Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 Aħbarijiet HEKK kif il-Parlament qiegħed fl-istadju li jiddiskuti l-emendi ġodda fil-liġi tal- Embryo Protection Act; il-liġi li ddaħħlet fl-2012 u li biha ġie regolarizzat l-IVF f 'Malta, il-gazzetta ILLUM indagat aktar fil-liġi u fl-emendi proposti sabiex twieġeb numru ta' domandi. Min jista' jagħmel l-IVF? • Is-sitwazzjoni preżenti: L-IVF jista' jsir biss minn koppji eterosesswali u adulti li huma miżżewġin jew f 'relazzjoni 'stabbli'. • Bil-liġi l-ġdida: Bil-liġi ġdida kull persuna adulta, irrelevanti mill-orjentazzjoni sesswali tagħha se tkun tista' tagħmel l-IVF. Dan jinkludi wkoll nisa u rġiel li mhumiex f 'relazzjoni. Pass, pass il-proċess tal-IVF • Wara li l-omm prospettiva tagħmel perjodu tieħu mediċina ormonali, hi tagħmel operazzjoni li fiha jinġabru l-bajd. Fl- istess ġurnata l-isperma tiġi miġbura mis-sieħeb tagħha. Imbagħad it-tobba jiffertilizzaw dan il-bajd billi jagħqdu flimkien l-isperma u l-bajda, proċess li jsir f '24 siegħa. • Jekk il-fertilizzazzjoni tkun suċċess jifforma embrijun. Wara erbat ijiem l-embrijuni jiġu ppjantati ġol-omm. Bil-liġi ġdida t-tobba jistgħu jiffertilizzaw iktar minn żewġ bajdiet u l-embrijuni żejda jiġu preservati għall-futur. X'jiġri mill-embrijuni żejda? Jekk ma jkunx hemm talba għall-embrijuni żejda, l-awtorità tista' tagħtihom għall-adozzjoni jekk dawn ma jiġux addottati, jibqgħu ffriżati u jiddeterjoraw biż- żmien. Iffriżar tal-embrijuni • Is-sitwazzjoni preżenti: Huwa illegali li embrijun jiġi ffriżat waqt trattament tal-IVF. Minkejja dan l-unika eċċezzjoni hija f 'każijiet meta l-impjantazzjoni tal- embrijuni ma tkunx tista' ssir minħabba s-saħħa fiżika tal-omm. Eżempju fil-passat kien hemm każijiet fejn l-omm sofriet minn attakk tal-qalb waqt il-proċess tal- IVF, għalhekk l-embrijun li suppost ġie impjantat, kien iffriżat sakemm l-omm tirkupra. • Il-liġi l-ġdida: L-iffriżar tal-embrijuni għandu jkun permess għal ftehim bejn il-ġenitur prospettiv u l-awtorità. L-awtorità toħroġ permess ta' ħames snin lill-ġenituri prospettvi u tippermettilhom jiffriżaw embrijuni żejda jekk jaqblu li jitfgħu xi embrijuni mhux użata għall-adozzjoni. Minħabba li l-liġi l-ġdida tippermetti l-fertilizzazzjoni ta' massimu ta' ħames bajdiet, li minnhom tnejn biss jistgħu jiġu impjantata fil-ġuf, l-iffriżar tal-embrijuni se jsir parti integrali mill-proċess tal-IVF. Fertilizzazzjoni ta' bajd • Is-sitwazzjoni preżenti: liġi tipprojbixxi l-fertilizzazzjoni ta' aktar minn żewġ bajdiet pero f 'ċertu każijiet, meta dan hu medikament meħtieġ tippermetti eċċezzjoni għal tlett bajdiet biex jiġu fertilizzati. Qabel ma jsir dan t-tobba l-ewwel ikollhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità. • Il-liġi l-ġdida: it-tobba se jkunu jistgħu jiffertilizzaw sa tliet bajdiet fl-ewwel ċiklu u ħames bajdiet fi kwalunkwe ċiklu ta' wara. • In-numru massimu ta' bajd fertilizzat li jista' jiġi trasferit fil-ġuf tal-omm f 'xi ċiklu wieħed se jkun ta' tnejn. Kwalunkwe embrijuni żejda se jkollhom jiġu ffriżati. L-adozzjoni ta' embrijuni • Is-sitwazzjoni preżenti: Għalkemm l-awtorità tagħti permess biex embirjuni ffriżati jmorru għall- adozzjoni din xorta waħda ma tagħtix linji gwida ta kif dan se ssir. Fil-liġi preżenti hemm sena ċans sakemm l-embrijun iffriżat jista' jiġi adottat. • Il-liġi ġdida: l-awtorità tista' titfa' embrijuni ffriżati għall-adozzjoni f 'proċess aktar rigoruż. L-awtorità tista' timxi għall-adozzjoni jekk il-ġenituri tal-embrijuni ma jġeddux il-kuntratt ta' ħames snin ta' ffriżar jew hekk il-mara taqbeż it-43 sena. • Il-liġi ġdida tgħid ċar u tond li l-persuna ma jistax tadotta embrijuni ffriżati minn koppji differenti li mbagħad jiġu ppjantati. Meta l-adozzjoni seħħ id-donatur tal-embrijun jitlef kull dritt u obbligu lejn l-embrijun. Donazzjonijiet ta' sperma u bajd • Is-sitwazzjoni preżenti: id-donazzjonijiet tal-isperma u l-bajd huma illegali. Gamiti biss mill-ġenituri prospettivi jistgħu jintużaw biex jipproduċu embrijuni li mbagħad jiġu impjantati fl-istess mara li minnha ġew maħsuda l-bajd. • Il-liġi l-ġdida: Id- donazzjonijiet ta' sperma u tal-bajd se jsiru legali. Ġenituri prospettivi jistgħu jidentifikaw id-donaturi, f 'liema każ, l-identità tal- persuna tkun magħrufa lilhom. Minkejja dan d-donatur jew id-donaturi ma jistgħux ikunu qraba. • Madankollu, ġenituri prospettivi jistgħu jibbenefikaw ukoll mid- donazzjonijiet tal-gamiti billi jużaw il-banek tal- isperma u oċiti. F'dan il-każ, id-donatur jibqa' anonimu. • Il-liġi tagħmilha obbligatorja li l-awtorità żżomm reġistru b'informazzjoni medika u informazzjoni oħra dwar id- donaturi anonimi. • Din l-informazzjoni se tkun disponibbli għat- tifel imwieled mill-gamiti donati wara li jilħaq is-16-il sena, jew lill-ġenituri jekk meħtieġ. • Id-donaturi kollha, kemm jekk magħrufin kif ukoll jekk anonimi, għandhom ikunu ta' 18-il sena, iżda n-nisa li jiddedikaw il-bajd ma jistgħux ikunu akbar minn 36 sena. Id-donaturi jistgħu jagħmlu donazzjoni waħda biss, u l-gameti jistgħu jintużaw biss f 'ġenitur prospettiv wieħed. Il-kiri tal-ġuf (Surrogacy) • Is-sitwazzjoni preżenti: il-kiri tal-ġuf huwa illegali. Kull min jipparteċipa f 'dan il-proċess jista' jiġi mmultat sa massimu ta' €15,000 kif ukoll sentenza ta' 3 snin ħabs. • Il-liġi l-ġdida: il-kiri tal-ġuf kummerċjali se jibqa' illegali u punibbli Ma fhimtx il-liġi ġdida F'Malta mhux diġà għandna aċċess għall-IVF? L-iff riżar tal-embrijuni mhux diġà jseħħ? Jiġifi eri ommi tista' ġġorr lit-tarbija tiegħi? Jiġifi eri issa koppja 'gay' jistgħu jagħmlu l-IVF ukoll? Il-mistoqsijiet fuq fomm in-nies rigward il- liġi ġdida... Bit-tweġibiet il-gazzetta ILLUM lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018