Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

FILJIEM li għaddew, uffiċjali tad-dwana fl- uffiċċju tal-posta f 'Ħal Qormi, għamlu dik li sejħu bħala "sejba goffa u rari," f 'kaxxa indirizzata lil persuna barranija residenti f 'Malta. Fil-kaxxa, li kienet ġejja mir-Russja nstabu ġlud ta' żewġ orsijiet (Bear skin u Lynx skin). L-importazzjoni ta' dawn il-ġlud hija projbita anke għax dawn l-ispeċi huma protetti mil-liġi tas-CITES, Konvenzjoni li l-għan tagħha huwa li tassigura li l-kummerċ internazzjonali ma jkunx ta' theddida għal speċi ta' pjanti u annimali selvaġġi. Il-ġlud ġew ikkonfiskati filwaqt li ġew mgħarrfa b'din is-sejba uffiċjali tal-ERA. Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Intant, fil-jiem u l-ġimgħat li għaddiet, uffiċjali tad- dwana interċettaw diversi pakketti b'sustanza ta' droga li ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. F'xi każi diġà tressqu nies il-Qorti, anki wara li l-Pulizija sabet iktar droga fir-residenzi tagħhom. illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Sejba 'goffa u rari' fl-uffiċċju tal-posta f 'Ħal Qormi Joħroġ pakkett miż-żarbun u jgħaddih lil turista f 'Paceville Minn Yendrick Cioffi ŻAGĦŻUGĦ intbagħat sena ħabs wara li nstab ħati li f 'Settembru tas-sena li għaddiet kien qiegħed ibigħ il-kannabis f 'Paceville. Ahmed Al Allagi ta' 27 sena, Libjan residenti l-Imsida kien deher joħroġ pakkett kannabis miż-żarbun u jagħtih lil turista Taljana. Allagi kien akkużat bi traffikar tal-kannabis f 'post iffrekwentat miż-żgħażagħ u li sar reċidiv. Dan wara li kien diġà kien qed jiskonta sentenza sospiża dwar iffalsifikar ta' dokumenti. Uffiċjali tal-pulizija qalu li meta avviċinaw lill-akkużat rawh idaħħal xi ħaġa f 'ħalqu u jiblagħha. Skont l-uffiċjal tal- probazzjoni, waqt li kien fuq ħelsien mill-arrest, kien iċċertifikat pożittiv fuq id- droga. Intant, l-akkużat kien ċaħad l-akkużi. Kien saħaq li xtara nofs gramma kannabis mingħand Somali u kien pejjipha ma' xi tfajliet. Kompla jgħid li t-tfajliet kienu offrewlu xi flus għal joint imma saħaq li kien irrifjuta. Min-naħa tagħha, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qalet li ma hemm l-ebda dubju li l-akkużat kien ħati għax ħafna mix-xhieda kienet ibbażata fuq persuni li raw b'għajnejhom lill-akkużat jgħaddi d-droga lill-persuna oħra. Minkejja dan, ikkritikat il-fatt li l-prosekuzzjoni falliet milli tipprovdi biżżejjed evidenza dwar sentenza oħra li l-akkużat kien qiegħed jiskonta u għalhekk ma setgħetx issibu ħati li sar reċidiv. Fid-deċiżjoni tagħha, il- Maġistrat qalet kif l-ammont ta' droga li għadda lit-tfajliet kien żgħir ħafna, mhux aktar minn 67% u li iżda kienet biss 5% pura. Apparti s-sena ħabs huwa kien ordnat iħallas multa ta' €200.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018