Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Intervista 12 P atri Mark Montebello huwa wieħed minn dawk il-qassisin li jiġbed l-ammirazzjoni lejh daqs kemm jiġbed il-kritika. Huwa wieħed minn dawk il-qassisin li qatt ma jiddejqu jgħidu eżatt fejn jinsabu ħsibijiethom, -ideoloġija tagħhom u forsi wkoll liema partit politiku jappoġġjaw. Il-ġimgħa l-oħra Patri Mark Montebello kiteb opinjoni fuq ġurnal lokali illi kif qal is-sit illum.com. mt meta rrappurtat l-istess kliem, permezz tagħhom fetaħ il-kanuni fuq il-mod kif il-Knisja qed tmexxi l-istrateġija tagħha, hekk kif il-pajjiż qed jiddiskuti l-emendi fil-Liġi tal-IVF. Montebello qal illi, "kull darba, ripetutament, l-istrateġija tal-kampanja tal-Knisja tispiċċa tagħti l-impressjoni li hija kontra drittijiet tal-minoranzi. Din id-darba," kompla Montebello b'referenza għall-kwistjoni tal-IVF, "qed nixhdu isteriżmu, argumenti simplistiċi, tattiċi ta' tbeżżigħ, kruċjati, xenarji ta' apokalissi u frażijiet banali. U dan għadu l-bidu..." Kull strateġija trid tkun maħsuba, speċjament tal- Knisja... "Imma, skużi ta'", nibda nistaqsih, "qed tippretendi li l-Knisja tkun favur emendi li jippermettu, l-iffriżar jekk il-Knisja (u mhux biss) temmen li l-ħajja tibda mill- konċepiment? Trid li l-Knisja tkun favur iffriżar ta' dak li hi taħseb li hija l-ħajja?' "Jien m'għidtx li l-Knisja hi antikwata fil-każ tal- IVF," jibda jiċċara Patri Mark. "Għidt li l-istrateġija li tidher li l-Knisja lokali qed tuża fil-kampanja biex tqajjem kuxjenza fil-każ tal-emendi għal-liġi tal-IVF mhijiex xierqa. Kull strateġija trid tkun maħsuba ħafna, speċjalment tal-Knisja, li fi żmienna tinsab f 'żvantaġġ soċjali." Imma hu x'jaħseb dwar din il-kwistjoni? Min jikkritika dawn l-emendi jgħid li l-iffriżar minflok l-eċċezzjoni se ssir in-norma. Hu x'jaħseb? "Il-qalba ta' din il-kwistjoni kollha hi li ma jkunx hemm b'ebda mod kummerċjalizzazzjoni tal- embrijuni jew ta' xi wieħed mill-elementi li jsawruhom. Dan jidher li hu wieħed mill-miri ewlenin tal-liġi tal- IVF u tal-emendi proposti għaliha, u din għandha tkun ir-regola f 'kull każ u dejjem." Indawwar il-mistoqsija u nistaqsi lil Patri Mark kieku hu kien Deputat Parlamentari x'kien jagħmel. Kien jivvota favur jew kontra l-emendi tal-Gvern? Montebello jibda billi jfakkar illi l-emendi għadhom fi stadju ta' diskussjoni u mhux eskluż il- possibilità ta' titjib. "Nifhem li hemm diskussjonijiet għaddejjin ta' kif dan jista' jsir u l-verżjoni finali għandha tiżen sewwa kull pożizzjoni li qed titressaq." Fil-fatt hekk kif kienet qed issir din l-intervista, il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca wriet it-tama illi l-liġi li tasal quddiemna tkun waħda li wiżnet il-kwistjonijiet etiċi u morali kollha. Ħsibtha ċajta... Indawru s-suġġett u nieħdu lura għall-burraxka li kienet qamet meta l-Arċisqof Charles J Scicluna xerred artiklu ta' opinjoni li deher fuq sit tal-aħbarijiet. L-awtur kiteb illi kif l-Ndragheta u l-Cosa Nostra huma l-mafja f 'pajjiżi ġirien, il-Gvern huwa l-mafja f 'pajjiżna. Nistaqsih jekk jaħsibx li r-retweet kienet f 'postha u x'jaħseb dwar l-argument li qed isir illi l-Arċisqof, bħal kull persuna oħra għandu dritt tal-espressjoni. Mingħajr wisq kantunieri, kif inhu s-soltu tiegħu, qalli hekk; "jiena ħsibt li dak ir-retweet kien ċajta ta' xi ħadd għall-1 ta' April għax dakinhar kien deher," qabel imbagħad kompla jgħid dak li jħoss bi ftit aktar diplomazija. "Kulħadd għandu d-dritt li jsemma' leħnu imma mhux kulħadd għandu l-lussu li jkun imprudenti," sostna Montebello mingħajr ma elabora iktar. Dejjem eżistew nies li jbigħu l-prinċipji tagħhom... Imma jekk lill-Arċisqof hemm min jakkużah li jaqdi l-interessi tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk din mhux neċessarjament minnha, ħafna oħrajn fuq in- naħa l-oħra tal-ispettru jaraw illi Montebello jaqdi wisq l-interessi tal-Labour. Insemmilu l-korruzzjoni, kwistjoni li ilha titqajjem mill-PN għal ħafna żmien issa. "Int x'tifhem b'korruzzjoni?" nibda nistaqsieh. "Għalija l-korruzzjoni hija x-xiri tan- nies, bit-tixħim jew b'xi mod ieħor, biex jaġixxu b'tali mod u mhux ieħor." Imma Patri Mark jaħseb li l-korruzzjoni qed tiżdied jew le f 'pajjiżna? Ma jweġibx direttament. Ma jgħidx jekk żdiditx jew le, jgħid biss li f 'pajjiżna u anke f 'pajjiżi oħrajn "eżistew u jibqgħu jeżistu, f 'kull livell tas-soċjetà, nies li b'xi mod jew ieħor ibigħu l-prinċipji tagħhom." Imma hu, għaliex ma kienx voċiferu, kif qed ikun fuq kwistjonijiet oħrajn? Montebello jgħid mal- ILLUM illi ħafna drabi dan is-suġġett huwa diskuss b'mod "simplistiku" u "partiġġjan" li ma jħallix spazju għal riflessjoni. "Is-sempliċiżmu u l-partiġġjaniżmu huma wkoll forom ta' korruzzjoni, intelletwali u morali." Kulħadd liberu, sakemm... Għal mument nerġgħu naqilbu s-suġġett u mmorru lura għal intervista oħra li kienet saret fuq din il-gazzetta, jiġifieri dik mal-Isqof ta' Għawdex Mario Grech. Fiha, għas- sorpriża ta' ħafna, l-Isqof ta' Għawdex kien qal illi għalkemm jiddispjaċih, mhux se jinkwieta żżejjed jekk il-Kurċifissi u l-Bambini jinteħħew mit-toroq u mill- postijiet pubbliċi. "Wisq nibża' li l-Bambini fit-toroq u l-kurċifissi mal-ħitan u fl-awli tal- Qrati qegħdin hemm u aħjar ma jkunux, għax xi drabi l-imġiba tagħna tikkontradixxi dawk l-immaġini… ninkwieta jekk is-soċjetà tieħu distanza mill- valuri tal-Evanġelju, jiġifieri l-valuri umani." U Patri Mark jaqbel jew le? Fil-fatt ma jaqbilx. "Ma narax għala għandu xi ħadd ineħħi jew iċaħħad il-manifestazzjonijiet pubbliċi, reliġjużi jew mhux, sakemm dawn ma jkunux diżrispettużi lejn ċittadini oħrajn." Huwa jkompli jfakkar illi "kulħadd għandu jkollu l-eżerċizzju tal-libertà tiegħu fir-rispett lejn il- libertajiet ta' ħaddieħor." L-identità tagħna tinbidel il-ħin kollu... Induru fuq l-immigrazzjoni, tema prevalenti fuq din il-gazzetta llum bl- istħarriġ ippubblikat mill- Kummissjoni Ewropea juri illi fil-pajjiż għad hawn jew nuqqas ta' għarfien jew inkella saħansitra antipatija lejn l-immigranti f 'pajjiżna. Issa dak li ilna naħsbu kien ikkonfermat. Kemm iħoss Patri Mark li qed napplikaw l-ispirtu Kristjan tas-solidarjetà u l-imħabba lejn l-immigranti? "Filwaqt li naqbel mal-isforzi li jistgħu qed isiru għall- integrazzjoni tal-immigranti li jgħixu fostna, nifhem li lanqas l-integrazzjoni m'għandha tkun sfurzata. Il-bidliet soċjali," ikompli jgħid Patri Mark, "dejjem jieħdu ż-żmien u jġibu ċerti inċertezzi; l-isforz għandu jkun li dawn l-inċertezzi jkunu mnaqqsa kemm jista' jkun." Nieħdu mill-ewwel allura għad-diskors tal-Kap tal- Oppożizzjoni (ara paġni 4,5 u l-editorjal) li aċċenna l-importanza illi waqt li nattiraw barranin lejn pajjiżna biex nimlew id- defiċit fil-qasam tax-xogħol m'għandniex nitilfu l-identità tagħna. Semma wkoll l-ommijiet barranin li qed ikollhom it-tfal Malta. Lil Patri Mark, dan il- kliem jinkwetah jew le? "L-identità, tagħna jew ta' ħaddieħor, qed tinbidel il-ħin kollu," ifakkar mill-ewwel Montebello. "M'hemm ebda identità li hi jew tibqa' statika. Ilkoll kemm aħna, Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Ir-retweet tal-Arċisqof ħsibtha Kontroversjali bħal dejjem. Jidher bħal donnu ribelluż. Imma Fr Mark Montebello x'jaħseb eżatt? X'jagħmel kieku koppja gay titolbu jżewwiġha? U kif jiddeskrivi lil Dom Mintoff? Għalija l-korruzzjoni hija x-xiri tan-nies, bit-tixħim jew b'xi mod ieħor, biex jaġixxu b'tali mod u mhux ieħor " " Charles kien bniedem qalbu f'idu, ta' sentimenti sempliċi imma onesti, u b'ruħ ta' tifel ċkejken li qatt ma waqaf jemmen s- sbuħija tan-nies " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018