Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 IDDISKORS kien wieħed b'saħħtu ħafna u kien immirat biex ifakkar fil-kisbiet ta' Gvern Laburista u jnessi mill-kritika u stejjer li qed joħorġu fil-konfront ta' nies influwenti li joperaw fl- istess Gvern. Id-diskors kien wieħed magħmul biex jerġa' jqajjem l-entużjasmu fost partitarji li forsi bdew jiddubitaw is- saħħa tal-Gvern quddiem numru ta' rivelazzjonijiet li ħarġu riċentement. Id-diskors kellu punti qawwijin ħafna. L-ewwel nett Muscat beda jindirizza dik li għal dan il-Gvern, f 'termini ta' popolarità, hija l-akbar uġigħ ta' ras; il- housing. Dan jixhdu eżerċizzju li kien sar minn din il-gazzetta meta staqsiet numru ta' Deputati Laburisti x'inhi l-aktar kwistjoni li Laburisti jew inkella votanti oħrajn ikellmuhom dwarha. Housing; l-akbar uġigħ ta' ras għall-Gvern... Il-problema ta' housing hija waħda li qed issir aktar ikkumplikata minħabba li 1) dan il-Gvern sab waiting list ta' madwar 3,000 persuna jistennew post tal-Gvern, 2) fl-ewwel ħames snin ta' Gvern Laburista, anke jekk beda x-xogħol, għadu ma tlestiex appartament wieħed, li jfisser illi l-lista żdiedet u 3) il-prezzijiet li splodew tal-kirjiet flimkien ma' prezzijiet li għolew tal-proprjetà u l-fatt li l-banek huma aktar attenti u konservattivi fil-mod kif jagħtu s-self. Dan kollu qed jitfa' pressjoni serja mhux biss fuq il-faxxa ta' isfel imma anke fuq il-faxex baxxi tal-klassi tan-nofs u żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew il-ħajja tax-xogħol u qed jfittxu post. Dan jispjega għaliex Muscat qed jagħraf li l-housing taf tkun waħda mill-akbar kwistjonijiet illi 'on the ground' tfisser voti. Dan jispjega l-aċċenn partikolari fuq il-housing u proġett ġdid ta' housing li ħabbar il-Gvern. Muscat jaf illi ladarba jkollu dan l-investimemt lest ikun a) qatel ħafna mill-kwistjoni tal-kirjiet għoljin għax dawk li ma jistgħux jikru u lanqas jixtru jsibu saqaf fuq rashom f 'housing soċjali u b) ikun ħalla marka soċjalista qawwija fuq il-wirt tiegħu bi proġett soċjali kbir. Fuq is-soċjal Muscat ħabbar ukoll, kif żvelat din il-gazzetta, li se jinfetaħ proċess ta' konsultazzjoni dwar il-kirjiet privati. Din hija rebħa kbira għal dawk kollha b'għeruq xellugin u soċjalisti u dawk li jemmnu li is-suq m'għandux isuq mingħajr ma jkun hemm regolarizzazzjoni ta' kif jitmexxa. L-ekonomija, l-akbar saħħa ta' Muscat... Meta Muscat jitkellem dwar l-ekonomija jkun fl-aqwa tiegħu. Hu jaf illi fil-pajjiż hawn sens ta' ottimiżmu qawwi f 'diversi setturi u l-qgħad huwa fost l-inqas fl-Ewropa. Iċ- agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-1 ta' Mejju. Żewġ mexxejja. Muscat dwar l-ekonomija, il-but u l-housing u Delia dwar l-identità. Imma liema kien l-aħjar diskors? X'kien hemm tajjeb? X'ma qalux? U x'juruna dwar iż-żewġ mexxejja politiċi Maltin? DAK ta' Adrian Delia kien diskors ħafna inqas vast milli kien ta' Muscat fis-sens li mess ma' inqas suġġetti. Filwaqt li l-aċċenn tal- Prim Ministru kien aktar fuq l-ekonomija, l-benefiċċji u l-housing, l-aċċenn ta' Delia kien aktar fuq l-immigrazzjoni u l-identità ta' pajjiżna. Tant hu hekk li Delia temm id-diskors tiegħu billi wissa illi fix-xejra ta' pajjiż li qed jiġbed ħafna ħaddiema barranin m'għandniex nitilfu lil uliedna għax pajjiżna ma jibqgħux jgħarrfuh. Dan juri illi Delia għad għandu idea pjuttost romantika u nostalġika ta' x'jiġifieri tkun Malti jew x'jiddistingwina bħala Maltin. Daqslikieku poplu huwa omoġenju u allura pajjiżna jintagħaraf jekk ikun mimli nies bojod jew ġilda samranija, kattoliċi, jitkellmu bil-Malti jew Ingliż partikolari, Nazzjonalisti/ Laburisti u jekk ikunu twieldu f 'pajjiżna minn omm Maltija. Hawnhekk Delia, forsi sforz il-fatt li għandu bżonn żiemel ta' battalja, dieħel f 'żona mimlija toqob, ħofor u nasbiet. L-ewwel u qabel kollox għax hawnhekk għandna nies li ġew f 'Malta b'passat differenti u stejjer differenti. It-tieni għax ħafna minn dawn il- barranin huma ħbieb, qraba jew saħansitra miżżewġin ma' persuna Maltija u t-tielet għaliex, tajjeb u ħażin dawn in-nies qed jimlew ħafna postijiet tax-xogħol li jew 1) il-Maltin ma jridux jimlew jew inkella 2) i lanqas hawn biżżejjed riżorsa bil-Maltin biss biex nimlew. Illum f 'diversi lokalitajiet bħal Buġibba, il-Qawra, San Pawl, ix-Xemxija, San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema u anke diversi lokalitajiet fin-naħa t'isfel tal-pajjiż hemm preżenza qawwija ta' individwi barranin jew inkella negozji barranin, li qed joperaw jew qed jgħixu hawn b'mod legali. Jiġifieri qabel biss nibdew Delia jeħtieġ jgħid eżatt x'jagħraf hu b'Malta u kif jagħraf lil Malta hu. B'hekk il-poplu jkollu idea ta' liema tip ta' Malta jrid Delia kieku qatt isir Prim Ministru. Żelqa kbira... Delia żelaq bl-ikrah, għax infetaħ għall-kritika, meta biex iġib eżempju ta' kif nistgħu ninbidlu u ma nibqgħux nintgħarfu, semma n-numru ta' ommijiet barranin li qed ikollhom trabi f 'Malta. L-ewwel nett dan jista' jidher, anke jekk mhux neċessarjament hu, attakk fuq l-aktar vulnerabbli; mara, barranija u omm. U t-tieni nett juri insensittività kbira lejn il-mara, hekk kif b'implikazzjoni jitfa' t-tort kollu fuq il-mara. Innutaw, Delia semma l-mara barranija, omm. Ma semmiex ir-raġel, barrani missier. Delia għadu kif jibda fil-ħajja politika, imma supppost jaf li hu jikkmanda l-awtorità fost sezzjoni kbira tal-poplu Malti u allura meta jitfa' stqarrijiet dwar l-identità u bħala eżempju u fl-istess sentenza juża eżempju ta' omm barranija, jkun qed jimplika li dik l-omm hija l-problema. Anke jekk ma qalx hekk u anke jekk ma riedx ifisser hekk, xogħol l-istrateġisti tiegħu (jekk għandu) huwa li jgħarrfuh illi jista' jinftehem hekk. Fejn hu b'saħħtu.... Delia kien b'saħħtu fejn tkellem dwar is-saħħa tal- pagi. Dan juri illi Delia qed imiss u jifhem ir-realtà li għalkemm l-ekonomija sejra tajjeb hemm setturi ta' nies li mhumiex, speċjalment dawk li jridu jgħaddu b'pensjoni. Delia, kien b'saħħtu wkoll meta semma l-eżempju ta' mawra li kellu f 'Ta' Dbieġi u li matulha negozjant qallu illi x-xogħol hemmhekk mhux tajjeb. Dan għal darb'oħra juri li minkejja illi l-istampa l-kbira tista' tkun feliċi hawn negozji, speċjalment dawk żgħar u tal-familja, li mhux sejrin tajjeb. Naturalment, il-ġudizzju se jsir meta Delia juri x'se jkun qed joffri lil dawk li qed ibatu sforz staġjonalità, globalizzazzjoni jew inkella kompetizzjoni minn katina ta' ħwienet. Huwa jsemmi l-bżonn li t-tfal ikollhom iktar ħin għal-logħob kif ukoll li 90% ta' dak kollu li jitgħallmu fl-iskola mhux se jużawh f 'ħajjithom. Dan jista' jkun vera, imma wieħed jeħtieġ ikun aktar ċar. Għal xiex qed jirreferi Delia? Għal liema suġġetti? Jew għal liema parti ta' suġġetti qed jirreferi meta jimplika li dawn huma 'għalxejn'?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018