Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet MINISTERU GĦALL-FINANZI Il-Ministeru għall-Finanzi huwa impenjat li jippromwovi u jtejjeb l-operazzjonijiet amministrattivi tiegħu billi jissimplifika l-proċessi u jasal għall-miri mitluba fiż-żmien stipulat. Il-Ministeru qed ifittex li jirrekluta individwi li huma lesti biex jingħaqdu ma' tim dinamiku u b'hekk joffri wkoll opportunità lil dawk l-individwi li jixtiequ jibdew karriera fis- Servizz Pubbliku. Il-Ministeru qed jirċievi applikazzjonijiet għall-post ta': Economics Officer L-applikazzjonijiet flimkien ma' curriculum vitae se jintlaqgħu mit-Taqsima tar-Reklutaġġ fil-Ministeru għall- Finanzi 158, Cavalier House, Old Mint Street, Valletta jew permezz tal-Portal tal-Gvern fuq Reklutaġġ fuq http://recruitment.gov.mt, mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tat-Tnejn 7 ta ' Mejju 2018. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Gażżetta tal-Gvern, numru 19,981 datata 20 ta' April 2018: https://gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/D ocuments/2018/04/Government%20Gazette%20- %2020th%20April.pdf jew billi tibgħat e-mail lis-Sezzjoni tar-Reklutaġġ fuq: recruitment.mfin@gov.mt. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleReso urcingandCompliance/FormsandTemplates.aspx Ministeru għall-Finanzi 158, Cavalier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta Tel: 25998431 Emejl: recruitment.mfin@gov.mt Konferma li żewġ persuni rnexxielhom jitilgħu abbord ajruplan b'dokumenti foloz Wara li l-ġimgħa li għaddiet il-gazzetta ILLUM irrappurtat dwar paniku li qam abbord ajruplan tal-easyJet, il- Pulizija kkonfermat li żewġ persuni rnexxielhom jitilgħu abbord titjira b'dokumenti foloz ILGAZZETTA ILLUM tista' tikkonferma li żewġ passiġġiera rnexxielhom jitilgħu abbord ajruplan tal-easyJet li kien se jħalli l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, minkejja li kellhom dokumenti foloz. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' din il-gazzetta li ż-żewġ passiġġiera ġew arrestati, tressqu l-Qorti u weħlu xahrejn ħabs kull wieħed. Kienu membru tal- ekwipaġġ li nnutaw kif id-dettalji fuq il-biljett tal-ajru ma kinux jaqblu mad-dettalji tad-dokumenti tal-ivjaġġar li ppreżentaw. Dan ifisser li ż-żewġ persuni Albaniżi, irnexxielhom jgħaddu mill-proċeduri kollha tas-sigurtà u mill-istadji kollha tal-ajruport sakemm saħansitra kienu lesti mal- passiġġiera l-oħra kollha abbord l-ajruplan. Skont l-informazzjoni li kisbet l-ILLUM, il- passaporti ta' dawn iż-żewġ persuni kienu ġenwini iżda kellhom dokumenti ffalsifikati. Il-ġimgħa li għaddiet, passiġġiera tkellmu ma' din il-gazzetta u spjegaw kif meta l-ajruplan kien diġà bil-bibien magħluqa u kollox kien lest biex iħalli Malta, żewġ passiġġiera talbu li jinżlu minn fuq l-ajruplan. Aktar tard, uffiċjali tal- ajruport telgħu abbord l-ajruplan u talbu żewġ passiġġiera oħra biex jiġbru l-bagalji u jinżlu magħhom. Kien hawn li diversi passiġġiera ma ħassewhomx komdi u talbu li anke huma jinżlu minn fuq l-ajruplan. Persuni li kienu abbord spjegaw kif il-kaptan informa lill-passiġġiera li kulħadd kellu jinżel, jiġbor il-bagalji u jirritorna lura fit-terminal biex jgħaddu mill-ġdid mill-proċedura tas-sigurtà. Sadanittant l-ajruplan ġie spezzjonat u t-titjira ħalliet Malta madwar tliet sigħat tard mill-ħin skedat. Uħud mill-passiġġiera għażlu li ma jaqbdux dan l-ajruplan u minflok qabdu titjira oħra li telqet l-għada. Dawn iż-żewġ passiġġiera kienu investigati u tressqu l-Qorti akkużati bil-pusess u użu ta' dokumenti foloz, fost akkużi oħra. Il-Europol twieġeb għat-talba ta' kjarifika tal-Pulizija WARA rapporti li kienu ppubblikati nhar il- Ġimgħa filgħaxija il-Pulizija Maltija talbu lil Europol biex kemm jista' jkun malajr ikun iċċarat eżatt x'ried ifisser il-Kap tal-Europol Rob Wainwright meta ddeskriva l-koperazzjoni li sab minn pajjiżna fl- investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bħala waħda li mhix ottima. Il-Eurpol sostniet, qalet il- Pulizija Maltija fl-istqarrija, li Wainwright ma kienx qed jirreferi għal nuqqas ta' kooperazzjoni mal-Pulizija Maltija, imma nuqqas ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn. L-MEP Portugiża Ana Gomes kienet interpretat dak li kien ġara bħala xi ħaġa serja u allegat illi l-Gven Malti qiegħed saħansitra jostakola l-investigazzjoni. Fl-istqarrija tagħha l-Pulizija kkonfermat li kooperazzjoni sħiħa u trasparenti mal-Europol dwar dan il-każ. Intant f 'ittra li bagħat lil Gomes, Wainwright żvela kif l-investigazzjoni fil-qtil ta' Caruana Galizia kienet titratta pajjiżi oħrajn fl- Unjoni Ewropea u mhux lil Malta biss.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018