Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Intervista 13 ħsibtha ċajta tal-1 ta' April' mhux il-barranin biss, qed nikkontribwixxu għal dan l-iżvilupp." Imma l-Malti razzist? Montebello ma jaqbilx fl-ispeċifikar tal-Malti jew ta' kwalunkwe razza oħra, ifakkar iżda li kull bniedem għandu "t-tendenza li jkun razzist għax kull bniedem iħaddan ċertu biża' mill- barrani. Il-Maltin mhumiex aħjar jew agħar minn ħaddieħor f 'dan." M'għandix setgħa nżewweġ omosesswali, iżda... Qed ninnota li qed ikun naqra diplomatiku Patri Mark. Allura nibda nagħtih sitwazzjonijiet partikolari u nistaqsih x'kien jagħmel hu f 'dik is-sitwazzjoni. Tiġi mara seprata jew iddivorzjata u tistaqsik jekk tistax titqarben; x'tgħidilha? Għaliex? "It-tqarbin mhuwiex xi tessera ta' każin. Hu l-ikel sagramentali ta' dawk li ddeċidew li jgħixu bil-fidi f 'Ġesù. Aktar ma bniedem hu dgħajjef, aktar jeħtieġ minn dan l-ikel." Tiġi koppja omosesswali u tgħidlek biex iżżewwiġha. X'tgħidilha? Għaliex? "Jien m'għandi ebda setgħa nżewweġ omosesswali. Iżda nifhem li Alla ma jiċħadx il-barka tiegħu fuq l-imħabba u l-fedeltà tal-omosesswali bħalma ma jiċħadhiex fuq l-imħabba u l-fedeltà ta' kull koppja oħra. Ġesù jgħid: "Min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra" (Ġwanni 6:37)." Iħabbtulek tal-jehovah mal-bieb u jgħidulek li ġew ituk il-bxara it-tajba. Tilqagħhom f 'darek? Għaliex? "Nilqagħhom, mela le; u ma tkunx l-ewwel darba. Mort jien ukoll għandhom, u mhux għandhom biss. Għax bħalma jgħid Ġesù: "Min mhuwiex kontra tagħkom huwa magħkom" (Luqa 9:50)." Mintoff ħadem għall- ġustizzja soċjali bla kompromessi U bdejna resqin lejn tmiem l-intervista. Patri Mark huwa, jekk xejn persuna magħrufa għall-fatt illi huwa xellugi u kważi kull persuna li f 'Malta li hija xellugija u ta' ċerta età, għandha ċerta ammirazzjoni lejn l-persuna politika tal-eks PM Malti Dom Mintoff. Nistaqsi lil Montebello x'jaħseb, fi ftit kliem dwar Mintoff. Huwa mill- ewwel jirrispondi illi "lil Mintoff narah bħala eżempju ta' bniedem li, minkejja l-limitazzjonijiet li kellu bħal kull bniedem ieħor, ħass ħtieġa qawwija għall-ġustizzja soċjali, u ħadem għaliha bl-anqas kompromessi possibbli," jirrispondi Montebello. U allura la qed insemmu x-xellug ma nistax ma nsemmix lil Charles Miceli, bniedem li ħabb tant lill-fqir tant li ta l-enerġija kollha li kellu biex jgħin lil min ma kellux u lill-vulnerabbli, jekk humiex priġunieri, persuni bi problema tad-droga u ħafna oħrajn. Montebello kif jiddeskrivi lil Miceli fi ftit kliem? "Charles kien bniedem qalbu f 'idu, ta' sentimenti sempliċi imma onesti, u b'ruħ ta' tifel ċkejken li qatt ma waqaf jemmen fis-sbuħija tan-nies u fil-ħila tagħhom li jgħixu ħajja aħjar flimkien." Kieku jerġa' jitwieled... U l-aħħar ħaġa li nistaqsih. Għadda minn ħafna tlajja' u nżul, jiġi kkritikat fuq ħafna affarijiet, hemm min jgħid li ġie eżiljat bil-pulit, biex il-Kurja tpattihielu talli jgħid dak li jħoss. Kieku kellu jerġa' jitwieled jerġa' jsir patri? "Jien aċċettajt li nagħmel għażla għal Alla, u s'issa dik l-għażla ma ddispjaċini qatt li għamiltha. Aktarx li kieku kelli nerġa' nitwieled, nerġa' nagħmilha." U b'hekk għalaqna l-intervista, bejn ċajta u oħra dwar il-karikatura ta' Mikiel Galea illi dehret fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda u li fiha kien hemm Montebello. Is-sempliċiżmu u l-partiġġjaniżmu huma wkoll forom ta' korruzzjoni, intelletwali u morali " " M'hemm ebda identità li hi jew tibqa' statika. Ilkoll kemm aħna, mhux il-barranin biss, qed nikkontribwixxu " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018