Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 32

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 604 • 13 ta' Mejju 2018 Antonio Flores, żagħżugħ li qata' siequ barra biex jibqa' jagħmel dak li dejjem xtaq Ara paġni 12 u 13 IVF: 'Għadna 30 sena lura' Min qed jgħid li sejrin lura u min bħal Mark Sant iħoss li mhux qed nimxu biżżejjed 'il quddiem. Jgħid għaliex mhux kuntent biżżejjed bl-emendi li ressaq il-Gvern. Arrigo jħeġġeġ lill-partitarji, iwissi dwar telfa akbar ILVIĊI Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo ħeġġeġ lill- partitarji biex jingħaqdu wara l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għax saħaq li jekk dan ma jseħħx, il- Partit Laburista jista' jirbaħ maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament. Waqt diskors li għamel f 'attività tal-Partit Nazzjonalista, bħala parti mill-Kunsill Ġenerali Annwali, Arrigo qal li jekk il-Partit Laburista jkollu din il-maġġoranza, il-Gvern se jkun jista' jemenda l-Kostituzzjoni mingħajr il-bżonn li jkollu l-kunsens tal-Oppożizzjoni. Huwa insista li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jippreżenta lilu nnifsu aħjar, għax fi kliemu, il-Grupp Parlamentari huwa magħqud iżda dan il-messaġġ mhux qed jasal għand in-nies. Tul l-istess attività, li fakkret il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, il-Viċi Kap qal li huwa kburi li kapaċi jitlob maħfra wara messaġġ li kien bagħat lil profil anonimu u li fih qal li l-Partit Nazzjonalista se jitlef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew jekk in- nies ta' madwar Adrian Delia ma jinbidlux. F'dan il-messaġġ, Arrigo kien qed jirreferi għall- Membri Parlamentari Kristy Debono u Hermann Schiavone u għall-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono. Huwa kkundanna wkoll lil dawk il-ġurnalisti u anke Membri Parlamentari li fi kliemu qed jagħmlu użu minn profili foloz fuq Facebook. Lil dawk li għad għandhom dubju f 'Adrian Delia, Arrigo ħeġġiġhom biex jersqu quddiem il- kap u jiddiskutu miegħu x'inhuma r-riservi tagħhom. Kien hawn li dar fuq Adrian Delia u qallu direttament li għalkemm dam ħafna biex jaċċettah għax diffiċli tirbaħ il- fiduċja tiegħu, meta poġġa "l-karti u l-evidenza kollha fuq il-medja," ikkonvinċieh. Temm id-diskors tiegħu jwissi fuq l-aħbarijiet u l-blogs foloz u saħaq li hemm rabta bejn it-telfiet il-kbar li ġarrab il-Partit Nazzjonalista u l-iżvilupp tal-midja soċjali u l-blogs. Ara paġni 4 u 5

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018