Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 14-il membru mill-Eżekuttiv tal-PN ser ikunu żgħażagħ Illum il-Partit Nazzjonalista jiftaħ il-Kunsill Ġenerali bit-tema'Infasslu Futur Flimkien' Hospice Malta would like to notify its members that the Annual General Meeting will be held on Monday 21st May 2018 at 6.00pm at Attard Parish Centre, Triq il-Kbira, Attard. All members are invited to attend. ISSEGRETARJU Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, qal li llum, waqt il-Kunsill Ġenerali tal-partit, se tkun qed titressaq mozzjoni bil-għan li 14-il membru tal- Eżekuttiv jibdew ikunu bilfors żgħażagħ. Puli qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Partit Nazzjonalista nieda t-tema tal-Kunsill Ġenerali: "Infasslu Futur Flimkien." Is-Segretarju Ġenerali saħaq li l-għan tal-Kunsill Ġenerali u ta' din il-mozzjoni, se jkun li l-Partit Nazzjonalista jinfetaħ aktar għaż-żgħażagħ u jsir partit żagħżugħ. Said tkellem fuq tiġdid li se jkun qed jgħaddi minnu l-Partit Nazzjonalista u ddeskriva l-mozzjoni li se titressaq għada bħala waħda mill-'bidliet radikali.' "Se niftħu l-bibien beraħ biex iż-żgħażagħ ikollhom rwol akbar fl-amministrattiv u fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista," saħaq Said. Spjega li permezz ta' din il- mozzjoni, il-Partit Nazzjonalista se jdaħħal tmiem membri oħra li jkunu żgħażagħ ta' taħt it-30 sena, biex in-numru jitla' għal 14. Dan apparti programm li se jniedi l-Partit bil-għan li jħarreġ mexxejja żgħażagħ. 'Fergħa ġdida għal żgħażagħ bejn l-14 u s-17-il sena' Matul il-konferenza tkellem ukoll il-President tal- Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, Joe Grech li tkellem ukoll dwar fergħa ġdida li se tkun qed tinfetaħ bil-għan li tilqa' fiha adoloxxenti li għandhom bejn l-14 u s-17 sena. Grech saħaq li l-fergħa 'Start' se tkun imnedija anke fid-dawl li issa ż-żgħażagħ ingħataw id- dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet kollha mill-età ta' 16-il sena. Kemm Grech u kemm Said saħqu li t-tir tal-Partit Nazzjonalista huwa li aktar żgħażagħ ikunu involuti fl-għola strutturi tal-partit, inkluż il-Kumitat Eżekuttiv u l-Kumitat Amministrattiv. Grech saħaq li l-fergħa l-ġdida se tkun qed tassigura li adoloxxenti jkunu fuq il-mejda mal-mexxejja fl- istrutturi tal-Partit bil-għan li l-Partit ikun f 'pożizzjoni aħjar li jifhimhom. Tul il-Konferenza tkellmet ukoll il-President tal- Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono li spjegat x'se jkun jinkludi l-programm, fosthom id- diversi laqgħat distrettwali li se jkunu qed isiru fil-każini tal-Partit Nazzjonalista. Debono saħqet li tul dawn il-laqgħat, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddiskuti l-aspetti kollha tal-politika Maltija, l-ammininistrazzjoni interna tal-Partit u anke l-viżjoni tat- tmexxija l-ġdida. Id-Direttur tal-Kunsilli Lokali, Amanda Abela, spjegat kif l-istess Kunsill Ġenerali se jkun qed jiddiskuti wkoll il- viżjoni tan-nies għall-Ewropa hekk kif f 'Jum l-Ewropa, iċċelebrat nhar il-Erbgħa li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jilqa' n-nies fid-Dar Ċentrali. Saħqet li l-għan ta' din il- laqgħa se jkun biex sena qabel l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Partit jibni viżjoni dwar dak li n-nies iridu mill-Ewropa. Is-Sibtli ġej se tkun qed issir ukoll laqgħa għall-Kunsilliera Lokali kollha tal-Partit Nazzjonalista fid-dawl tal- elezzjonijiet tas-sena li ġejja. 'Ma nistgħux inħallu n-nies jimmanipulaw it-tema tat-tfal immigranti' FILWAQT li sejħet biex jidħlu fis-seħħ proċeduri ta' verifikazzjonijiet ta' sigurtà li hemm bżonn, l-MEP Roberta Metsola qalet li tfal li jkunu weħidhom li ħarbu mill-gwerer u mill-faqar, għandhom bżonn min jieħu ħsiebhom u mhux gwardjani tal-ħabs. "Jien kburija li jien Malta u Demokratika Kristjana. Jien ukoll ma nistħix ngħid li jien politikanta favur il-ħajja. Jien nitkellem għal dawk li jkunu għadhom ma twildux u nitkellem ukoll favur dawk it-tfal, li jkunu qed jaħarbu mill-gwerer u l-ġuħ fis-Sirja. Ma jixirqilhom xejn anqas sempliċiment għax twieldu xi mkien ieħor," qalet l-MEP Metsola. Hi qalet dan waqt diskors fis- Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell li kienet iffukata fuq il-protezzjoni ta' tfal immigranti li jkunu weħidhom. "Tfal li jkunu weħidhom għandhom bżonn playpens mhux wajers imxewkin, għandhom bżonn uffiċjali li jipproteġu d-drittijiet tagħhom, rispett, kotba u aċċess għall- edukazzjoni," qalet Roberta Metsola. Hi kienet qed titkellem f 'isem il-Grupp tal-PPE, fejn hi l-Koordinatriċi fil-Kumitat għall-Ġustizzja u l-Intern. Roberta Metsola sostniet li filwaqt li għandu jkun hemm il-proċeduri neċessarji, u li jingħalqu kull lakuni, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea għandhom l-obbligu legali li jiproteġu lit-tfal. L-MEP tal-Partit Nazzjonalista qalet li "ħafna minn dawk it-tfal li jitpoġġew fuq dgħajsa mill-ġenituri tagħhom, li kienu jafu r-riskji u dawk li għamluha xorta għax l-għażla kienet bejn nar u ilma - bejn ċertezza u tama - ma kienet għażla xejn. Kif nieħdu ħsieb dawn it-tfal se juri x'saħħa għadna fl-istil tagħna Ewropej. Ma nistgħux inħallu n-nies li jimmanipulaw din it-tema. Spiċċa ż-żmien tal- politiċi populisti."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018