Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, it- tim tan-nisa ta' Birkirkara żamm it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra meta fil- konfront deċiżiv għall- kampjonat għeleb lill- isfidanti Hibernians 4-1. Birkirkara daħlu għall- aħħar logħba tal-istaġun punt vantaġġ fuq Hibernians u draw għalihom kien ikun biżżejjed biex jispiċċaw l-ewwel. Għat-team ta' Raħal Ġdid kienu jservu biss it-tliet punti. Quddiem folla ppakkjata fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta, kienu l-Istripes li ħarġu rebbieħa b'wirja konvinċenti, fejn saħansitra huma kienu 2-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima b'gowls ta' Stephania Farrugia u Gabriella Zahra u żiedu tnejn oħra wara l-mistrieħ b'doppjetta ta' Veronique Mifsud qabel Dorianne Theuma skorjat il-goal tal-bandiera għal Hibernians. Dan kien is-seba' titlu mirbuħ minn Birkirkara u l-ewwel wieħed taħt il-kowċ Melania Bajada, li saret ukoll l-ewwel kowċ mara li rebħet il-Kampjonat tan-Nisa. L-ILLUM għamlet kuntatt mal-aqwa skorer ta' Birkirkara għal matul dan l-istaġun, Raina Giusti, li rnexxielha ssib ix-xibka għall-Istripes għal xejn inqas minn 21 darba, fejn tatna iktar dettalji dwar x'fisser għaliha u anki għal Birkirkara, dan ir-rebħ tas- seba' Kampjonat fl-istorja tal-Istripes. Hija affermat li: "Dan il-kampjonat ifisser ħafna għalija. Kien kampjonat li pprovda numru ta' lezzjonijiet, partikolarment, dik li nibqgħu niġġieldu sal-aħħar u li ma naqtgħu qalbna qatt. Lezzjonijiet li japplikaw ghalija, li baqagħli ħafna x'nitgħallem u x'nikber f 'din id-dinja tal-futbol. Kien kampjonat differenti mmens minn oħrajn għaliex baqa' miftuħ sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Kienet kampanja twila mimlija tlajja' u nżul iżda bqajna nissieltu sal-aħħar, ma qtajniex qalbna u għelibna kull ostaklu li ġie matul dan l-istaġun. Kull kampjonat huwa speċjali, u kull kampjonat fih il-memorji partikolari tiegħu. Bla dubju dan nibqa' niftakru bħala wieħed mill- isbaħ kampjonati u l-ewwel kampjonat bħala l-aqwa skorer tat-tim. Ċertament serva ta' motivazzjoni kbira għalija biex inkompli naħdem aktar. Il-logħob mal-Hibs huma l-aktar logħob li nkun qed nistenna. Dawn huma l-isbaħ logħob tal-istaġun għalija. Hibernians, bħalna, jkunu qed jiġġieldu għall- unuri prinċipali ta' kull sena u din is-sena ma kinitx differenti! L-aħħar partita kontrihom kienet waħda mill-aktar partiti li ħa nibqa' niftakar. Grazzi lil kull min kien involut u ta s-sehem tiegħu biex inkunu nistgħu nirbħu kampjonat ieħor. Kien sforz kollettiv ta' min hu nvolut fit-tim tan-nisa ta' Birkirkara biex stajna nipproduċu prestazzjoni bħal dik. Preparajna bl-aktar mod professjonali u ħadna r-riżultat tal-preparazzjoni li għamilna. Rigward il-fatt li ma rbaħtx l-unur tal- aqwa skorer tal-Kampjonat, m'inix diżappuntata għaliex it-tragward personali tiegħi dejjem kien li nerġa' nirbaħ il-Kampjonat ma' Birkirkara. Dan seħħ u seħħ bil-kbir. L-unuri personali dejjem sbieħ, però l-priorità ewlenija fit-tragwardi tiegħi dejjem tkun l-akbar ġid tat- tim ta' Birkirkara," temmet tgħid Raina Giusti. "Kien kampjonat li pprovda numru ta' lezzjonijiet, partikolarment, dik li nibqgħu niġġieldu sal-aħħar" - Raina Giusti Plejers u diriġenti tat-tim tan-nisa ta' Birkirkara jirħu bil-kbir wara li rebħu s-seba' titlu -istorja tagħhom Ritratt - BOV Charlton Debono u Lisa Bezzina jkomplu jiddominaw fl-edizzjoni tal-Imdina tal-House of Sport 10k Series LATLETI prominenti Charlton Debono u Lisa Bezzina komplew id- dominju tagħhom fil-House of Sport 10k Series meta flimkien ma' 320 atleti oħra ħadu sehem fir-rotta ġdida li bdiet ġewwa l-iMdina u li ħadet lil atletli lejn Ħad- Dingli u lura. Għal Debono, din ir-rebħa ġiet wara tmiem il-ġimgħa impenjattiv li ratu jerġgħa jieħu it-titlu tal-iSportiv Tas-Sena fl-Għażliet Sportivi Għawdxin kif ukoll rebaħ it- tellieqa ta' 3000m il-ġurnata ta 'qabel. Mill-bidunett, Debono kien determinat li jissiġilla rebħa oħra u flimkien ma' Dillon Cassar stabilixxew il-pass – pass konsistenti li ra lil Debono jirbaħ f 'ħin ta' 33 minuta 5 sekondi. Segwieh, 25 sekonda wara Cassar. Din kienet it-tieni parteċipazzjoni ta' Cassar fis- Serje. Cassar qed jimxi wara il-passi ta' missieru Rodney Cassar, li hu veteran fix-xena tal-atletika. Fit-tielet post daħal Motassim Yusef Ali, 2 minuti u 33 sekonda wara Debono u Cassar. Fit-taqsima tan-Nisa, għal darb'oħra, Lisa Bezzina wriet id-determinazzjoni tagħħa biex tissielet mal- kompetizzjoni ta' Josann Attard Pulis. Bezzina spiċċat fl-ewwel post f '38 minuta 5 sekondi, filwaqt li Attard Pulis ħadet it-tieni post b'distakk ta' 30 sekonda. Gianella Bugeja kompliet il-podju tan-nisa f 'ħin ta' 41 minuta u 22 sekonda. "Kullħadd kien jaf li din ir-rotta ma kienitx ser tkun waħda faċli. Il-House of Sport 10k Series kisbu reputazzjoni għar-rotot xeniċi iżda li joffru sfida. Mir-reazzjoni fuq l-uċuħ tal-parteċipanti, rajna li l- aspettattivi tagħhom ġew milqugħin " ikkummenta Charlie Demanuele, Direttur tat-Tellieqa. "Waqt li t-tlielaq tagħna dejjem kienu popolari, konna sorpriżi bin- numru ta'parteċipanti!" Il-House of Sport 10k Series hija appoġġjata minn Urban Jungle House of Sport, Starmax u emvigee pr & marketing. Ir-reġistrazzjoni tal-ħin elettroniku huwa pprovdut minn ARRTS permezz ta' Agones SFC. L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lill- Kunsilli Lokali tar-Rabat u Ħad-Dingli, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li pprovdew assistenza matul l-avveniment. Aħħar iżda mhux l-inqas grazzi huma dovuti lit-tim mediku, kif ukoll il-voluntiera u l-marshalls preżenti. It-tellieqa li jmiss tal- House of Sport 10K Series se ssir nhar il-Ħadd 2 ta' Settembru f 'Burmarrad. Ir- reġistrazzjonijiet se jinfetħu dalwaqt. Charlton Debono segwit minn atleti oħra mal-ftuħ tal-edizzjoni tal-iMdina tal- House of Sport 10k Series Ritratt - Angie Conti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018