Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 WARA li nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM kitbet fuq il-każini tal-baned li jikru l-binja mingħand il-privat u kif uħud minnhom diġà qed jiffaċjaw każijiet fil-Qorti, il-mistoqsija ħarġet waħedha: Kieku kellu jagħlaq x'jiġri minn dawk li għalihom il-każin huwa t-tieni dar tagħhom? Din il-ġimgħa dorna żewġ lokalitajiet li fihom il-każini tal- baned jilagħbu rwol importanti mhux biss fil-festa, imma tul is-sena kollha. Kemm fil-każini Qriema u anke f 'dawk ta' Ħaż-Żebbuġ sibna għadd ta' anzjani jilagħbu l-karti, jixorbu t-te fit-tazza, jieklu xi pastizz u jgħidu kelma jew tnejn, anke fuq in-nies. Għalkemm ħafna jassoċjaw il-każini tal-baned mal-briju tal-festa, ix-xorb u ż-żgħażagħ, innutajna li għal għadd ta' anzjani, il-każini huma mezz kif jibqgħu attivi. Fil-każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta' Ħaż- Żebbuġ sibna lil Philip Zammit b'lista quddiemu ta' riklami li ġabar għall-ktieb tal-festa. Fuq in-naħa l-oħra tat-triq, fil-każin tal-Banda San Filep sibna żewġt iħbieb antiki, Rozario Magro u Toni Farrugia li kienu qed jieħdu bela' te qabel niżlu fil-maħżen jibdew jippreparaw l-armar għall-festa. Iżda l-każini mhux festa biss. Il-Viċi President tal-Banda Anici tkellem mal-ILLUM dwar il-logħob tal-billiard u kif it-tim tal-każin qiegħed fil-quċċata tal-klassifika tal- league nazzjonali. Mhux hekk biss, minn dan il-każin ġieli ntagħżlu membri biex jieħdu sehem f 'kampjonati Ewropew u internazzjonali. Interresanti dak li qalilna wieħed mill-anzjani. Fi kliemu, l-imħabba għall-każin hija xi ħaġa li tintiret. Tkun tħobb il-banda, jew is-soċjetà, għax hekk isejħulha, għax missierek kien involut u missierek ġibed lejn il-każin ta' fuq jew ta' isfel, jew tal-ħodor jew tal-ħomor, għax missieru kien akkanit ukoll. Xi botta 'l hawn u 'l hemm ma naqsitx. Min jgħid li tagħhom l-ewwel banda u min jitfagħha bil-pulit li l-każin huwa proprjetà tal-membri. Ejja naraw x'jaħsbu dawn l-anzjani dwar il-każini. Il-gazzetta ILLUM tinżel Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ f 'erba' każini tal-banda u tiltaqa' ma' dawk li għalihom il-każin huwa l-isbaħ ħarġa. X'jaħsbu dwar il-każin? Kif tinbidel ħajjithom kieku jagħlaq? Il-każin tal-banda: Kelma jew tnejn ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Joe Cassar u Joe Magri Bdejna mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, fejn iltqajna ma' żewġt iħbieb, it-tnejn jisimhom Joe. Xi jfisser għalikom il-każin? "Kull filgħodu niġu hawn, niltaqgħu żewġt iħbieb, ngħidu kelma u nieħdu kafè. Filgħaxija nerġgħu niġu u daqqa nikkumentaw fuq il-banda għax inkunu se nagħmlu xi marċ ġdid u daqqa fuq futbol, insomma fuq kollox," saħaq Joe Cassar. Tal-istess opinjoni kien sieħbu, li inzerta jismu bħalu. "Hawn għalina qisha d-dar tagħna għax dejjem hawn isibna. Tiġi hawn tieħu birra, tgħid kelma u xi drabi naraw xi logħba billiard." U kieku l-każin kellu jagħlaq? "Għalija problema kbira. Irranġajnieh sabiħ kif qed tarah... problema hux... għax fejn se mmorru? Ma għandna mkien aktar fejn immoru u aħna lil San Ġorġ inħobbuh ħafna, iffisati fuqu." Karmenu u Darren Irħejnielha għan-naħa l-oħra tal- parroċċa Ġorġjana u żorna l-każin tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Sibna lil Karmenu u lil Darren bilqiegħda qaqoċċa madwar mejda jidħku. "Aħna l-anzjani l-każin infittxu. Nieħdu l-kafé u noqgħodu ngħidu fuq in-nies," saħaq Karmenu. Staqsejnihom ukoll x'jagħmlu kieku jispiċċaw bla każin. Għal Darren, li huwa ħafna iżgħar minn Karmenu, sitta u sitta tnax. "Jekk jagħlaq il-każin insibu xi mkien ieħor. Fuq iz-zuntier jew xi mkien ieħor insibu." Iżda għal Karmenu mhux hekk. "Mhux se nieħdu pjaċir żgur. Meta nbidel tal-bar, għalqilna ġurnata u wkoll konnha qisna l-imġienen induru 'l hawn u 'l hemm. Konnha qisna ħuta barra mill-ilma. Il- ġurnata kollha hawn aħna. Nieħdu kafè, daqqa jagħmlu l-bixkla u dejjem nirrakuntaw." "U jgħidu fuq in-nies," qabeż partitarju ieħor min-naħa l-oħra. Saviour Mifsud Saviour Mifsud, anzjan ieħor li ltqajna miegħu fl-istess każin inzerta l-Viċi President iżda huwa wkoll id-delegat tal-każin għall- isports. "Hawn għandna wkoll sessjoni taż- żgħażagħ tal-isports. Nipprattikaw l-aktar il-pool. Affiljati mal-Malta Pool Association, nilagħbu fil- premier ta' Malta u nidħlu wkoll fir-rankings biex plejers jieħdu sehem barra minn Malta. Bħalissa qegħdin l-ewwel. Nilagħbu home u away. Meta nilagħbu hawn, jiġu t-timijiet l-oħra u l-partitarji tagħhom u vera jkun hawn sabiħ." "Minn dejjem kont nilgħab. Ġejt hawn minħabba l-isport. Spiċċajt fil-kumitat, kont segretarju u issa Viċi President. Il-każin huwa wieħed mit-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin. Li tkun dilettant tal- banda u tal-festa ġejja mir-razza." "Bħalissa qed inħarreġ liż-żgħar. Jien nispiċċa, kulħadd jispiċċa, huma jridu jkunu."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018