Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 FILĠIMGĦAT li ġejjin, id- Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ser iniedi sensiela ta' laqgħat pubbliċi. L-għan ta' kull laqgħa hu biex mal-pubbliku jiġi diskuss, issir analiżi u evalwazzjoni kif irridu l-kultura tiżviluppa f 'pajjiżna fl-ewwel nofs tad-deċenju l-ġdid. Din sejra tkun it-tieni darba li l-pajjiż qed joħloq politika nazzjonali kulturali. L-ewwel waħda ġiet imnedija fl-2011. Minn dakinhar, żviluppi globali u lokali bidlu għal kollox ix-xenarju kulturali. Uħud mill-miri fil-politika tal-2011 intlaħqu fejn kien hemm dawk li anke ksibna fihom aktar suċċess milli kien mistenni. Sadanittant, twieldu wkoll sfidi ġodda. Il-proċess konsultattiv li sejrin nibdew ser jagħti bidu għal diskussjoni wiesa' ma' kull min hu interessat biex ikollna politika kulturali b'saħħitha u rappreżentattiva bejn l-2020 u l-2025. Kull laqgħa ser ikollha tema. Nagħtu bidu billi nitkellmu dwar il-komunitajiet kulturali (żewġ laqgħat, waħda f 'Malta fid-19 ta' Mejju u oħra f 'Għawdex fis-26 ta' Mejju). L-attività kulturali fil-qalba tal-komunitajiet tagħna huma organizzati min-numru kbir ta' għaqdiet volontarji u huma immirati biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tal-istess komunità, l-interessi kif ukoll l-identità. Permezz ta' ħidma voluntarja, eluf ta' Maltin u Għawdxin qegħdin jipparteċipaw f 'attivitajiet tradizzjonali, filwaqt li qed jitwieldu komunitajiet ġodda li qed jagħtu lok għal diversità. Il- politika kulturali ġdida għandha tinkoraġixxi għaqdiet non- governattivi sabiex jisfruttaw it-talenti lokali u trid tara kif komunitajiet tradizzjonali u dawk emerġenti jkollhom is-saħħa biex iservu ta' katalisti għal dan l-iżvilupp kulturali. Aspett ieħor importanti hu l-wirt kulturali għani li għandna (23 ta' Mejju). L-iżvilupp mgħaġġel li qed jara pajjiżna ġab numru ta' sfidi ġodda fejn tidħol il-preservazzjoni u l-immaniġjar tal-wirt kulturali. Dan il-wirt għandu jitħares, jiġi protett u jkompli jsir magħruf aktar. Hemm bżonn nistaqsu lilna nfusna jekk l-istrutturi amministrattivi li diġà għandna u li ssaħħu aktar f 'dawn l-aħħar snin, hemmx lok li jkomplu jiġu aktar infurzati. Biex politika kulturali tkun waħda li tħares'il quddiem, wieħed irid jagħti importanza lill-innovazzjoni kulturali u prattiċi kreattivi (24 ta' Mejju). L-ekonomija kreattiva tagħna hi mibnija fuq is-sehem ta' eluf ta' individwi li permezz tal- ħiliet u talenti artistiċi, kif ukoll bis-saħħa tas-sens ta' intrapriża li għandhom, qed jgħaġġnu dan is-settur. Il-politika l-ġdida għandha tagħti opportunitajiet u għodod ġodda biex dan l-iżvilupp ikompli jikber bħala parti integrali lill-ekononija ta' pajjiżna. Barra minn hekk, il-politika kulturali għandha tappoġġja mudelli ġodda u tiffaċilita koperazzjoni bejn l-oqsma differenti tal-industrija. Il-globalizzazzjoni saret parti minn ħajjitna. Għalhekk, l-artisti tagħna jridu jkunu parti minnha filwaqt li jkollna viżjoni ċara ta' kif niftħu aktar il-koperazzjoni internazzjonali (30 ta' Mejju). L-esperjenza internazzjonali ta' kull min jaħdem f 'dan is-settur tiftaħilhom orizzonti ġodda b'impatt pożittiv fuq il-prattika tagħhom. Dan iġib miegħu effett fuq setturi oħra, bħal ngħidu aħna, fir-relazzjonijiet bilaterali, fl-iżvilupp, fit- turiżmu, kif ukoll fil-kummerċ. Irridu naħsbu b'moħħ miftuħ, inkissru l-barrieri artifiċjali u nibnu l-pontijiet biex naslu għal koperazzjoni kulturali li tħalli l-frott. Illum qed ngħixu f 'soċjetà multi-kultrurali, ta' diversità kulturali u rridu nħaddmu politika ta' inklużjoni (31 ta' Mejju). Il-kultura trid tkun mezz li ġġib għaqda u inklużjoni għal kull min jgħix fostna, kemm jekk hu artist, kif ukoll jekk hu konsumatur. Politika ġdida għandha tassigura li kulħadd minn komunitajiet diversi u minn livelli kollha tas-soċjetà għandhom ikunu parteċipanti attivi fl-arti u l-kultura. Ma rridux bibien magħluqa għall- gruppi li qegħdin f 'minoranza; anzi bil-maqlub irriduhom jipparteċipaw. Minħabba li l-maġġoranza tal-artisti u dawk kollha li jaħdmu fis-settur kulturali joperaw permezz ta' intrapriżi żgħar, kultant anke waħedhom bħala freelancers, l-istat professjonali ta' dawn il- ħaddiema sar jeħtieġ attenzjoni partikolari (5 ta' Ġunju). Għandhom sfidi partikolari. Hekk kif il-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija sar aktar importanti u sostanzjali, il- politika kulturali ġdida għandha tindirizza is-sostenibilità tas- sehem tagħhom ħalli l-kwalità tal-prodott li huma joffru jkompli jkabbar l-ekonomija tagħna. F'dawn l-aħħar snin, ir- reġjuni u l-kunsilli lokali bdew ikunu ferm aktar attivi fl- iżvilupp kulturali (16 ta' Ġunju f 'Għawdex). Il-kalendarju kulturali ta' pajjiżna sar miżgħud b'inizjattivi fil-komunitajiet. Biex nassiguraw is-sostenibilità tagħhom, oqsfa ġodda jridu jiġu mgħarbla li għandhom iwasslu biex ikun hemm ippjanar aħjar u kollaborazzjoni akbar bejn ir- reġjuni u l-kunsilli lokali kemm ta' Malta kif ukoll ta' Għawdex. Il-ħiliet kreattivi, il-kapital kulturali u l-parteċipazzjoni fl-arti għandhom ikunu parti mill-edukazzjoni ħolistika. L-edukazzjoni kulturali (20 ta' Ġunju) għandha impatt sinifikanti u pożittiv fuq l-iżvilupp tat-tfal. Għandha wkoll impatt fuq il-parteċipazzjoni u s-sehem attiv ta' ġenerazzjoni ġdida li trid tkompli xxerred il-wirt kulturali. Il-politika kulturali ġdida trid tara mezzi ta' tagħlim ġodda, kemm dawk formali, informali u mhux formali fil-qasam tral-arti, il-media u l-kultura. Trid tipproponi miżuri kif mhux biss min jitgħallem, imma anke min jgħallem ikollu l-għodod ta' tagħlim li jirriflettu iż-żminijiet moderni. Il-quċċata ta' dawn il-laqgħat jintlaħaq billi nindirizzaw liż-żgħażagħ, il-ġenerazzjoni futura (23 ta' Ġunju). Il- prattika artistika miż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni attiva hi dritt tagħhom li twassal għall-ċittadinanza attiva, ħsieb kritiku u 'empowerment'. Din il-politika trid taħseb biex iġġib sinerġija bejn il-kultura, l-għaqdiet taż-żgħażagħ u d-dinja tal-arti. Kulħadd hu mistieden sabiex jieħu sehem attiv f 'dawn il- laqgħat għax il-politika kulturali hi ta' kulħadd u kulħadd jibbenefika mill-kultura għax din iġġib il-mistrieħ tal-moħħ flimkien mal-benesseri. Il- kultura toħroġ il-pożittività ta' ġo fina. Il-laqgħat kollha f 'Malta ser isiru fil-Fortress Builders, il-Belt Valletta, filwaqt dawk f 'Għawdex ser isiru fis-Sala Ewlenija tal-Ministeru għall- Għawdex, il-Belt Victoria. Il-laqgħat ta' matul il-ġimgħa jibdew fis-6.00 p.m. Dawk li jsiru fis-Sibtijiet jibdew fid-9.30 a.m. Aħbarijiet Kelmtejn kultura Infasslu l-Politika Kulturali Ġdida #kultura2025 Komunitajiet Kulturali Is-Sibt, 19 ta' Mejju | 09:30 | Fortress Builders, Valletta Wirt Kulturali u Żvilupp Sostenibbli L-Erbgħa, 23 ta' Mejju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Innovazzjoni u Prattiċi Kulturali u Kreattivi Il-Ħamis, 24 ta' Mejju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Komunitajiet Kulturali Is-Sibt, 26 ta' Mejju | 09:30 | Sala ewlenija - il-Ministeru ta' Għawdex Kooperazzjoni Kulturali Internazzjonali L-Erbgħa, 30 ta' Mejju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Diversità u Inklużjoni Kulturali Il-Ħamis, 31 ta' Mejju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Professjonaliżmu fil-qasam Kulturali u Kreattiv It-Tlieta, 5 ta' Ġunju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Żvilupp Kulturali Reġjonali f'Malta u Għawdex Is-Sibt, 16 ta' Ġunju | 10:00 | Sala ewlenija - il-Ministeru ta' Għawdex Edukazzjoni fl-Arti u l-Kultura L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju | 18:00 | Fortress Builders, Valletta Iż-Żgħażagħ: Kultura, Prattika u Parteċipazzjoni Is-Sibt, 23 ta' Ġunju | 09:30 | Fortress Builders, Valletta #kultura2025 Id-Direttorat tal-Kultura jixtieq jistiednek għal-laqgħat konsultattivi biex titfassal il-Politika Nazzjonali għall-Kultura. Ejja esprimi l-ideat tiegħek! www.culture.gov.mt culturalpolicy2020@gov.mt C M Y CM MY CY CMY K Lejn politika nazzjonali kulturali