Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Sports 28 Wara s-suċċess tal-Floriana FC Nursery f 'Ruma: "Ibqgħu saqajkom mal-art u taslu" KEMM hu sabiħ tara grupp ta' tfal jieħdu gost jilagħbu l-futbol, idawru l-ballun bejniethom, jqassmuh 12-il darba sakemm jaslu quddiem il-goalkeeper avversarju, jieħdu ċ-ċans u jiskurjaw. U meta ma jagħmluhiex darba, iżda jirrepetuha kemm-il darba, tkun taf li dawk it-tfal qed jitgħallmu tajjeb u li fuq livell individwali xi wħud minnhom għandhom xi ħaġa speċjali. Aktar minn hekk, meta l-kompetizzjoni tibda ssir aktar iebsa u l-affarijiet jibdew ġejjin kontra, iżda xorta joħorġu rebbieħa, allura tibda tgħid li dawk l-istess tfal għandhom ukoll karattru. Dan hu dak li għamlu t-tfal ta' taħt il-11-il sena tal- Floriana FC Nurseryli ħadu sehem fit-12-il edizzjoni tat-TorneoInternazionale di Roma fil-ġimgħat li għaddew. It-tfal Furjaniżi taw wirjiet tajbin ħafna. Kienu ġeneralment sodi fuq wara, kreattivi fin-nofs u ħfief fuq quddiem. Ir- riżultati miksuba jitkellmu waħidhom: ħames rebħiet minn sitt logħbiet; l-ebda telfa; 22 gowl skurjat; u sofrew wieħed biss. Dawn ir-riżultati wassluhom biex rebħu l-kompetizzjoni milgħubafic-Centro La Borghesiana ftit kilometri 'l barra mill-belt kapitali Taljana. Kien hemm mumenti waqt it-tournament meta t-tim lagħab tajjeb ħafna tant li rebaħ 7-0 kontra Wembley Club Roma, 3-0 kontra LuzzaraCalcio Bologna u 9-1 kontra Gigi RivaCagliari f 'logħba milgħuba fis-silġ u xita qliel.Fil-logħbiet finali, kontra oppożizzjoni aktar qawwija u b'xi daqsxejn ta' pressjoni li ma naqsitx, it-tfal Furjaniżi xorta rnexxielhom jesprimu livell ta' futbol tajjeb biex rebħu żewġ logħbiet deċiżivi kontra Aprilia (1-0) u Kreuzlingen (2-0) tal-Iżvizzera. Għall-kronaka, l-ewwel partita tal-grupp finali kontra Supreme Roma intemmet fi draw ta' mingħajr gowls. Mistoqsi jekk stenniex dawn ir-riżultati, il-kowċ Ian Cachia, li ilu sentejn iħarreġ lill-istess grupp ta' tfal, qal li kompetizzjonijiet barra minn Malta għal tfal ta' dan il-livell dejjem ikunu kaxxa magħluqa. "Ma tkunx taf x'qed tistenna. La tkun taf il-livell tat-timijiet barranin, u lanqas ma tkun taf it-tfal tiegħek hux se jobduk. F'dan il-każ ħadna t-tournament logħba logħba u rnexxielna nġibu riżultati tajbin. Personalment l-aktar li jien kuntent hu li t-tfal obdew dak li għidnielhom jagħmlu u lagħbu flimkien għal xulxin". F'sitwazzjonijiet bħal dawn, meta tim ta' tfal Maltin jilgħab sitt logħbiet kontra timijiet barranin, barra minn daru, u jmur tajjeb ħafna, tiġik il-mistoqsija għaliex it-tfal iva iżda l-irġiel le. Ian Cachia jsostni li: "It-tfal tagħna tajbin u bravi daqs it-tfal barranin tal-istess età tagħhom. Urejna li kapaċi nlaħħqu ma' ċertu livelli u ta' dan irrid ngħid grazzi lill-kumitat tan-Nursery, coaches oħrajn, lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li jagħmlu u lit-tfal infushom. Issa biex ir-riżultati jibqgħu jinkisbu f 'etajiet akbar jinħtieġ li nibqgħu nieħdu ħsiebhom u niddiriġuhom bl-istess mod." Mitlub jikkummenta il- President tal-Floriana FC Nursery Dr Hugh Peralta qal li opportunitajiet bħal dawn għat-tfal tan-nursery jservu bħala "teambuilding", u metodu ta' tagħlim u osservanza tad-dixxiplina barra minn Malta. "Bla dubju li l-coaches tagħna l-aktar li nnutaw kienet il-ħeġġa straordinarja li biha t-tfal tal-Floriana affrontawit-tournament. Ir-riżultati li ksibna juru li t-tfal tagħna qed itejbu l-ħiliet tagħhom u nisperaw li s-sehem tagħna f 'manifestazzjonijiet bħal dawn nibqgħu inddaħħluhom regolarment fil-programm tan-Nursery tagħna." Dr. Peralta rringrazzja wkoll lill- coaches għad-dedikazzjoni tagħhom u għall-ġenituri li wrew serjetà u dixxiplina liema bħalha waqt il-mawra fl-Italja. U huwa hawnhekk li Ian Cachia jisħaq fuq is- sagrifiċċji li hemm bżonn isiru biex talent tal-futbol jasal sal-ogħla livelli. Il- messaġġ tiegħu lill-istess tfal li mexxa waqt it- tournament f 'Ruma huwa wieħed: "Timlewx raskom. Dan kien pass importanti, iżda għadkom ma rbaħtu xejn. Ibqgħu saqajkom mal-art u imxu fuq il-passi ta' Andre' Schembri li llum għandu ċans tajjeb jirbaħ il-kampjonat Ċiprijott ma' ApollonLimassol. Dak għamel ħafna sagrifiċċji biex wasal fejn wasal. Dejjem kien professjonali, kiel tajjeb, tħarreġ tajjeb, u qatt ma qal kelma żejda. Dejjem baqa' umli. Għamlu bħalu u jkollkom ċans tajjeb li taslu", sostna Ian Cachia. Minbarra bit-tim U/11, in-Nursery tal-Floriana FC ħadet sehem fl-istess tournament f 'kategoriji differenti mill-U/10 sal-U/15. Fil-kategoriji kollha nkisbu riżultati importanti u spikkaw players individwali li wrew mhux biss talent iżda wkoll sens tal-logħba. Jekk dawn l-istess playersjiżviluppawx biżżejjed biex għada pitgħada jagħmlu l-grad u jkunu bħal Andre Schembri, dik xi ħaġa oħra. Biex dak iseħħ, jinħtieġ impenn, sagrifiċċji u taħriġ. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Mario Xuereb. Tfal ta' taħt il-11-il sena tal-Floriana FC Nursery li ħadu sehem t-12-il edizzjoni tat-Torneo Internazionale di Roma Nathan Zerafa - azzjoni waqt il-logħba ma' Luzzara Calcio Bologna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018