Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ...................... 1 Valletta ......................... 2 (4-3 wara l-għoti tal-penalties) VALLETTA rebħu l-FA Trophy għall-14-il darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Birkirkara bl- iskor ta' 2-1, biex b'hekk wara li fil-jiem li għaddew rebħu l-Kampjonat, issa kisbu d-double. Kien biss fid-19-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fejn kienu Valletta li ħolqu l-periklu meta t-Taljan Matteo Piciollo, ittanta xortih permezz ta' xutt mid-distanza li iżda għadda ftit għoli. Il-Beltin komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara, Miguel Alba seraq il-ballun mingħand Ryan Scicluna, avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel kellu xutt mill-viċin jiġi salvat tajjeb minn Kristijan Naumovski. Kulma jmur il-ħin, il- Lilywhites bdew jirriżultaw bħala l-aħjar team fil-ground u fit-28 minuta, Enmy Manuel Pena Beltre għadda tajjeb lejn Santiago Malano li mill-viċin ra lil Kristijan Naumovski idawwar f 'corner bi bravura Azzjoni wara l-oħra, Valletta fetħu l-iskor fil-41 minuta meta Miguel Alba indirizza corner pinġut lejn Kyrian Nwoko li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba mill-viċin għeleb lill-Kristiajn Naumovski, bil-ballun jaħbat mal-art qabel intemm fix- xibka. U mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima, id-difensur versatili tat-team mill-kapitali, Joseph Zerafa kellu xutt potenti mid-distanza jolqot sieq il-wieqfa. Kienu l-Istripes li ħolqu l-ewwel periklu fit-tieni taqsima eżattament fit-63 minuta meta Waldemar Acosta kellu xutt minn ġol- kaxxa jiġi salvat parzjalment minn mal-art mill- goalkeeper internazzjonali ta' Valletta, Henry Bonello. Valletta ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni gowl fit- 78 minuta, meta Santiago Malano dar tajjeb mal- captain tal-Istripes Nikola Vukanac u permezz ta' xutt fil-baxx għeleb lil Kristijan Naumovski. Birkirkara naqqsu l-marġni tal-iskor fis-87 minuta permezz ta' freekick insidjuż ta' Ognjen Rolovic, bil-ballun jiġi devjat għal ġewwa mill- barriera ta' Valletta. Birkirkara Naumovski, Herrera, Barbosa, Andelkovic, Grech (Agius 60'), Zammit, Vukanac, Da Silva Goncalves Junior (Rolovic 61'), Acosta, Scicluna, C. Attard (A. Attard 90) Valletta Bonello, Camilleri, Gill Cruz, Malano, Piciollo, Nwoko (J. Borg 81), Pena Beltre, Zerafa, Saleh, Muscat (Pulis 85'), Alba (Rocha dos Santos 68') Referi Alan Mario Sant SANTIAGO MALANO Twieled fi Buenos Aires fl-Arġentina fl-1987. Skorja t-tieni gowl tant importanti għal Valletta li rregala r-rebħ tal-FA Trophy lil Valletta. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li jimmilitaw fil-futbol lokali. Ritratt - Christine Borg Valletta jirbħu l-FA Trophy u jiksbu d-double

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018