Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Sports 26 WBA jaħsdu lil Tottenham Hotspur b'rebħa drammatika WBA ħasdu lil Tottenham Hotspur meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor minimu ta'1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Jake Livermore propju fid-90 minuta. West Ham United barra minn darhom kisbu rebħa ferm importanti ta' 2-0 kontra Leicester City biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn Joao Mario u Mark Noble. Crystal Palace barra minn darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn James McArthur u Patrick van Aanholt. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għalihom wasal minn Xherdan Shaqiri fit-43 minuta. AFC Bournemouth ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Swansea City bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Ryan Fraser fis-37 minuta. Watford ġewwa darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta'2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Roberto Pereyra u Andre Gray. Dan sabiex il-gowl waħdieni għall- Magpies wasal minn Ayoze Perez fil-55 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 5 ta' Mejju Stoke City vs Crystal Palace 1-2 AFC Bournemouth vs Swansea City 1-0 Leicester City vs West Ham United 0-2 Watford vs Newcastle United 2-1 WBA vs Tottenham Hotspur 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 6 ta' Mejju 14:30 Manchester City vs Huddersfield Town 17:30 Arsenal vs Burnley 17:30 Chelsea vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM 12:30 Udinese vs Inter 15:00 Chievo Verona vs Crotone 15:00 Genoa vs Fiorentina 15:00 Lazio vs Atalanta 15:00 SPAL 2013 vs Benevento 15:00 SSC Napoli vs Torino 18:00 Sassuolo vs Sampdoria 20:45 Cagliari vs Roma 'Huwa sabiħ immens li tirbaħ l-akbar unur tal-isnooker f'Malta' - Brian Cini minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, Brian Cini, rebaħ il-kampjonat nazzjonali tad-diviżjoni premier tas-snooker organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association. Huwa għeleb lil Aaron Busuttil 6-5 f 'finali ferm eċitanti quddiem pubbliku numeruż fosthom l-eks plejer professjonali Malti, Tony Drago. Il-finali ntlagħbet fil-Każin Banda Melita fl-Imsida u ġiet irrefjata mir-referi Ivan Attard. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Clifton Grima li wara diskors qasir fejn semma l-impenn tal-Gvern li jgħin lil dan l-isport bil-ftuħ ta' akkademja fil-futur qrib, ippreżenta t-trofej lill- finalisti. Filwaqt li din kienet it-tieni rebħa għal Cini, kienet ukoll it-tieni finali konsekuttiva għal Busuttil li tilef bi skor daqshekk viċin, wara li s-sena l-oħra safa megħlub minn Duncan Bezzina 6-4. Ta' min isemmi li l-livell tal-logħob kien ferm għoli miż-żewġ protagonisti. Dan ġie kkonfermat ukoll minn Tony Drago nnifsu, filwaqt li r-referi kien ferm attent fid-deċiżjonijiet tiegħu. Il-punteġġ ta' din il-finali kien hekk: (Cini l-ewwel) 21 - 65 (55) , 72 (63) – 23 , 75 (75) – 9 , 56 – 43, 44 – 73, 25-77, 58 – 13, 18 – 60 (56), 82 – 12, 40 – 73 (49), 85 – 49. Tajjeb ngħidu li dan l-istaġun 2017-2018 dalwaqt jasal fi tmiemu hekk kif fadal biss ir-Ranking Tournament numru 4 u l-Kampjonati tal-Billiards. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Brian Cini nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward x'fisser għalih dan l-unur personali ferm importanti. Huwa stqarr magħna li: "Huwa sabiħ immens li tirbaħ l-akbar unur li jsir matul l-istaġun tal- isnooker f 'Malta, liema unur mhuwiex daqshekk faċli daqs kemm forsi jaħsbu xi nies. Dan għax għandek plejers tajbin li jistgħu jirbħulek fil- ġurnata. Mhix triq qasira lanqas, b'total ta' 18-il logħba fil-Premier League. Bdejna bil-gruppi fejn irnexxieli nirbaħ it-tmien logħbiet tiegħi kollha mingħajr ma nitlef frame. Wara l-gruppi jkun fadal tmien plejers fejn jerġgħu jinqasmu f 'żewġ gruppi ta' erbgħa. Din id-darba rnexxieli nirbaħ ħames logħbiet minn 6. Fis-semi- finali kelli logħba iebsa ma' ex-professional player bħal mhuwa Alex Borg. F'din il-logħba bdejt tajjeb fejn mort 2-0 minn fuq. Alex irrispondieni tajjeb biex qsamna l-iskor 2-2 qabel il-brejk. Il-ħames frame dam fuq tliet kwarti fejn nista' ngħid li dan kien l-aktar frame importanti tal-logħba. Fis-6 u s-7 frame rnexxieli nagħmel 67 u 82 break biex b'hekk irbaħt il-logħba. Fil-finali ġejt kontra Aaron Busuttil, fejn bdejt tajjeb ukoll meta bnejt vantaġġ ta' 3-1 bi breaks ta' 75 u 63, waqt li Aaron irrispondieni billi ħadli l-ħames u s-sitt frame. Madankollu, xorta waħda rnexxieli nirkupra tajjeb iżda Aaron baqa' jilgħabli tajjeb u b'hekk ġejna għad- 'deciding frame'. Bla dubju dan kien frame intensiv ħafna, fejn Aaron beda fil-vantaġġ ta' 20 punt, biex imbagħad tani ċans li ħsibt li qatt ma kien se jkolli. Irnexxieli nżomm il-kalma u l- konċentrazjoni biex b'hekk irbaht it-titlu ta' champion ta' Malta tas- Snooker. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja bis-sħiħ lill-Każin San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbug, li jipprovdieni bil-'home table' tiegħi, u lil dawk kollha li ġew jarawni jew issaportjawni b'xi mod," temm jgħid Cini. Team Malta tat-Tennis wara l-partita kontra l-Irlanda Jack Livermore jiskorja l-gowl tar-rebħa għall-iSpurs l-ħin miżjud Brian Cini bit-Trofew ta' Champion mal- Onorevoli Dr Clifton Grima Ritratt - MBSA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018