużjoni tan-Nazzjonalisti, li xorta ma kienux lesti li jivvutaw PL. Dan ifisser illi minkejja l-akkużi serji fil-konfront ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi fil-każ ta' '17 Black', jekk il-poplu se jkompli jivvota bejn wieħed u ieħor fuq l-istess xejriet tal-elezzjonijiet fl-aħħar 30 sena, iċ-ċans huwa li jibqa' jkun elett Muscat jew Gvern Laburista. Rebħiet storiċi għall-PL Muscat jibqa' l-mexxej Laburista li kiseb l-akbar rebħiet għall-Partit Laburista. Neħħa lil dan il-partit mill- abbissi tat-telf li ħafna ħassew li kien spiċċa fih wara t-telfa tal-2008, li kienet elezzjoni li kollox kien jindika li l-Labour kien se jirbaħ. Wara l-2008, il- Laburisti kienu diżillużi ħafna u l-poplu fil-maġġoranza tiegħu kien diġà beda jiddejjaq minn Gvern Nazzjonalista. Rebħa bi żbrixx b'1,800 vot kien sinjal ċar tal-għejja tal-poplu lejn Gvern li kien ilu hemm 19-il sena. Kien f 'dan il-kuntest illi Muscat beda tiela' l-iskaluni politiċi. Ir-rebħa tal-2009 fl- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew b'135,917 (54.77%), b'distakk ta' 36,000 vot fuq il-PN kienet indikazzjoni ta' dak li kien għadu ġej. Minn hemmhekk il-Partit Laburista mmexxi minn Muscat rebaħ l-elezzjoni tal-2013, l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 2014 u l-elezzjoni tal-2017, kollha b'marġini ikbar minn 35,000 vot f 'distakk mill-PN. Dan ipoġġi lil Muscat 'il fuq minn kull mexxej Laburista ieħor f 'termini ta' suċċessi elettorali u għal-Laburisti, apparti mir-rebħiet infushom, huwa l-aktar politiku li umilja lill-Partit Nazzjonalista, anke meta kien hemm indikazzjonijiet li l-PN għamel avvanz qawwi bl-għajta kontra l-korruzjoni. Dan ipoġġi lil Muscat s'issa fuq l-istess livell jekk mhux ogħla minn Mintoff għaliex irnexxielu jsalva kull forma ta' attakk, akkuża u allegazzjoni mill-avversarju. Il-Laburisti jibqgħu jappoġġjaw lil Muscat għax jafu li kemm idum hu l-isfida għall-PN biex jirbaħ se tibqa' waħda diffiċli ħafna. Oppożizzjoni dgħajfa u li taf tiddgħajjef iktar Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista timmerità analiżi għaliha. Imma fattur ewlieni tas-suċċess ta' Muscat jibqa' l-fatt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha waħda pjuttost dgħajfa. Iktar milli l-oppożizzjoni fil-forom kollha tagħha hija dgħajfa, huwa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li ma jistax isib saqajh. Parti, anke jekk minoranza, tal-PN u għalhekk dik is- sezzjoni ta' votanti li għadhom qed iżommu fermament it-torċa ta' Daphne Caruana Galizia ma jridux jafu b'Delia. Ħafna minn dawn għadhom iħossu li Delia mhux idoneu li jmexxi sforz id-dellijiet li ntegħu fuqu minn Caruana Galizia stess matul il-kampanja biex isir Kap tal-PN. Anke jekk il-PN ma rebaħx bl-għajta tal-governanza tajba u l-għajta kontra l-korruzzjoni, din kienet l-għajta u l-missjoni li tagħmel lill-PN differenti mill-PL. Illum u s'issa, minkejja kull attentat, jinħass illi l-PN tilef din l-għajta li kienet tagħmlu differenti mill-għajtiet tal-PL u magħha tilef porzjon ta' voti li mingħajrhom jaf jikseb riżultat saħansitra agħar minn dak tal- 2017, fl-2019. Dan kollu jpoġġi lil Muscat fuq livell popolari bil- wisq ogħla minn Delia u jikkonsolida l-ħsieb popolari fost dawk diżillużi bil-Labour, wara l-avvenimenti u l-istejjer tal-aħħar xhur u speċjalment tal-aħħar ġimgħat, illi m'hemmx għażla oħra vijabbli. 'it-tnejn maħmuġin', 'it-tnejn l-istess', 'it-tnejn ma fihomx x'tagħżel', 'it-tnejn korrotti', hemm min jgħid. Kull meta 'it-tnejn ikunu l-istess' jirbaħ Muscat. Għax tnejn l-istess ifisser li taqa' għal dak li huwa 'safe', li taf min hu. Muscat jaf li qabel ma' Delia jibda jiġbed l-mases warajh u qabel ma jasserixxi lilu nnifsu bħala l-awtorità morali għall- partit u għall-pajjiż, minkejja kull allegazzjoni hu jibqa' jirbaħ. Muscat qed jittama li jagħti tisbita oħra lill-PN bir-riżultat, li fl-istadju finali tat-tmexxija tiegħu jagħti daqqa oħra li tkompli ddgħajjef lill-PN. Interessi settorjali moqdijin U finalment. Parti mill- istorja ta' suċċess numeriku fl-elezzjonijiet ta' Muscat huwa marbut mal-politika tiegħu u tal-Gvern u jagħti ħarsa partikolari lejn il-bżonnijiet settorjali ta' diversi oqsma jew gruppi ta' votanti. Għalkemm qatt ma sar studju xjentifiku, jinħass sew illi fl-2013 speċjalment u anke fl-2017 dak li barra minn Malta jissejjaħ il-vot roża (persuni LGBTIQ) xaqleb sew lejn il-PL. Dan xaqleb lejn il-PL hekk kif dan il-partit wiegħed l-Unjoni Ċivili u fl-2017 żwieġ ugwali bid-dritt li tapplika għal adozzjoni. Dan ma jfissirx illi kull persuna LGBTIQ li vvutat Labour ma jinteressahiex mill- governanza jew mill-ambjent, jew mill-meritokrazija, imma jfisser li dan is-settur imdaqqas ta' nies (li kienu wieħed mill- fatturi ewlenin biex kien elett Muscat) għarfu l-opportunità tad-drittijiet ġodda li f 'pajjiżna kienet xi ħaġa li lanqas timmaġina. Muscat induna li hawnhekk kellu eluf ta' voti diretti mingħand persuni li huma LGBTIQ u li ħafna minnhom kienu vvutaw biex Malta ssir membru tal-UE u anke, possibilment u probabilment PN. Muscat jaf ukoll li eluf magħhom li huma ta' familjari, qraba u anke ħbieb, ivvutaw PL ukoll bħala appoġġ. Dan huwa eżempju ċar tal-eżerċizju elettorali illi fih Muscat u l-PL indentifika setturi differenti illi jista' jattira lejh fuq kwistjonu partikolari li tgħaqqadhom. Bħall- persuni LGBTIQ hemm il-ġenituri li ma jistax ikollhom tfal permezz tal-IVF, hemm il-kaċċaturi permezz ta' tibdiliet fil-ħinijiet tal-kaċċa fil-Park tal-Majjistral, hemm ix-xellugin permezz ta' avvanzi fil-qasam tal-kirjiet privati u l - f t e h i m fuq il- paga minima, il-kuntratturi permezz ta' llaxkar ta' proċessi li setgħu kienu wisq burokratiċi, il-liberali permezz tad-dikriminalizzar ta' liġijiet, tal-festi (ħafna minnhom fil- fatt konservattivi) permezz ta' għajnuna diretta għal xogħlijiet ta' restawr u tibdiliet fil- liġi biex ikunu protetti l-kmamar tan-nar... u nistgħu nibqgħu sejrin. Muscat għalhekk jibqa' politiku diffiċli li jitkisser għax għandu favurih il-qagħda ekonomika tal- pajjiż, għax bena eġemonija fuq strateġija partikolari ħafna, għax ġie fi żmien fejn l-aptit għal Gvern Nazzjonalista jibqa' ftit u għax għandu avversarju maqsum u sparpaljat. Bħal dejjem imma, ġimgħa hija twila fil- ħajja politika... 'Parti kbira mir-raġuni għar-rebħa ta' Muscat fl-2013 kienet l-ekonomija, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u r-rabta diretta bejn korruzzjoni reali jew perċeputa mad-dħul tal-persuna'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018