Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Sports 31 f 'pajjiżek ma' dawk li ltqajt magħhom hawn Malta? Aħna għandna faċilitajiet fl-Iżvezja fejn ħafna pixxini jintużaw minn diversi klabbs. Anke timijiet tal-waterpolo jitħarrġu hawnhekk għalkemm dan l-isport mhux daqshekk popolari fl- Iżvezja. Aħna għandna diversi pixxini ġewwa minħabba t-temp u t-temperaturi illi jkollna fejn ġieli naqbżu l-20 grad taħt iż-żero. Jekk nitkellem fuq ir-riżorsi li għandkom hawnhekk, ninsab sodisfatta ferm bil- pixxina f 'Tal-Qroqq apparti illi t-temp hawnhekk verament sabiħ speċjalment ix-xemx illi fl-Iżvezja xi kultant hija rarità. Inti meqjusa bħala ambaxxatriċi tal-isport f 'pajjiżek. Irnexxielek iġġib ukoll aktar voti mill-plejer tal- futbol Zlatan Ibrahimovic. Xi tħoss illi għandek tagħmel sabiex dak li jkun iqisek bħala eroj? Jien inħossni kburija ħafna li jien ambaxxatriċi ta' pajjiżi u qed nieħu din il- kariga bis-serjetà kollha minħabba li min fdani biha jemmen ħafna li nista' nwassal messaġġ pożittiv. Bqajt mistagħġba kif irnexxieli inġib voti aktar minn Ibrahimovic. Nista' ngħid ukoll illi l-atleti femminili f 'pajjiżna huwa stmati ħafna u dan jagħmel l-isport wieħed mill-iktar popolari fl-Iżvezja. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Ngħidlek il-verità, għalissa mhux qed inħares lejn l-Olimpijadi ta' sentejn oħra iżda qed niffoka fuq għaxar kompetizzjonijiet oħra li għandi nieħu sehem fihom fix-xhur illi ġejjin. Inħobb nieħu kollox kompetizzjoni waħda wara l-oħra sabiex dejjem nilħaq il-potenzjal li nixtieq. Mhux qed ngħid illi l-Olimpijadi mhux importanti, altru milli hekk! Iżda dejjem trid tieħu kollox pass pass. Tara lilek innifsek bħala kowċ 'il quddiem? Ifhem bħalissa ma narax lili nnifsi nikkowċja għax inħobb ħafna nikkompeti u s'issa qatt ma ġietni f 'rasi l-idea li nieħu ħsieb xi atleti. 'Il quddiem forsi naraw iżda għalissa ejja ngawdu l-preżent tagħna. L-iktar ħaġa mportanti għalija hu li nkompli nitjieb u dejjem intejjeb il-ħin personali tiegħi. Żvediżi, jien ġibt iktar voti minn Ibrahimovic' Twieldet l-belt Żvediża ta' Salem li tinsab l- Lvant tal-pajjiż nhar is-17 ta' Awwissu 1993. Hija meqjusa bħala l-aqwa għawwiema d-dinja l-preżent kif ukoll fost l-aqwa għawwiema mondjali ta' kull żmien. Saret l-ewwel atleta Żvediża illi rebħet il-midalja tad-deheb l-Logħob Olimpiku li sar f 'Rio De Janeiro sentejn ilu. SARAH SJÖSTRÖM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018