Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Intervista 13 siequ barra biex ikompli jiġri' nistaqsi għall-għajnuna kull ħames minuti," jgħid Antonio. Staqsejtu jekk jistax jaqsam magħna l-ħsibijiet li għaddewlu mill-kurituri ta' moħħu qabel ma daħħal għal din l-operazzjoni. Antonio kien pront sabiex jgħid li "jgħaddulek ħsibijiet negattivi u anke pożittivi imma fis-sitwazzjoni tiegħi jien diġà kont qed ngħix ħajja diffiċli bil-kundizzjoni tiegħi allura l-għażla kienet aktar faċli. Bniedem li qatt ma kellu problemi f 'saqajh u għal xi raġuni jew oħra, it-tobba jgħidulu 'li sieqek trid tinqata', jaf jeħodha iktar bi kbira. Jien min-naħa tiegħi kont ħerqan biex nerġa' nikseb dik il-kumdità li kont tlift," qal b'ton mill- aktar skjett iż-żagħżugħ ta' 28 sena. Tibda triq it-twila għar- riabilitazzjoni Antonio għamel l-operazzjoni f 'Settembru li għadda u għalkemm kif spjega hu 'ma kinetx xi waħda twila,' it-toqol tal- proċess beda wara. "Ftit żmien wara l-operazzjoni beda dak li jgħidulu 'phantom pain', uġigħ li bażikament jiġi kkawżat meta l-ġisem jibqa' jirreġistra l-parti nieqsa li xi darba kien hemm u għalhekk jibda jikkaġuna wġigħ f 'dik il-parti. Fil-każ tiegħi kienet tweġġagħni sieqi li ma kinetx għadha hemm, u għal dan l-uġigħ, mhux sempliċiment kemm tgħid ħadt żewġ painkillers u għaddietlek, tieħu kemm tieħu se jibqa' hemm,' spjega Antonio. Hu kompla jgħid, "kienet tweġġagħni 24 siegħa kuljum, kont inħoss tingiż kull ftit sekondi kienet twaqqafni milli norqod, verament kienet kiefra, kont ngħid li mhux se jirnexxili nkampa biha." F'dan il-punt tal-intervista ma stajtx ma nsaqsihx x'kienet il-ħaġa, il-fattur jew anke l-persuna li żammietu għaddej mill-għarbiel. Hu kien pront sabiex jgħid, "il- futur. It-tama għall-futur, li dan l-uġigħ probabilment mhuwiex permanenti u li se jtaffi bil-mod. Meta tħoss dak l-uġigħ, f 'dak il-ħin f 'moħħok tibda tgħid, aħjar tieqaf, aħjar tieqaf u taċċetta li s'hawn biss tista' tasal. Però jien kont inżomm f 'moħħi li dan l-uġigħ la mhux qed jagħmel ħsara, ibqa' għaddej, iktar kemm tesponi ruħek għall-uġigħ iktar se taddatta malajr. U iktar kemm taddatta malajr iktar se tiġri. Għalhekk f 'moħħi kien ikun hemm jiena qed niġri," temm jgħid Antonio. U issa li jista' jerġa' jibda jiġri x'pjanijiet għandu għall-futur? "L-għan tiegħi huwa li mhux biss nkompli niġri hekk kif diġà bdejt bil-mod it-taħriġ, iżda li nkompli nitħarreġ sabiex nikkompeti fil-Para-Olimpijadi li se jsiru f 'Tokjo fis-sena 2020. Tlaqna mid-dar ta' Antonio f 'Bormla b'emozzjoni mħallta. Bejn id-dispjaċir li persuna tant attiv u li jħobb tant l-isports kellu jgħaddi minn tant sfidi biex fl-aħħar mill-aħħar ikun kapaċi jagħmel dak li dejjem xtaq u min-naħa l-oħra ammirazzjoni lejn il- motivazzjoni u l-persistenza li dan iż-żagħżugħ wera tul ħajtu. Kellu bżonn id-dinja kellha ħafna nies oħrajn bħal Antonio Flores. Jien kont inżomm f 'moħħi li dan l-uġigħ la mhux qed jagħmel ħsara, ibqa' għaddej, iktar kemm tesponi ruħek għall-uġigħ iktar sa taddatta malajr. " "