Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum MEJJU wasal u dan ifisser li qed joqrob l-istaġun għal qalb ħafna, is-sajf. Għal ħafna nies dan l-istaġun iġib miegħu rilassament, trankwillità u tgawdija. Però jekk inti partitarju akkanit tal-futbol, ċertament li l-logħob tat- Tazza tad-Dinja li mistenni jibda 39 ġurnata oħra se jaffetwalek xi naqra t-trankwilità u r-rilassament li int tant ħerqan għalih, b'mod speċjali jekk int partritarju tal-Ingliżi (bħali). Jekk int partitarju tat-Taljani m'għandekx problemi. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' din is-sena se tkun il-21 darba li dan qed iseħħ, 88 sena wara li l-ewwel turnew li kien sar fl-Urugwaj. Din id- darba r-Russja se tkun qed tospita t-32 pajjiż li mistennija jikkompetu u għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il- kompetizzjoni se jkunu qegħdin jikkompetu l-Iżlanda u l-Panama (iva, se nibqgħu nisimgħu bil-Panama). Fid-dawl ta' dan kollu din il-gazzetta tat ħarsa lejn stejjer mhux tas- soltu, fatti interessanti u mhux magħrufa li jsaħħru l-istorja ta' din il-kompetizzjoni tant prestiġjuża. It-tim ta' Zaire jisraq BMW Fit-Tazza tad-Dinja tal-1974 li saret fil- Ġermanja tal-Punent, kull tim li pparteċipa kellu xarabank tal- għamla BMW bil- kuluri tan-nazzjon li jirrappreżentaw. Din kienet tintuża sabiex tittrasporta lill-plejers għal-logħob u lura għal- lukanda. Wara li spiċċa l-logħob, rappreżentant mill-kumpanija li sellfet dawn ix-xarabanks waslet il-lukanda fejn kien qed joqgħod il-kontiġent ta' Zaire (mir-Repubblika tal- Kongo), biex terġa' tieħu lura x-xarabank però ma sabet xejn. It-tim ta' Zaire qabad u telaq b'din ix-xarabank lura lejn id-dar. L-awtoritajiet Ġermaniżi mbagħad waqqfu l-vettura li kienet qed tinstaq fuq l-autoban. Il-gwerra tal-futbol tal- 1969 Hi prassi li l-futbol xi kultant iqajjem argumenti bejn partitarji differenti però fl-1969 ir- rivalità ħadet pjattaforma differenti, dik ta' kunflitt armat bejn żewġ pajjiżi; il-Ħonduras u l-El Salvador. Għalkemm il-kawża diretta għal din il-Gwerra hi kumplessa u fil-fatt tinvolvi diversi kwistjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi bħall-art, l-agrikoltura u l-imigrazzjoni, ir- relazzjoni xejn stabbli bejn iż-żewġ pajjiżi ġiet rovinata wara partita futbol bejn iż-żewġ timijiet. Iż-żewġ nazzjonijiet kienu qed jiffaċċjaw ukoll lil xulxin f 'grupp kwalifikanti biex jilħqu l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 1970. Il- Ħonduras rebaħ l-ewwel logħba fil-kapital tagħhom fit-8 ta' Ġunju 1969, wara kien qam ġlied vjolenti. Ġimgħa wara, waqt il-logħba tar- ritorn f 'San Salvador raw it-tim tal-El Salvador jirbaħ 3-0. Wara t-tieni logħba l-irvellijiet ħraxu u saħansitra tilfu ħajjithom partitarji taż- żewġ nazzjonijiet. Finalment kien hemm bżonn tat-tielet logħba biex tifred liż-żewġ timijiet, it-tim tal-El Salvador skorja fil-ħin miżjud biex jirbaħ 3-2 u javvanza għal-logħba finali kontra Ħajiti li kienet tiddetermina l-kwalifika. Fl-istess ġurnata, il- gvern tal-El Salvador kien qata' r-rabtiet diplomatiċi mal- Ħonduras, minħabba li dan tal-aħħar, naqas milli jikkastiga allegati reati kontra immigranti tal-El Salvador. L-għada, il-Ħonduras għamlet l-istess. Dawn il- kwistjonijiet finalment wasslu għall-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi li serqet il-ħajja ta' aktar minn 5,000 persuna. Rolls Royce għal kull min isib ix-xibka Min hu mejjet għal qatra u min hu mejjet fis-sakra. Fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal- 1990, Sheik Mohamed tal-UAE kien wiegħed karozza tal-għamla Rolls Royce, lil kull plejer li jiskorja fil-logħbiet ta' dan it-turnew. It-tim kien irnexxielu jiskorja żewġ gowls qabel ma ġie eliminat mill- kompetizzjoni. $38,000,000 għal min jirbaħ it-Tazza tad- Dinja Min jirbaħ l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' din is-sena se jkun premjat b'$38 miljun minn fond tal-FIFA li b'kollox jagħti $400 miljun lill-pajjiżi parteċipanti. Il-FIFA qalet li kull waħda mit-32 federazzjoni nazzjonali li jikkompetu fir-Russja se tieħu mill-inqas $8 miljun, l-istess bħal fl-2014 meta l-fond tal-premju kien ta' $358 miljun. Tliet snin ilu, ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, il-Ġermanja rċeviet $35 miljun u l-Arġentina li ġew fit-tieni post irċevew is-somma ta' $25 miljun. Din is-sena, il-pajjiż li ser jikkwalifika fit-tieni post se jirċievi wkoll $28 miljun, żieda ta' $3 miljun mill-figura li ħadu l-Arġentina. Għamillu wieħed Ġuż Skont statistika li kienet ppubblikata wara l-World Cup tal-2010 li saret fl-Afrika ta' Isfel, iktar minn 750,000 litru ta' birra ġew mibjugħa minn ġol-istadium. Jiġifieri 3,170,064 flixkun birra. Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 5 affarijiet li ma kontx taf dwar it- Tazza tad-Dinja Ix-xahar id-dieħel kulħadd imweħħel mal-iscreen tat-TV jara t-Tazza tad-Dinja...l-ILLUM tħares lejn ftit mill-aktar mumenti interessanti ta' dan il-kampjonat.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018