Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet mexxejja. Żewġ diskorsi ċertifikat ituh il-barranin kollha li qed jiġu pajjiżna, sew mill-bogħod bħal Indjani u Pakistani u saħansitra anke ħafna Sqallin. Naturalment dan mhux dejjem jogħġob lil ħafna Maltin li jħossu illi pajjiżna qed isir dejjem iktar iffullat u b'hekk l-iżvilupp qed jiżdied wisq, kif qed jiżdiedu wkoll il-prezzijiet l-aktar tal-kirjiet. Imma għalissa jidher li dan l-inkwiet għadu qed jissopravivi taħt ċifri tajbin, negozju qawwi speċjalment f 'postijiet bħall-Belt Valletta, turiżmu rekord,settur b'saħħtu ta' kostruzzjoni u dħul qawwi ta' sidien mill-kirjiet. Jidher li minkejja l-antipatija għall-'barrani li qed jieħu xogħolna' it-tkabbir ekonomiku u l-prospett ta' aktar tkabbir illuppja kull forma ta' kurrenti xenofobiċi u anti-Muscat. Muscat semma t-taxxa u kif din hija l-ewwel sena li fiha ma sarux taxxi ġodda, il-benefiċji li daħħal, iż-żidiet fil-pensjoni u li sar l-akbar surplus fl-Unjoni Ewropea. Kif għidna f 'analiżi l-ġimgħa l-oħra, l-istorja politika wriet illi l-ekonomija u l-flus fil-but jew il- prospett (anke jekk mhux reali) ta' flus fil-but hija waħda mill-aktar fatturi importanti meta wieħed imur u jagħżel lil min irid fil-Gvern. Il-mod kif wassal il- messaġġ... Naturalment mhuwiex biss il-messaġġ li huwa kardinali imma wkoll kif politiku jwassal dak il- messaġġ. Muscat bena ħiliet ta' oratrija tajbin ħafna. Il- messaġġ tiegħu jidher illi jingħata b'ċerta passjoni u preparazzjoni. In-nies li qed jisimgħuk mhumiex boloh, jafu għax iħossu, jekk intix ippreparat, jekk temminx dak li qed tgħid u jekk dak li qed tgħid intix tgħidu b'passjoni u b'ħeġġa. Dik il-passjoni u ħeġġa tkun trasmessa lin-nies li qed jisimgħuk. Muscat jitrasmetti din il- ħeġġa, li jfisser illi jkollu l-attenzjoni kontinwa ta' dawk li qed jisimgħuh. Id-'delivery' ta' Muscat kienet tajba ħafna, u simili għall-ispirtu kumbattiv ta' qabel l-elezzjoni. Dak li ma qalx! In-negattiv tad-diskors ta' Muscat huwa iktar f 'dak li ma qalx milli f 'dak li qal. Muscat m'għamilx imqar referenza waħda għal diversi żviluppi li seħħew matul din l-aħħar sena. Notevolment Muscat ma semma xejn dwar il- qtil ta' Daphne Caruana Galizia li fil-fatt jibqa' l-akbar 'avveniment' li seħħ fl-ewwel sena ta' din il-leġislatura u l-iktar wieħed dannuż għalih. Muscat kellu ċ-ċans jerġa' juri illi l-qtil ta' ġurnalista huwa att kundannabbli, anke jekk tkun ġurnalista li tikkritikak. Seta' juri li hu ma jibżax minn din ir-realtà, anke jekk hija realtà li għamlet u tista' tagħmel ħafna ħsara lill- Gvern li jmexxi. Muscat ma semma xejn lanqas dwar l-allegazzjoni ta' flus li daħlu fil- kumpanija '17 Black', $200,000 minnhom allegatamet minn l-aġent lokali tal-LNG. '17 Black' hija 'target client' tal- kumpaniji fil-Panama li kellhom Konrad Mizzi u Keith Schembri. Din l-allegazzjoni hija serja ħafna, għax jekk jirriżulta li dawn il- flus fil-fatt kienu sejrin f 'dawn il-kumpaniji fil-Panama li kellhom jagħmlu $2 miljun f 'sena waħda biss, inkunu qed inħarsu lejn l-akbar każ ta' tixħim, kummissjonijiet u korruzzjoni fl-istorja politika riċenti. Aktar dannuż ikun jekk b'xi mod Muscat kien jaf b'dak li qed jiġri u m'għamel xejn u aktar gravi minn hekk jekk Muscat b'xi mod imdaħħal f 'xi sistema ta' kontijiet u kumpaniji barranin f 'ġurisdizzjoni li topera b'segretezza. Muscat, kellu jsemmi dawn l-allegazzjoni u jaċċerta li hu 'l fuq minn kull allegazzjoni u li hu 'l fuq minn kull prattika dubjuża jekk mhux kriminali wkoll. Kien iċ- ċans, li tilef, biex jagħmel linja ċara li tiddistingwih minn kull allegazzjoni li daqs kemm tista' tkun gidba, tista' tkun verità. Il-fatt li ma semmiex dawn il-kwistjonijiet jagħti impressjoni li qed jibża' minnhom. Konklużjoni Joseph Muscat jibqa' politiku u mexxej b'saħħtu ħafna li l-PN se jkollu sfida kbira ħafna li jegħleb fl- 2019, jekk kollox jibqa' kif inhu. Minkejja dan, anke jekk il- mass meeting kien wieħed kbir, ħafna u ħafna nies fis-silenzju ta' darhom qed jistaqsu mistoqsijiet jew anke waslu għal konklużjonijiet mhux daqstant pjaċevoli dwar il-Gvern ta' Muscat. Ironikament, is-saħħa ta' Muscat se tibqa' torbot ħafna fuq in-nuqqas ta' ispirazzjoni ta' Adrian Delia. Jiġifieri minkejja li diversi qed jaslu għall-konklużjoni li hemm xi ħaġa tinten f 'dawn l-istejjer ta' Daphne Project u li l-Gvern ta' Muscat altru milli huwa pur, dawn xorta se jibqgħu jagħżlu PL, kif baqgħu jagħżlu PN minħabba li ma rawx alternattiva fit-tmexxija ta' Alfred Sant. iżeffinhom fin-nofs u jħalliha mdendla, hekk. Dak ta' Delia nhar it-Tlieta kien diskors pjuttost fqir li m'għamel xejn biex jipprova jgħinu jibda jiġbor mill- frak li l-PN jinsab fih illum. Apparti li qed iżid dejjem iktar ir-riskju li jidher illi qed jonfoħ argumenti żenofobiċi u mhux neċessarjament razzjonali biex jiddistingwi lilu nnifsu. Konklużjoni Delia għadu nieqes minn viżjoni ċara u triq ta' fejn irid imur. Huwa tajjeb li l-partit jidher li ma jridx ikun dipendenti, jew jidher li huwa dipendenti biss fuq il-kwistjoni tal- korruzzjoni. Imma jekk se jagħżel battalji oħrajn kumplimentari jeħtieġ ikun għaqli fl-għażla u fil-mod kif jargumenta. Għandu ħafna fejn jimrah fuq suġġetti bħal kuntratti tax-xogħol abbużivi, pagi baxxi jekk mhux illegali u tħaddim ta' barranin kontra l-liġi. Għandu ħafna fejn jimrah fuq, pereżempju, l-importazzjoni ta' ħaddiema minn barra. S'issa Delia qed ikun vag u qed jibqa' jitkellem fuq l-identità u jitfa' ftit eżempji mingħajr ma jikkonkretizza x'qed jipprova jgħid eżatt. Ġab l-eżempju tat- 300 persuna mill-Pakistan li qed jitħaddmu bħala xufiera mal- MPT. Imma x'qed jgħid eżatt? Li għandu problema bihom għax mill-Pakistan? Li l-MPT għandha tkeċċihom u ddaħħal Maltin minflokhom? Irid ikun ċar, mhux

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018