Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet ISSEGRETARJU Parmanenti fi ħdan il- Minsteru għall-Edukazzjoni, Frank Fabri, insista li ma jistax jifhem għaliex diversi esperti u professuri tal-Malti qed jilmentaw li jkun hawn sillabi differenti tal-Malti li jwasslu għall-istess livell taċ- ċertifikazzjoni tal-O Level. Meta kien qed jitkellem mal-gazzetta ILLUM, Fabri insista li fl-MCAST ilu snin twal ikun mgħallem "Malti Vokazzjonali" u l-għan ta' dan il-kors huwa li jwassal għaċ-ċertifikazzjoni tal-O Level (MQF livell 3), anke jekk l-istudenti jkunu ta' età akbar. Bl-istess mod argumenta li anke t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija diġà jeżisti. Tant hu hekk li f 'Malta hawn professur speċjalizzata fuq it- tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija. L-uniku bidla li se tkun qed issir, spjega Fabri, hija li l-istess sillabi se jkunu mgħallma minn età iżgħar bil-għan tal-Ministeru jkun li jittejjeb il-livell u l-kwalità li bihom jiġi mgħallem il-Malti, filwaqt li jkun aċċessibbli għal kulħadd. Fabri saħaq li hemm bżonn niffukaw aktar biex l-istudenti jitħarrġu fil-ħsieb kritiku, fl-analiżi, fil-kreattività, fit- taħdit, fil-qari u fil-kitba fost l-oħrajn. Tul id-diskussjoni, irrefera kemm-il darba għall- istatistika li turi kif madwar 61% ta' dawk li jpoġġu għall-O Level fil-Malti jiksbu grad minn wieħed sa ħamsa. Il-bqija, jiġifieri 39%, ma jiksbux dawk il-gradi. "Tista' tgħidli li 61% huwa numru mhux ħażin, imma aħna mhux kuntenti, aħna rridu aħjar," insista s-Segretarju Permanenti. Kien hawnhekk li saħaq "li jweġġa'" meta jisma argumenti "minn xi kwartieri" li jippruvaw jitfgħu dubju u jgħidu li bil-proposti l-ġodda għat-tagħlim tal-Malti se tkun qed titbaxxa l-kwalità. "Għoxrin sena ilu kont ngħallem il-Malti. L-istess diskors ta' dak iż-żmien qed ngħiduh illum... ejja jkollna sillabi aktar rilevanti fejn l-għalliema jkollhom aktar ħin biex jgħallmu u l-istudenti jieħdu gost jitgħallmu." Iżda x'qed ikun propost eżatt? X'se jkunu jinkludu dawn is-suġġetti? Min hu favur il-proposti tal- Ministeru? Kien hemm diskussjoni dwarhom? Fejn nista' nidħol bil-Malti Applikat? Min jista' jpoġġi għall-eżami tal-Malti bħala lingwa barranija? SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 64 20 40 24 30 65 74 8 Empire Pharmacy, Valletta Darwin Pharmacy, Hamrun Drugshop Dispensary, Qormi St. Paul's Pharmacy, Birkirkara Brown's Pharmacy, Pieta Potter Chemists, San Giljan Edward's Pharmacy, Sliema Medica Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Pharmacy, Mellieha Theresa Jo Pharmacy, Tarxien Vittoriosa Pharmacy, Birgu St. Peter Pharmacy, Zabbar Beta Pharmacy, Ghaxaq Salus Pharmacy, Zurrieq The Bypass Pharmacy, Siggiewi Ideal Pharmacy, Rabat Castle Pharmacy, Victoria, Gozo Tony's Pharmacy, Marsalforn, Gozo Airport Pharacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 BAĦAR: Moderat L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 5 li jsir Majjistral forza 4 BAĦAR Qawwi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Il-Malti: 'Mhu qed Għaliex qed nitkellmu X'qed ikun propost għall-Malti? X'se jsir ġdid? Se ndgħajfu t-tagħlim tal-Malti? Iwieġeb Frank Fabri Il-Malti bħala lingwa barranija... imma għall-barranin? Ejja naqtgħulha rasha darba għal dejjem. Għal dan l-eżami min se jpoġġi? Dan is-sillabu se jkun miftuħ biss għall-istudenti barranin, fejn iż-żewġ ġenituri jkunu barranin. Fabri spjega li student barrani se jkollu żewġ għażliet. Dan is-suġġett se jagħtih l-opportunità li jibda jistudja l-Malti u jekk jipprogressa jkun jista' jaqleb is-sillabu u jidħol fil-klassi tal-Malti li "għandna llum." Saħaq li hemm differenza bejn studenti barranin li jibdew minn età żgħira jintegraw mal- Malti u studenti oħrajn li ġew Malta ta' età akbar u qatt ma semgħu bil-Malti. Jiġifieri dan se jkun obbligatorju? "Kull student li jidħol Malta jrid jistudja l-Malti. Kull min qiegħed fl-iskejjel tagħna jrid jistudja l-Malti." U jekk jien Malti, imma l-mara tiegħi barranija, it-tfal tagħna x'se jistudjaw? "Bħala regola la hemm ġenitur wieħed li hu Malti ma jistax jistudja dan is-suġġett." IMMA... jista' jkun hemm eċċezzjonijiet. Fabri staqsa x'se jsir minn student, li għandu ġenitur wieħed biss Malti u fil-lezzjonijiet tal-Malti SEC ma jaqbadx art, bl-għalliem jilmenta li qed jaqa' lura l-istudent u l-klassi miegħu. "Xi ħadd irid jieħu deċiżjoni kemm għall-istudent u kemm għall-klassi. Irridu nkunu saqajna mal-art." Anke t-tfal tal-Maltin li jinsabu fi Brussell jistudjaw programm differenti tal-Malti u saħaq li s-Senat tal-Università jirrikonoxxih. "Poġġew saqajhom mal-art għax raw li l-importanza hija li t-tfal tagħhom jitgħallmu jaħsbu, janalizzaw, jantiċipaw, jitkellmu u jiktbu sew u b'mod effettiv bil-Malti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018