Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915
9 Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet l-immigrazzjoni 'tiggrava l-kriminalità f 'pajjiżna' jagħmlu kuntatt ma' immigranti kuljum... It-taħlit u l-kuntatt bejn il-Maltin u l-immigranti huwa fost l-ogħla f 'pajjiżna u dan huwa probabilment riflessjoni tal-fatt illi l-popolazzjoni tal-immigranti f 'pajjiżna meta kkalkulata għal kull persuna hija għolja. Fil-fatt l-akbar kuntatt ta' kuljum bejn persuni mill-pajjiż u immigranti kien fil-Greċja (57%), l-Irlanda (55%), l-Awstrija u l-Iżvezja (it- tnejn 52%) u l-Italja (51%). 39% tal-Maltin jiltaqgħu ma' immigranti kuljum jew minn tal-anqas darba f 'ġimgħa fiż-żona fejn jgħixu, 25% jagħmlu kuntatt ma' immigranti kuljum jew minn tal-anqas darba f 'ġimgħa fuq il-post tax-xogħol, 31% f 'postijiet pubbliċi bħal sptarijiet, tallinja u aktar, 14% fi skola/università/childcare u 10% biss waqt attivitajiet ta' sport jew attivitajiet kulturali. Minkejja li 40% tal- Maltin jiltaqgħu jew jagħmlu kuntatt ma' immigranti f 'ħajjithom, l-istess stħarriġ juri illi 73% wieġbu li m'għandhomx ħbieb jew qraba li huma immigranti u li qed jgħixu Malta. Minkejja li l-persentaġġ huwa kbir u teżisti xi ftit ta' segregazzjoni soċjali skont iċ-ċittadinanza diversi pajjiżi oħrajn għandhom persentaġġi għoljin ta' nies li jgħidu illi m'għandhomx ħbieb jew qraba immigranti. Bosta jaraw l-immigrazzjoni bħala l-aqwa ċans biex ikun hemm it-taħlit u tkun iċċelebrata d-diversità. Imma maġġoranza qawwija ta' Maltin mhux qed jaraw dan il-valur miżjud kulturali, fil- fatt 64% ma jemmnux li l-immigrazzjoni b'xi mod tarrikkixxi l-kultura ta' pajjiż. Dan ipoġġi lil Malta bħala t-tieni l-aktar pajjiż li fih il-poplu ma jarax benefiċċji kulturali għall-immigrazzjoni. Huma biss 28%, it-tieni l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha, li jemmnu illi l-immigrazzjoni tarrikkixxi l-kultura Maltija. 64% jemmnu li l-integrazzjoni huwa investiment... U finalment l-istħarriġ x'juri dwar l-integrazzjoni? Il-Maltin iridu jintegraw jew le? L-ewwel nett 49% tal-poplu jemmen illi l-integrazzjoni bejn il- Maltin u l-barranin hija suċċess. Minkejja li din hija maġġoranza relattiva, 45% ma jaħsbuhiex l-istess. Maġġoranza qawwija oħra, jew 64% tal-poplu Malti, jemmen li l-integrazzjoni hija investiment fit-tul għal pajjiżna, 5% inqas mill- medja tal-UE. Huma ftit iktar minn kwart jew 27% li jemmnu illi l-integrazzjoni mhix xi ħaġa tajba għall-pajjiż. 88% jaraw fil-lingwa ċ-ċavetta tal- integrazzjoni Il-Maltin b'saħħa kbira jemmnu illi l-lingwa hija parti integrali mill-proċess ta' integrazzjoni, fil-fatt 88% qalu illi jaqblu ħafna jew pjuttost jaqblu ma' korsijiet tal-lingwa offruti lill-immgranti malli jaslu pajjiżna. 85% jemmnu li għandhom jkunu parteċipi fi programmi ta' integrazzjoni, 88% iħossu li dawn il-programmi għandhom ikunu mandatorji u 81% jemmnu li l-immigranti għandhom jkunu provduti b'miżuri li jgħinuhom isibu impjieg. Minkejja li kif għidna iktar 'il fuq 63% jħossu li l-immigranti jeħdulna xogħolna, 51% jemmnu li l-immigranti jsaħħu l-ekonomija Maltija. 42% ma jemmnux li l-immigranti għandhom impatt pożittiv fuq l-ekomonija. Minkejja dan, l-istħarriġ juri illi 57% ma jħossux li l-immigranti qed joffru aktar innovazzjoni. U ta' min hija r-responsabbilità tal- integrazzjoni, skont il-Maltin? 97% jemmnu illi l-iskejjel, l-università u child care huma importanti għall-proċess ta' integrazzjoni b'suċċess. 91% jemmnu li huwa l-irwol tal-Gvern ukoll li jara illi l-integrazzjoni sseħħ b'suċċess. 66% tal-Maltin jemmnu li jridu jkunu l-immigranti nfushom parteċipi biex l-integrazzjoni sseħħ b'mod assolut u pożittiv. Dan l-istħarriġ sar bejn il-21 ta' Ottubru 2017 u t-30 ta' Ottubru 2017 wara rikjesta mill-Kummisjoni Ewropea. Minn Malta saru 509 intervisti. L-istħarriġ fil-qasir • 63% jaħsbu li l-immigrazzjoni hija problema • 40% jiltaqgħu u jikkomunikaw ma' immigranti kuljum • 24% tal-Maltin iħossuhom skomdi b'immigrant bħala ħabib • 79% jħossu li l-immigrazzjoni żżid il-problema tal- kriminalità • 32% jħossuhom skomdi kieku qarib jew sieħeb/ba jkun immigrant • 76% la għandhom ħbieb u lanqas qraba immigranti • 49% jħossu li l-integrazzjoni hija suċċess • 64% ma jemmnux li l-immigranti jarrikkixxu l-kultura • 51% jemmnu li l-immigranti jsaħħu l-ekonomija • 75% jħossu li l-immigranti huma piż fuq is-sistema tal- 'Welfare' • 63% jħossu li l-barrani qed jieħu xogħol il-Maltin • 64% jaraw l-integrazzjoni bħala 'investiment' għall-futur • 60% ma jemmnux li l-vot lill-immigranti jgħin fl- integrazzjoni • 88% jaraw il-lingwa bħala importanti fil-proċess ta' integrazzjoni Kważi l-Maltin kollha jemmnu li l-immigranti għandhom jingħataw lezzjonijiet fil-lingwa X'qalu waqt nhar l-1 ta' Mejju? Joseph x'qal? - "Aħna mhux inbeżżgħu lin-nies bil- barranin, imma nagħtu kuraġġ. Irridu pajjiż fejn kulħadd jista' jagħmel suċċess...pajjiż kożmopolitan" Adrian x'qal? – "Ir-rata ta' trabi minn ommijiet mhux Maltin qed tikber u dan qed ibiddel it-tessut soċjali u se tbiddel min aħna u kif naħsbu u x'nieklu u x'nagħmlu u fejn irridu mmorru, mela l-pjan fit-tul... irid jikkunsidra jekk irridux u kemm lesti li ninbidlu, irridux insiru xi ħadd ieħor... insirux u nibqgħux nintgħarfu fis-snin li ġejjin... (li qed jiġu l-barranin jaħdmu f 'pajjiżna) qatt m'għandu jwassal biex pajjiżna jitlef l-identità tiegħu bil- konsegwenza li "wliedna ma jibqgħux jagħrfuh"