Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 16 Opinjoni Fuq l-imħadda. F'dar fis-Siġġiewi. Raġel twil jidħol inkiss, inkiss, jinża u ma jixgħelx dawl u jidħol bil-mod fis-sodda. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Nicky: Where have you been? Adrian: Hawn darling, mela għadek imqajma? Nicky: Le, of course mela jiena mhux umana, I worry about you. Adrian: How sweet. Nicky: Le, tiġinix bis-sweet. Tinten of Johnny Walker, sirt qisek Edward Zammit Lewis. Look how he has become. Adrian: U ejja, I love you so much. Nicky: Kemm għandek nejk. Kif kienet il-ġurnata? Adrian: Ma nafx. Xi kultant inħossni tajjeb u xi kultant le. Dak Simon kieku nista' nibagħtu l-Awstralja u mbagħad dak Jason ostra kemm hu falz. Nicky: I told you, kun iebes magħhom. Trid tkun ħaxxej bħal Joseph. Adrian: Iva ħa ngħidlek, nammira lil Joseph, iżomm lil kulħadd kuntent u dejjem on the top. Nicky: Jiena, I believe trid taqbad ma' żewġ affarijiet u żżomm magħhom. Jien kieku naqbad ma' dawn il- barranin, jaqq u fuq l-IVF. Adrian: Qed nagħmel hekk imma qed nilgħab bin-nar. Issa qed jgħiduli li jien faxxist. Nicky: U ejja just because you don't like blacks. Adrian: Iva Nicky, illum trid toqgħod attent. Nicky: Ara vera you are a pussy. Adrian: U fuq l-IVF ħa nitlef il-voti ta' dawk li verament iridu familja. Nicky: So f***ing what. Adrian: Ara l-oħra. Qisna xi partit b'xi surplus ta' voti. Nicky: Ad we have to get there, għax jiena erba' snin oħra rrid nitla' dak it- taraġ ta' Kastilja. Adrian: Bil-mod Nicky, għax l-ewwel irridu naslu għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Nicky: Nispera li ser taħdmu kontra min iridek barra issa. Adrian: Take it easy, issa mhux inħalli f 'idejn Pierre. Dak jaf igerfex b'dan il-mod. Nicky: Adrian oqgħod attent għax dak irid il-leadership. Tafdahx. Adrian: Ara Nicky ħa norqod għax għada għandi ġurnata twila. U xbajt nisma' dawn iċ-ċuċati. Nicky: Ċuċati, missek tistħi, how rude, what a jerk you are! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Minn Carmel Cacopardo N har il-Ġimgħa 26 ta' Jannar 2018, il-Qorti tal-Appell f 'Malta tat deċiżjoni f 'kawża dwar kamra tan-nar. Il-kawża kienet ilha għaddejja tletin sena, sa mill-1989. Il-Qorti tal-Appell laqgħet it-talba tal-komunità rurali u ddikjarat il-permess għal kamra tan-nar fiż-Żebbiegħ bħala null u bla effett. Il-ġustizzja timxi bil- mod, anzi bil-mod ħafna, jgħidulna. Fil-fatt f 'dan il-każ damet tletin sena! Sfortunatament l-inġustizzja tiġri ferm iktar. F'inqas minn xahrejn wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, f 'Marzu 2018, il-Parlament iddiskuta u approva emendi għall- Ordinanza dwar l-Isplussivi b'mod li issa jista' jkun possibli li l-permess għall- kamra tan-nar taż-Żebbiegħ ma jkollux iktar ostakli legali! Il-Parlament Malti ovvjament jirrispetta ħafna s-saltna tad-dritt. Tant li meta l-"ħbieb" jiksru l-liġi lest li jirranġa l-liġi flok ma jieħu l-passi li din tkun osservata! Mhux xorta! Il-Parlament ċeda quddiem min jidhirlu li hu l-fuq mil-liġi, dawk li joperaw il-kmamar tan-nar. Bl- emendi approvati għall- Ordinanza dwar l-Isplussivi għal darb'oħra rrestawra l-privileġġi ta' dawk li jippretendu li huma 'l fuq mil-liġi. Bħala riżultat ta' dan kollu l-Parlament ta bis-sieq lill-komunità rurali taż-Żebbiegħ li ilha tletin sena tissielet biex il-liġi tkun osservata u rispettata. Bl-emendi approvati għall-Ordinanza dwar l-Isplussivi l-Parlament ta lill-Kummisarju tal-Pulizija d-diskrezzjoni biex dan joħroġ liċenzja għal Kamra tan-Nar meta din tkun iktar viċin ta' toroq mill-minimu stabbilit mil-liġi, ċioe tkun eqreb minn 183 metru. Din l-awtorità addizzjonali ġiet mogħtija mill-Parlament lill-Kummissarju tal- Pulizija biex jagħmel użu minnha "wara li jkun qies b'mod xieraq l-esiġenzi tas-sigurtà pubblika". Fost il-Membri Parlamentari li qablu li jagħtu dan il- poter addizzjonali lill- Kummissarju tal-Pulizija kien hemm dawk li sa ftit ġranet ilu kienu għadhom qed jinsistu li dan kellu jirreżenja immedjatament. Il-Parlament għaġġel ħafna tant li sal-20 ta' Marzu 2018 kien prattikament approva l-emendi għall-Ordinanza dwar l-Isplussivi mill-istadji kollha. Il-minuti tas-seduti plenarji tal-Parlament, li jistgħu jinqraw online juru li ma kien hemm l-ebda wieħed mis-67 membru parlamentari li qam jiddefendi d-drittijiet tal-komunità rurali taż- Żebbiegħa. Ilkoll approvaw u appoġġaw li l-operazzjoni tal-kmamar tan-nar tkun waħda privileġjata. Kien ikun ħafna aħjar kieku l-Parlament beda jikkunsidra u jiddibatti r-rapport Vella li kienet ikkonkludiet il- Kummissjoni ta' Inkjesta mmexxija mill-Professor Alfred Vella xi snin ilu (Relazzjoni ta' Kummissjoni ta' Inkjesta fuq l-Aċċidenti Fil-Kmamar tan-Nar). Dan ir-rapport ta' 97 paġna li kien ippubblikat nhar il-11 ta' Novembru 2011 fih list ta' 24 rakkomandazzjoni li fil-parti l-kbira tagħhom jikkonċernaw il-kwalità tal-materjali użati fil- produzzjoni lokali tal- logħob tan-nar. Ovvjament diskussjoni ta' din ix-xorta mhix prijorità. Dik tista' tistenna sa meta jseħħ l-inċident fatali li jmiss. Imbagħad ikun hemm ċans għad-dmugħ tal-kukkudrilli. Il-Parlament jgħaġġel biex jgħin lill-kmamar tan-nar carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018