Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915
Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Sports 29 Tim Malti tal-Judo għat-Trofew Internazzjonali ta' Tolmezzo ILMALTA Judo Federation, biex iżżomm il-momentum ta'avvenimenti internazzjonali, ġabret tim biex tattendi t-36 Trofew Internazzjonali ta' Tolmezzo. 13-il atleta mill- kategoriji tal-Espoir (12 - 14-il sena), Kadet (15-17 sena), Junior (taħt 21 sena) u Seniors, akkumpanjati mid-Direttur taż- Żgħażagħ, is-Sur Joseph Castillo u 3 kowċis u uffiċjali oħra, vjaġġaw lejn it-Tramuntana tal-Italja il-weekend li għadda. 472 atleti minn 8 pajjiżi kkompetew f 'dan l-avveniment. L-avveniment beda bl- Espoirs. Il-bniet, Kirsty Cauchi u Estelle Camilleri ressqu l-ewwel suċċessi għat-Tim Malti. Fil--52kgs, Estelle Camilleri tilfet l-ewwel logħba tagħha, imma rebħet it-tieni b'mod spettakolari. Estelle remiet lit-TaljanaCoradazzib'O- Goshi (teknika maġġuri tal-ġenbejn) għal wazari (nofs punt) u pproċediet għal transizzjoni perfetta biex żammet lil-avversarju ma' l-art għal wazari ieħor, biex b'hekkgħaddiet għall- logħba għal-midalja tal- bronż. Hawnhekk Estelle tilfet mat-Taljana Mari, li kienet qatgħat it-triq lil Kirsty Cauchi għad-deheb. Kirsty kompliet fir-repechage, u rebħet il-midalja tal- bronż b'fusen gachi, meta l-avversarju tagħha ma ġietx. Estelle ġiet fil-5 post. Ukoll fil-kategorija tal- Espoir kien Kris Samuel Bartolo ta' tnax-il sena. 15 judoka ikkompetew fit-42kgs. Anke jekk taprestazzjoni tajba kontra r-rebbieħ tat-Turnament tas-sena li għaddiet, huwa naqas milli jiżgura qabda tajba biex jarmi. Fil-ġlieda tar-repechage, tilef il-ġlieda tiegħu, u ġiefid-9 post. Fil-kategoriji tal-kadetti, Owen Cauchi ikkontesta l-55kgs. Din kienet l-ewwel opportunita'tiegħu f 'Turnament barra l-pajjiż. Huwa tilef l-ewwel 2 bouts tiegħu iżda fit-tielet wieħed segwa s-suġġerimenti tas- Sensei Castillo fuq skemi ta' Kumikata u irnexxielu jirebaħ. Fil-ġlieda tiegħu għall-bronż, ir-referee iddeċieda li jippenalizzah 3 darbiet, u dan wassal għal hansokumake dubjuż ħafna (sospensjoni), u spiċċa fir-4 post. Il-kategorija tas-66kgs kadetti kienet waħda mill-ikbar kategoriji u ġiet ikkontestata minn 20 judoka. Clive Camilleri rebaħ l-ewwel logħba b'punt meraviljuż minn kontra attakk. Fil-kwarti tal-finali, Clive tilef mat-Taljan Andrijczuk, li eventwalment rebaħ il-bronż. Fir-repechage, Clive għamel ir-ritorn tiegħu b'2 Sasai Tsurikomiashi meraviljuż (teknika tar- riġel) li rriżulta f 'Ippon. Fil- logħba li kien imiss, Clive kien qiegħed jikkontrolla lit-Taljan Mircea, sakemm Mircea ħa l-opportunità biex ħanaq lil Clive sakemm Clive ċedha. Clive spiċċa fis-7 post u Mircea kompla biex rebaħ il-midalja l-oħra tal-bronż. Fil-kategorija tat-73kgs, Malta kellha 2 judoka, Kurt Butters u Andreas Castillo. Għalkemm ir-regoli jippermettu biss 30 sekonda biex l-avversarju jitfaċċa, Butters kellu jistenna aktar minn 2 minuti u għalhekk tilef l-konċentrazzjoni. Huwa xorta rnexxielu jagħmel attakk meraviljuż, iżda ma kienx b'saħħtu biżżejjed biex jirbaħ punt. L-avversarju tiegħu mbagħad rema' għal dak li kellu jkun wazari (nofs punt), iżda r-referee iddeċieda li kien Ippon, u għalhekk tilef il- logħba. Sfortunatament, l-avversarju tiegħu ma komplix għall-istadju li jmiss u għalhekk Kurt ma kompliex fir-repechage. Castillo tilef kontra l-ewwel avversarju tiegħu iżda ġie rkuprat fir- repechage. Huwa kellu qbid tajbin u kien qiegħed jikkontrolla l-ġlieda, iżda eventwalment tilef b'kontrattakk. Nathan Falzon ikkompeta għall- ewwel darba barra l-pajjiż fil-kategorija tal-juniors. Il-81kgs kienet ikkontestat minn 4 atleti. Fit-tieni bout tiegħu kien qiegħed jirebaħ b'wazari iżda n-nuqqas ta' esperjenza wasslitu biex tilef il-ġlied tiegħu, u ġie r-raba'. Fil-kategoriji tas-seniors, Malta kellha lil Alanis Cardona fit-52kgs. Alanis bidlet l-isport mill-lotta għal-Judo xahrejn ilu biss. Għalkemm hija tilfet il-logħob tagħha, hija Judoka b'saħħitha li tissielet b'determinazzjoni u għandha tara titjib fil-futur qarib. Il-judoka femminili l-oħra, Rosemary Sammut ma kinitx kontestata fil-48kgs. Hi kellha 2 logħob ta' ħbiberija. Fl- ewwel waħda, Rosemary għamlet attakk kbir, iżda b'xi mod ir-referee iddeċieda li jagħti l-punt lill-avversarja. Madankollu, fit-tieni logħba hi kienet determinate u rebħetha. David Cucic ikkontesta l-kategorija -90kgs, meta l-kategorija normali tiegħu hija -81kgs. Id-differenza fil-qawwa u d-daqs setgħet tidher faċilment fil-ġlied tiegħu, u eventwalment tilef iż-żewġ logħbiet. Luca Montebello pprova l-kategorija l-ġdida tiegħu, il-100kgs. Hu rebaħ it- tielet logħba tiegħu b'mod konvinċenti, madankollu, peress li 3 mill-judoka rebħu ġlieda kull wieħed, il- ħin ġie meqjus, u Luca kellu l-itwal waħda, u għalhekk ġie fil-5 post. Jeremy Saywell kellu l-komeback tiegħu għall- kompetizzjoni. Huwa lesta l-ewwel logħba kontra t-Taljan Belfio b'ura nage (tarmi lura) f 'inqas minn minuta. It-tieni attakk kontra t-Taljan Tassotto ma marx kif ippjanat. Meta Jeremy pprova jerġa' jarmi b'ura nage għamel żball u l-avversarju ħa vantaġġ, li rriżulta f 'punt kontra Jeremy. L-aħħar logħba tiegħu rebaħha b'fusen- gachi, peressli l-avversarju tiegħu kien imweġġa' u ma ġiex għall-logħba. Jeremy għalhekk ħal-midalja tal- fidda għal Malta. It-tim diġà kompla bit-taħriġ tiegħu, u l-federazzjoni diġà qed tippjana l-avvenimenti li jmiss tagħha kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Ibqgħu sintonizzati billi ssegwu l-paġna Malta Judo Federation & Associated Disciplines.