Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Kwazi 80% jaħsbu li l-immigrazzjoni Stħarriġ ippubblikat mill-Kummisjoni Ewropea juri illi għalkemm 51% tal-Maltin jaraw lill-immigranti bħala importanti għall-ekonomija, 79% jarawhom bħala piż u problema ta' kriminalità RAPPORT tal- Kummissjoni Ewropea ppubblikat f 'dawn l-aħħar jiem jista' jkun wieħed mir-raġunijiet ewlenin għaliex id-diskors politiku, speċjalment dak ta' Adrian Delia qed ikun dwar l-immigrazzjoni. Fil-fatt fl-1 ta' Mejju Delia tkellem fit-tul dwar l-immigrazzjoni u dwar il-bżonn li "influss" ta' ħaddiema barranin ma jkunux il-kaġun li Malta "ma tibqax tintgħaraf ". Muscat wieġeb wara nofsinhar mit-Tritoni u għamilha ċara illi ma jaqbel xejn mad- diskors ta' Delia, anzi sostna li l-viżjoni tiegħu hija ta' "pajjiż kożmopolitan." Ftit jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat stħarriġ li juri kif 75% tal-poplazzjoni Maltija, l-ogħla persentaġġ fl-Unjoni Ewropea kollha, jemmnu illi l-immigranti huma piż fuq is-sistema tal-'welfare' ta' pajjiżna, jiġifieri tas-sistema ta' servizzi soċjali. Dan huwa 19% iktar mill- medja fl-UE, 48% iktar mil-Lussemburgu li fih hemm l-inqas persentaġġ ta' nies li jaraw l-immigranti bħala piż u eżatt daqs il-Greċja. Min-naħa l-oħra huma biss 19% tal-Maltin li ma jaqblux ma' dan u 6% li ma jafux. Iktar minn hekk, Malta tinsab fil- quċċata tal-pajjiżi tal-UE hekk kif 79% tal-Maltin 'totalment jaqblu' illi l-immigranti jiggravaw is- sitwazzjoni tal-kriminalità fil- pajjiż. Il-kriminalità u n-nuqqas ta' sigurtà, bħall-immigrazzjoni, ukoll qed ikunu suġġett li jitqajjem ħafna drabi fid-diskors politiku ta' Delia. Fl-aħħar stħarriġ tal- gazzetta Maltatoday jirriżulta li 9.9% tal- parteċipanti semmew l-'barranin li qed jgħixu Malta' bħala l-akbar inkwiet tagħhom u 5.6% lill-immigranti illegali. Minkejja li Delia qed jitkellem aktar dwar is-suġġett, filwaqt li Muscat qed jippromovi pajjiż b'aktar barranin u taħlit huma iktar il- Laburisti, b'20% li wrew inkwiet milli n-Nazzjonalisti bi 11%. L-istħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea juri illi filwaqt li għad hemm reżistenza u anke elementi razzisti fil-pajjiż li mhumiex żgħar, hemm ukoll realizzazzjoni tal- importanza ekonomika tal-immigranti u tal- bżonn dejjem jikber ta' integrazzjoni. 27% ma jaħsbux li drittijiet ugwali jgħinu... L-ILLUM tat ħarsa dettaljata lejn dan l-istudju bl-isem 'Integration of immigrants in the European Union', li juri wkoll illi Malta tikklassifika mal- aħħar tliet pajjiżi f 'dak li jikkonċerna drittijiet ugwali lill-immigranti. Fil-fatt, mistoqsijin jekk jaħsbux li l-immigranti għandux ikollhom aċċess u drittijiet ugwali daqs il-Maltin għall- edukazzjoni, servizzi tas- saħħa u protezzjoni soċjali biex titjieb l-integrazzjoni, 27% wieġbu li 'totalment ma jaqblux'. Iż-żewġ pajjiżi l-oħrajn illi għandhom l-ogħla persentaġġi f 'din il- kategorija huma l-Polonja u l-Ungerija. Il-persentaġġ ta' Malta huwa 10% ogħla mill- medja fl-UE. Jivvutaw? U ma tarax jgħidu sitta minn kull 10... Persentaġġ ogħla huwa dak dwar id-dritt tal-vot. Dan l-istħarriġ juri illi 60% tal- Maltin ma jemmnux li jekk l-immigranti jkollhom id- dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali, dan jgħin fl- integrazzjoni tagħhom. Dan ipoġġina mat-tliet pajjiżi bl- ogħla rata ta' nies li jemmnu li l-vot mhux ċavetta għall-integrazzjoni u 12% ogħla mill-medja fl-UE. Il- medja fl-UE ta' nies li jaqblu (pjuttost jew totalment) illi jekk l-immigranti jingħataw il-vot, dan jgħin fl-integrazzjoni, huwa ta' 55%, filwaqt li l-persentaġġ f 'pajjiżna huwa ta' 35% (10% - jaqblu totalment u 25% - pjuttost jaqblu). Il-Portugiżi (70%), l-Iżvediżi (71%), l-Ingliżi (72%), l-Ispanjoli (73%) u l-Irlandiżi (74%) huma l-aktar popli li pjuttost jew totalment jaqblu li l-immigranti jingħataw jew jinżamm id-dritt tal-vot f 'elezzjonijiet lokali biex ikunu aktar integrati. Jekk inti Malti, Grieg jew Ċiprijott probabilment taħseb li l-immigrant qed jeħodlok xogħlok U l-immigranti vera qed jeħdulna ix-xogħol? Dan l-istħarriġ juri illi 63% tal-Maltin hekk jaħsbu anke jekk dan mhux neċessarjament huwa minnu. Dan ipoġġina fit- tielet post, b'73% tal-Griegi jaħsbu li l-immigranti qed jeħdulhom xogħolhom u 66% taċ-Ċiprijotti jaħsbu l-istess. Dan ifisser li dan is-sentiment f 'Malta huwa 24% ogħla mill-medja fl-UE u 51% ogħla mill- Iżvezja, illi tirreġistra l-inqas rata ta' nies li jaħsbu illi l-immigranti qed jieħdu xogħol in-nies tal-pajjiż. U fil-ħajja personali tagħhom, il-Maltin kemm huma tolleranti u kemm jaċċettaw lill-immigranti? Fil-fatt, fil-maġġoranza tagħhom il-Maltin huma akkoljenti u f 'ħajjithom jikkomunikaw ħafna ma' immigranti. 70% huma komdi bi ħbieb immigranti, 67% huma komdi b'kollega immigrant, 66% huma komdi b'ġirien immigranti, 57% huma komdi b'tabib immigrant, 60% huma komdi bi qraba jew sieħeb/ ba immigrant u 53% li huma komdi b'maniġer li huwa immigrant. Minkejja dan, Malta għandha rati ogħla mill- medja Ewropea f 'kemm il-poplu ma jissoċjalizzax u mhux komdu jagħmel kuntatt ma' immigranti. Kważi kwart tal- popolazzjoni, jew 24% tal-Maltin huma totalment skomdi bi ħbieb immigranti, 10% aktar mill-medja Ewropea. 22% jħossuhom totalment skomdi b'kollegi immigranti (8% iktar mill-medja fl-UE), 28% huma totalment skomdi b'immigrant bħala ġar (15% inqas mill-medja fl- UE), 37% huma totalment skomdi b'immigrant bħala tabib (17% ogħla mill-medja fl-UE), 32% jħossuhom skomdi b'immigrant bħala qarib jew sieħeb/ba u 31% jħossuhom skomdi b'maniġer immigrant (1% ogħla mill-medja fl-UE). L-istħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea juri illi 40% tal-Maltin jiltaqgħu ma' immigranti kuljum f 'kuntesti differenti, għalkemm min-naħa l-oħra 56% ma setgħux jgħidu bejn wieħed u ieħor kemm hi l-popolazzjoni tal- immigranti f 'pajjżna. 39% tal-Maltin 63% tal-Maltin jaħsbu li l-immigranti jeħdulhom xogħolhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018