Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Sports 30 Sarah Sjöström twieldet fil-belt Żvediża ta' Salem li tinsab fil-Lvant tal-pajjiż nhar is-17 ta' Awwissu 1993. Hi għandha 24 sena u hija għawwiema li tispeċjalizza fi sprintfreestyle u butterfly. Hi għandha r-rekord ewlieni fil-50 metru freestyle, il- 100 metru freestyle kif ukoll il-200 metru freestyle. Sjöström saret l-ewwel atleta Żvediża illi rebħet il-midalja tad-deheb fil-Logħob Olimpiku li sar f 'Rio De Janeiro sentejn ilu. Is-sena l-oħra kienet waħda tad- deheb għal Sarah minħabba illi rebħet TheOverallSwimmingWorldCup. Sjöström hija għawwiema versatili u magħrufa għat-tul illi għandha, jiġifieri 1.82 metru. Ta' 21 sena hi kienet diġà rebħet it-titlu mondjali ħames darbiet. Kollox beda fis-sena 2003 meta Sjöström bdiet titħarreġ mal-klabb lokali ta' Södertörns Simsällskap. Rebħet l-unur ta' Newcomer of the Year fi Sports Gala tas-sena 2008 u l-aqwa għawwiema femminili għal erba' darbiet (2008, 2012, 2013 u 2014). Għamlet isem għaliha u għal pajjiżha meta kisbet l-ewwel midalja tad-deheb fil-kampjonati Ewropej tas-sena 2008 meta kellha biss 14-il sena. F'dik l-istess sena hi kisret ir-rekord nazzjonali tal-100 metru butterfly li kien jappartjeni lil Inge de Bruijn. Sjöström hija għawwiema ddedikata illi dejjem moħħha biex tkompli ttejjeb il-ħin tagħha sabiex tagħmlu dejjem iktar veloċi. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm? Kelli disa' snin meta bdejt nieħu l-għawm bis-serjetà. Din id-dixxiplina qiegħda għal qalbi ħafna u kien minn hemm illi bdejt nitħarreġ bil-għan li dejjem ntejjeb il-livell tiegħi filwaqt illi nimmira għall-iktar ħin veloċi u eventwalment l-iqsar wieħed possibbli. Meta mbagħad int tilħaq l-aħjar ħin tiegħek, hemmhekk ikollok emozzjoni kbira u fl-istess ħin tkun kburija b'dak li tkun għamilt. Int għadek kemm ġejt mill- kampjonati tal-għawm li saru fil-belt ta' Bergen. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek hemmhekk. Kienet esperjenza mill-aqwa fejn ħadt pjaċir nikkompeti hemmhekk. Kelli skeda mimlija daqs bajda u tista' tgħid illi kont okkupata mhux ħażin. L-ewwel bdejt nitħarreġ fi Stokholm, il-belt fejn twelidt sabiex imbagħad mort nikkompeti f 'Bergen fejn ħadt sehem f 'dawn il-kampjonati. Kelli ħinijiet tajbin ħafna u kont kburija li wasalt għal dan kollu. Nemmen illi s-sena l-oħra kienet waħda ferm pożittiva għalija fejn nibqa' niftakarha għal ħafna żmien. Mill-ħafna kompetizzjonijiet illi ħadt sehem fihom, liema hi l-aktar waħda illi tiftakar l-iktar? Naħseb li nibqa' ngħożż mhux ħażin il-midalja tad-deheb illi rbaħt fil-logħob Olimpiku ta' Rio de Janeiro ta' sentejn ilu. Din kienet it-tielet darba illi ħadt sehem f 'dawn il-logħob u bla dubju meta tasal mat-tielet tentattiv tiegħek, is- sodisfazzjon jikber dejjem aktar. X'inhi d-differenza bejn il- kompetizzjonijiet ta' 50 metru, 100 metru, breaststroke u freestyle fost l-oħrajn? Nista' ngħidlek illi l-freestyleevents huma l-iktar diffiċli li għawwiem jista' jagħmel. L-aqwa kompetituri jieħdu sehem f 'din it-tiġrija li dejjem tkun waħda kumbattuta u bilanċjata. Personalment nemmen illi l-freestyle hija l-aktar kompetizzjoni għal qalbi. Meta kont żgħira kien hemm xi għawwiema li kienet tikkompeti fil- passat li ispiratek? Aħna l-għawwiema Żvediżi m'aħniex neqsin minn kompetituri ta' talent u fil-passat kellna wkoll diversi minnhom bħal ArmiAiraksinen. Bengt- OlovAlmstedt u Therese Alshammar li kollha ħallew il-markatagħhom f 'dan l-isport. Ħafna jsemmu lil Federica Pellegrini li hija għawwiema ta' livell mondjali. Kellek iċ-ċans tikkompeti magħha u x'inhi r-relazzjoni tiegħek magħha? Hi kienet tajba ferm fit-tellieqa freestyle tal-200 metru kif ukoll dik tal-400 metru. Hi għandha r-rekord Olimpiku tal-200 metru u tista' tgħid illi din l-għawwiema mimlija talenti kbar. Ma tantx kellna ċ-ċans nikkompetu ħafna flimkien iżda tkellimna diversi drabi u fraħna lil xulxin bis-suċċessi li ksibna. X'inhuma s-sagrifiċċji illi għandu jagħmel għawwiem biex isir tajjeb? Fl-opinjoni tiegħi meta atleta jsiefer u jmur jikkompeti barra minn pajjiżu ma jistax jeħodha bħala vaganza anzi jrid jagħti l-almu tiegħu sabiex jilħaq il- potenzjal tiegħu filwaqt illi jkun kburi li pparteċipa u rrapreżenta lil pajjiżu. Bla dubju li biex tasal għal dan hemm bżonn ta' taħriġ intensiv fejn trid timxi mal-pjan li jkollok u tilħaq il-miri tiegħek jekk trid illi l-livell tiegħek jimxi 'l quddiem. Imbagħad jekk verament trid issiefer tista' tmur vaganza meta jkun spiċċa kollox. Imma huwa mportanti illi meta tieħu sehem f 'xi avveniment tiffoka kompletament fuqu. X'inhu s-sigriet tas-suċċess tiegħek? Naħseb illi hemm diversi sigrieti li wieħed jista' jkollu. Madankollu naħseb illi barra t-talent, wieħed għandu jaħdem qatigħ sabiex jasal għas-suċċess finali. Bħalma ngħidu xejn ma jiġi ta' xejn. Imbagħad irid ikollok il-personalità u l-kunfidenza biex tasal għat-tragwardi tiegħek. Hemm xi dieta partikolari illi għawwiem jew għawwiema jrid isegwi? Personalment jien m'għandi l-ebda dieta partikolari. Kuntrarju ta' dan importanti li tiekol ikel tajjeb għas-saħħa sabiex tkun fiżikament tajjeb għat-tiġrija li jkun imiss. Ma tantx nemmen ħafna bl-insalati hekk kif infittex ħafna ikel nutrittiv. Kemm-il siegħa tqatta' titħarreġ sabiex tasal għar-riżultati li tixtieq? M'hemmx sigħat partikolari. Hemm ħafna ħin involut ta' taħriġ sabiex dejjem ittejjeb il-ħin tiegħek. Nemmen ukoll illi importanti tistrieħ ukoll sabiex terġa' ġġib is-saħħa neċessarja. Naħseb illi l-iktar ġurnata twila u okkupata tkun meta rrid ngħaqqad ħames sigħat ta' taħriġ minħabba li tinvolvi ħafna u ħafna saħħa. B'hekk wara nkun għajjiena ħafna. Dawn jikkonsistu f 'sagħtejn għawm, siegħa niġġogja u sagħtejn oħra fil-gym. Beħsiebek tipparteċipa fil-logħob Olimpiku li jmiss? Iva beħsiebni nieħu sehem f 'dawn il- logħob. Qed nipprepara b'aktar taħriġ ħalli nżid iktar il-kunfidenza fija nnifsi. Nixtieq dejjem inkun aħjar kull jum li jgħaddi u niffoka fuq xi dettalji sabiex nipperfezzjona dan kollu. Kif tmur fil-kompetizzjonijiet backstroke u breaststroke? Ma ngħidx illi mmur ħażin f 'din il- kompetizzjoni. Għandi xi rekords li wettaqt f 'pajjiżi u kuntenta b'dan kollu. Min-naħa l-oħra, il-breaststroke huwa l-iktar diffiċli li tagħmel bħala għawm minħabba li tirrikjedi saħħa kbira. Kif tikkompara l-infrastruttura 'Ftit jafu li fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali Żvediżi, Cristian Antony Muscat Sarah Sjöström - Meqjusa bħala l-aqwa għawwiema d-dinja l-preżent kif ukoll fost l-aqwa għawwiema mondjali ta' kull żmien. "Ibqa' sejjer minkejja illi s-sitwazzjoni xi kultant tkun diffiċli. Dejjem ara illi titjieb ftit ftit kuljum. Il-futur dejjem għandu jkun umli bħall-passat tiegħek sabiex qatt ma tara kbir. L-għawm huwa sport verament sabiħ li min jogħġbu ninkuraġġih biex jibda jipprattikah." "Għalissa mhux qed inħares lejn l-Olimpijadi ta' sentejn oħra iżda qed niffoka fuq għaxar kompetizzjonijiet oħra li għandi nieħu sehem fihom fix-xhur illi ġejjin. Inħobb nieħu kompetizzjoni waħda wara l-oħra sabiex dejjem nilħaq il-potenzjal li nixtieq. Mhux qed ngħid illi l-Olimpijadi mhux importanti, altru milli hekk! Iżda dejjem trid tieħu kollox pass pass."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018