Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 WARA li din il-ġimgħa l-Qorti ordnat lis-Soċjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule biex sa Settembru toħroġ mill- Każin li kienet ilha tikri għal għexieren tas-snin, għajnejn diversi dilettanti tal-festa daru fuq il-każini tal-baned mifruxa kważi f 'kull lokalità f 'Malta u Għawdex. Il-gazzetta ILLUM għamlet l-istess mistoqsija li għamlu ħafna. Jekk is-sidien, tal-binjiet li qed jinkrew lis-soċjetajiet mużikali, jiddeċiedu li jieħdu passi bil-liġi għax mhux qed jieħdu biżżejjed kirja mill- proprjetajiet, x'se jsir mill- każini tal-baned? Kieku kellu jiġri hekk, 20 każin tal-banda jkunu taħt il-mannara. Minn informazzjoni li l-gazzetta kisbet mill-Għaqda Każini tal-Baned, 20 każin tal- banda huwa mikri mingħand il- privat. Fost dawn hemm uħud mill-akbar każini tal-baned, bħal dawk ta' San Gejtanu u San Ġużepp tal-Ħamrun, iż- żewġ każini tal-baned Mostin, il-każin tal-Banda Duke of Connaught's ta' Birkirkara u anke l-każin tal-Għaqda Soċjo- Mużikali Anici ta' Ħal Qormi. Anke jekk il-maġġoranza ta' dawn il-każini għandhom il-kirja protetta, għax ta' qabel l-1995, hemm argumenti oħra li s-sidien jistgħu jagħmlu u kif jgħid il-Malti, isallbu lil dawn l-għaqdiet volontarji li huma r-ruħ tal-festa Maltija u li minkejja s-servizz kulturali u mużikali tagħhom, l-uniku qligħ ġej minn xi bar jew xi attività organizzata mill- voluntiera. Uħud, minn dawn il-każini tal-baned diġà qed jaffaċċjaw każijiet pendenti l-Qorti, fosthom l-Għaqda Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun u l-Għaqda Mużikali Duke of Connaught's. L-Għaqda Mużikali San Leonardu diġà għaddiet minn xeba taqtigħ ta' qalb, tant li minn jeddha kellha ssib sid alternattiv. Każ ieħor dwar il-proprjetà mikrija li fiha hemm is-sede tas-Soċjetà Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta, saħansitra spiċċa quddiem il- Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Ta' De Paule tefgħu l-ġebla fuq saqajhom? Iżda wieħed jeħtieġ jagħmel differenza bejn il-każ tas- Soċjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule u każijiet oħra li fihom is-sid jew is-sidien qed jargumentaw li nkisrilhom id-dritt bażiku li jgawdu l-proprjetà tagħhom Fil-każ tal-Banda Kristu Re kollox idur madwar xogħlijiet strutturali li s-Soċjetà wettqet fil-bidu tas-snin disgħin bil-għan li jitkabbar il-każ. Sidien kienu fetħu kawża fl-1997 jargumentaw li skont il-kuntratt tal-kera, l-inkwilini (jiġifieri minn qed jikri) ma jistgħux jagħmlu alterazzjonijiet strutturali, jekk mhux bl- approvazzjoni tas-sidien. Mal-gazzetta ILLUM, l-avukat Bernard Grech spjega li għalkemm kirja tista' tkun protetta, għax ta' qabel l-1995, l-inkwilini jistgħu jitilfu "l-protezzjoni" tagħhom jekk ma jonorawx l-obbligi kollha tagħhom. F'dawn il-każ, il-Qorti ddeċidiet li s-Soċjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule naqset mill-obbligi tagħha. Dwar dan tkellimna wkoll mas-Segretarju tas- Soċjetà Filarmonika, Gordon Dalli, li kkonferma li l-kuntratt jgħid iswed fuq l-abjad li x-xogħlijiet għandhom isiru mill-inkwilini iżda jkun infurmat is-sid. Li ġara huwa li fl-1991 l-Banda kienet xtrat il-propjetà li nifdet mal-każin mingħand waħda mill-familji li tikri l-binja mingħandhom. Dalli saħaq li s-Soċjetà dejjem ikkommunikat ma' din il-familja iżda mhux mas-sidien l-oħra li għandhom sehem fil-kirja. Kien hawn li beda l-każ li wassal lill-Qorti tal-Appell biex tikkonferma s-sentenza tal-ewwel qorti u tordna lis- Soċjetà biex sa Settembru li ġej, inqas minn xahrejn wara l-festa ta' Kristu Re, toħroġ mill-proprjetà. Dan apparti x-xogħlijiet li trid twettaq l-istess Soċjetà biex terġa' treġġa' l-binja għall-istat oriġinali tagħha, jiġifieri trid terġa' ttella' l-ħitan li waqqgħet biex tniffed mal- binja li xtrat. Imma vera li De Paule se tispiċċa? Minkejja li midja interpretat kumment tas-Segretarju u qalet li s-Soċjetà se tkun sospiża, mal- ILLUM Gordon Dalli insista li dan mhux minnu. Fl-aħħar ta' Mejju se tkun qed issir Laqgħa Straordinarja biex tkun diskussa s-sitwazzjoni, għalkemm Dalli kkonferma ma' din il-gazzetta li se jiefqu immedjatament l-impenji li kellha s-Soċjetà. Fost dawn, il-Banda mhux se tkun qed tieħu sehem fil-festa titulari ta' Kristu Re li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Lulju. L-għan huwa li jonqsu l-ispejjeż, filwaqt li kull dħul mill-attivitajiet organizzati minn diversi sezzjoniet tas- Soċjetà se jmorru kollha għal għan wieħed, jiġifieri li jinstab sid alternattiv. Għalissa se jieqaf ukoll ix-xogħol fuq il-planċier tal-banda li x-xogħol fuqu kien għaddej ġmielu. Ma setgħux sabu sit alternattiv qabel? Staqsejna wkoll lis-Segretarju dak li qed jistaqsu ħafna. Il-każ ilu għaddej 20 sena, ma stajtux ħsibtu minn qabel għal sit alternattiv? Fit-tweġiba tiegħu, is- Segretarju kien skjett. "Għandna biex nixtru xi mkien ieħor imma dak huwa l-każin tal-banda," saħaq Dalli waqt li tkellem fuq l-għadd ta' anzjani li ta' kuljum jintefgħu fil-każin, jieħdu birra u jgħidu kelma. "Filgħodu l-każin qisu day centre." Dwar jekk ħasbux li jixtru l-propjetà, is- Segretarju wieġeb li l-binja tiswa l-miljuni u l-banda ma taffordjahiex. Saħaq li anke sehem wieħed mill-kirja ppruvat tixtri imma "mhux se jlaħħqu mal-ħlas mitlub." Li hu żgur huwa li l-għan tas-Soċjetà huwa li tixtri binja fil-pjazza ta' Raħal Ġdid iżda lanqas dan mhux se jkun faċli, kemm minħabba l-prezzijiet u anke minħabba li ma tantx hemm postijiet vakanti. Il-Każin ta' Stella Maris ukoll il-Qorti... Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema wkoll qed tistenna l-Qorti tal-Appell biex tiddeċiedi dwar każ, minkejja li l-każin qiegħed f 'joint office. Il-kawża nfetħet mis-sidien li ċ-ċens tagħhom jagħlaq 8 snin oħra u kollox idur ma' xogħlijiet li l-każin wettaq fuq kmamar tal-bejt. L-argument tas-sidien huwa li l-każin wettaq xogħlijiet strutturali mingħajr il-permess tagħhom u tal-Awtorità Kompetenti. L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet favur il-Każin waqt li nnuttat li minflok diversi kmamar żgħar kienet inbniet kamra waħda iżda ma nbeniex ...Hekk kif qed jisħqu li nkisru d-drittijiet tagħhom b'kera 'baxxa.' San Gejtanu tal-Ħamrun, Stella Maris ta' Tas-Sliema u Duke of Connaught's ta' Birkirkara wkoll qed jistennew deċiżjoni tal-Qorti, wara li ddeċidiet konta ta' De Paule Is-sidien tal-King's Own itellgħu ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Waqt it-taħriġ tal-bandisti tal-Banda de Paule Il-faċċata tal-każin żgumbrat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018