Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
7 Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet itellgħu lill-Gvern quddiem L-ECHR aktar minn dak li diġà kien hemm. Apparti minn hekk innutat li kien hemm bżonn xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq dawn il-kmamar, dawn saru minn min qed jikri u huma ta' benefiċċju għas-sid. Kien għalhekk li l-Qorti ddeċidiet li "a bazi ta' tali xogħolijiet ir-rikorrenti ma kellhom l-ebda jedd illi jirrifjutaw il-kera. Mhux biss iżda konsegwentament lanqas għandhom jedd jitolbu li ma jġeddux il-kirja u li jiżgumbraw lill-intimat." Għalkemm għall-kuntarju tal-każ De Paule l-Ewwel Qorti ddeċidiet favur is-Soċjetà Filarmonika, wieħed jistenna u jara x'se tiddeċiedi l-Qorti tal-Appell. Jekk qabel l-1995 protetti...iżda biżżejjed? Il-Liġi tal-Kera tgħid iswed fuq l-abjad li kirjiet li kienu bdew qabel l-1995 huma protetti u għalhekk l-inkwilini għandhom dritt li jibqgħu fil-proprjetà, kif għidna aktar 'il fuq, sakemm jimxu mal-obbligi kollha tagħhom. Dr Bernard Grech spjega li permezz ta' din il-liġi, il-każini tal-baned baqgħu protetti, anke għax ma kinux ġew inklużi mal-kirjiet kummerċjali. Fil-każ tal-kirjiet kummerċjali, apparti li għoliet il-kera, il-liġi tistipola li "l-kera ta' fond kummerċjali, li jkun beda qabel l-1 ta' Ġunju, 1995 għandu f 'kull każ jintemm fi żmien għoxrin sena li jibdew jgħaddu mill-1 ta' Ġunju, 2008 sakemm ma jkunx sar kuntratt ta' kiri li jistipola żmien determinat." Iżda għall-każini tal-baned, il-liġi tkompli tagħmilha ċara li "fil-każ ta' fond mikri lill- entità u wżat bħala każin," sakemm il-kuntratt li sar qabel l-1 ta' Ġunju, 1995 ma jkunx għal żmien determinat, allura "fil-każijiet l-oħra kollha meta l-kirja tkun saret qabel l-1 ta' Ġunju, 1995, għandha tibqa' tgħodd il-liġi u d-definizzjonijiet kollha kif kienu fis-seħħ qabel l-1 ta' Ġunju, 1995." Iżda hawn jidħol każ ieħor imsemmi aktar 'il fuq. Filwaqt li fil-każ tal-Każin De Paule, il-kirja twaqqfet ħesrem għax min qed jikri naqas mill-obbligi tiegħu, sid jista' jagħżel li jipprova jieħu l-proprjetà lura, anke jekk il-kirja kienet qabel l-1995, billi jargumenta li qed jinkisirlu "d-dritt bażiku li tgawdi l-proprjetà tiegħek." Il-King's Own u l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem Dan l-argument mhux l-ewwel darba li ntuża. Fil-każ tas-Soċjetà Filarmonika King's Own, is-sidien, wara li tilfu l-kawża f 'Malta, ħadu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem jisħqu li qed jinkisrilhom "id- dritt bażiku li tgawdi l-proprjetà tiegħek." Lura fl-2013, il-Qorti Ċivili kienet ordnat lill-Gvern u l-Każin tal-Banda King's Own biex iħallsu kumpens, nofs bin-nofs, ta' €300,000 lis-sidien tal-binja prominenti li tinsab fi Triq ir-Repubblika. Il-Qorti Kostituzzjonali kienet biddlet din is-sentenza u saħqet li ma kien hemm l-ebda ksur ta' drittijiet fundamentali, waqt li saħqet li l-Gvern bl-ebda mod ma biddel xi liġi biex jaffettwa l-kuntratt ta' kirja bejn s-sidien u l-Banda King's Own, liema ftehim kien ilu fis-seħħ 70 sena. Apparti minn hekk, l-istess sentenza insistiet li l-Banda ma kellha x'taqsam xejn mat-tfassil tal-liġijiet. Is-sidien li kienu fetħu din il- kawża kienu qed jargumentaw kif minkejja li minn fuq il-kirja għaddew aktar minn 70 sena, il-Każin baqa' jħallas ftit. Sa dak iż-żmien tal-kawża kien iħallas €1,164 fis-sena. L-argument tas-sidien kien li l-kirja hija baxxa ħafna meta wieħed jikkunsidra l-valur arkitettoniku, kulturali u storiku tal-post, apparti l-pożizzjoni strateġika tiegħu u d-dħul tiegħu. Fil-Qorti kien irriżulta li mill-bar biss, il-Każin idaħħal €45,000 fis-sena. Każ simili f 'Ħal Kirkop... L-Għaqda Mużika San Leonardo kienet għamlet snin tiela' u nieżla l-Qorti meta s-sidt tal-proprjetà li kienet tintuża bħala każin kienet argumentat li nkisirlha d-dritt bażiku tagħha meta l-binja kienet ġiet rekwiżizzjonata fl-1955. Is-sid kienet saħqet li hi qatt ma rrikonoxxiet lill-Għaqda Mużikali bħala inkwilin u spjegat li kienet qed tieħu biss Lm 30 kull sena mill-kirja. Qorti kienet qatgħet is- sentenza favur is-sidt, l-Għaqda Mużikali ntalbet toħroġ u anke tħallas €60,000 f 'kumpens. Il-Qorti Kostituzzjonali kienet biddlet din is-sentenza waqt li argumentat li r-rekwiżizzjoni kienet saret fl-interess pubbliku. Ta' San Leonardo jaħsbulu... Minkejja dan, l-Għaqda Mużikali San Leonardo ħasbitlu u xtrat biċċa art, fuq wara tal- knisja parrokkjali, biex tibni każin ġdid u jkun proprjetà tiegħu. Bis-saħħa ta' benefatturi xtraw biċċa art ta' 300 metru kwadru li kienet tiswa €105,000. Id- Dipartiment tal-Artijiet kien tahom 25 metru kwadru oħra b'ċens għal 99 sena. Il-Gvern kien diġà ħaseb għall-Każini u s-sidien... Filwaqt li l-liġi tipproteġi dawk il-każini li kienu diġà jikru qabel l-1 ta' Ġunju tal-1995, lura fl-2014 il-Gvern kien daħħal Avviż Legali biex filwaqt li jirrikonoxxi dak li qalet il-Qorti, jiġifieri li l-kirjiet protetti lill- każini kienu leġittimi, għaliex dawn jaqdu skop pubbliku, ikun ukoll qed jara li s-sidien kellhom jingħataw kumpens ġust u proporzjonat. Permezz ta' dan l-Avviż Legali, il-kirjiet protetti tal-każini (jiġifieri dawk ta' qabel l-1995) għolew b'10% fuq il-kera tas- sena ta' qabel għal tliet snin. Mill-2016, il-kera tal-każini bdiet togħla b'ħamsa fil-mija kull sena sal-2023. L-Avviż Legali jgħodd għall- każini tal-baned, iżda anke għal dawk politiċi, sportivi u oħrajn, kemm jekk mikrija mill-Gvern u kemm jekk mikrija mill- privat. L-istess Avviż Legali kien jistipola wkoll li ħamsa fil-mija tad-dħul li l-każin jagħmel minn kull attività ekonomika li seħħ fil-każin mikri, għandu jmur għand is-sid Il-kirja tal-każini tista' togħla aktar...imma għall-ġid Intant sorsi viċin il-Gvern li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li l-Gvern, permezz tal- Ministeru għall-Ġustizzja, il- Kultura u l-Gvern Lokali qed jikkunsidra li jgħolli aktar il-kirja protetta tal-każini. L-għan huwa li ma jiġrix dak li ġara fil-każ tal-Banda King's Own, fejn is-sidien ħadu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem bil-possibbilità li din issib li l-kirja mħallsa mhijiex biżżejjed u għalhekk jkun qed jinkiser id-dritt tas-sid. Il-biża' hi li jekk is-sentenza tinqata' favur is-sidien, sidien oħra li jikru l-proprjetajiet tagħhom lill-każini jiddeċiedu li jagħmlu l-istess. Jekk tiddeċiedi favur is-sidien, il-Gvern ikollu jħallas lis-sid għax ikun hu li ma għolliex il- kirja biżżejjed. Filwaqt li banda tista' tħoss kirja akbar bħala daqqa ta' ħarta, wieħed jeħtieġ ipoġġi kollox fuq miżien. Aħjar kirja akbar milli banda bla każin. Liema każini huma taħt il- mannara? • Banda San Ġiljan A.D. 1927 • Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 • Soċjetà Mużikali King's Own • Soċjetà Mużikali Stella Levantina A.D. 1984 • Għaqda Mużikali Viżitazzjoni • Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Sultan Banda Paola A.D. 1980 • Soċjetà Mużikali Banda Marija Reġina Marsa A.D. 1977 • Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun A.D. 1889 • Għaqda Mużikali San Gejtajnu Ħamrun A.D. 1906 • Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei Marsaxlokk A.D. 1990 • Għaqda Soċjali u Mużikali Anici • Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema L-Imġarr A.D. 2011 • Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar • Banda Duke of Connaught's Own A.D. 1865 • Każin San Ġużepp u Banda De Rohan A.D. 1860 • Soċjetà Filarmonika Sliema A.D. 1923 • Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta • Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard • Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen • Għaqda Mużikali Sant'Andrija • Soċjetà Filarmonika Stella Maris (Joint Office) • Għaqda Mużikali Madonna ta' Lourdes San Ġwann (Joint Office) Partirarji tal-Każin Duke of Connaught's Marċ tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta