Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum 21 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Aquarius ser iwassal sabiex int tkun tista' tagħti dik l-imħabba li tant verament tixtieq, għalhekk bħalissa ara lil min verament tista' tafda b'ċertu kliem sabiex ma' din il-persuna tkun tista' tiftaħ qalbek dwar din is-sitwazzjoni li għaddejja minnha bħalissa taf tagħmlek ftit nervuż. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Pisces jaf jikkawża li xi sitwazzjoni li int tant tixtieq tirranġa jew tirregola aktar taf tkun waħda diffiċli, imma jekk minn issa tagħraf tikkumbatti hemm possibilità tajba li tista' tilħaq l-għan tiegħek, mhijiex sejra tkun sitwazzjoni faċli imma tissielet u taf tirbaħ dak li int tant tixtieq. Qatt m'għandek taqta' qalbek iżda emmen fik innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Aries ser iwassallek pjan li int tixtieq twettaq imma trid verament tħejji sew għalih. Taf li int ma tantx tħobb tmur ħażin f 'dak li int tkun trid twettaq. Taf li dan il-pjan trid tagħtih spinta u dak li għandu bżonn isir isir, għalhekk tgħaġġilx u taħsibx li b'ġebla waħda ser toqgħod żewġ għasafar għax taf tispiċċa ma torqod xejn. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 17 u 18 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Taurus se joffrilek dak il-mument li int għandek tagħraf aktar int verament x'tixtieq kemm għalik u kemm għall-ħajja ta' madwarek u huwa għalhekk li issa trid turi kemm int matur għal dak li hemm madwarek. Issa b'dan kollu trid tara verament xi trid. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15,17, 18 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Gemini ser ikun għalik twettiq ġdid, din mhix ser tkun xi ħaġa faċli speċjalment fid- dinja l-ġdida li int se tipprova tidħol fiha, imma bil-karattru qawwi u determinat tiegħek xejn mhu diffiċli. Int magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiemek imma tilħaqa meta tilħaq il- quċċata u tkun sodisfatt. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Cancer ser joħloq żmien ta' stennija ta' risposta partikolari u dan għandu jiġri fil-ġimgħat li ġejjin. F'dawn il-ġimgħat għandek impenji importanti wkoll barra l-istennija tant ta' aħbar. Però għal dan iż- żmien kollu li qattajt fuq ix-xwiek ma kienx għalxejn u din l-aħbar sejra tiftaħlek bosta toroq fil- ħajja professjonali. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo ser iġiegħlek twebbes rasek aktar u dan jaf ikun ta' gwadann għalik sabiex turi li int ta' karattru. Iva jistgħu jaqtgħuk b'mod ieħor imma dan huwa l-bżonn tal-mument li int ser taffaċja. B'dak li int se turi f 'dan il-muemnt ma int se titlef l-ebda kredibbilità. Anzi ser tkun qed twissi li int taf taddatta ruħek għal kull sitwazzjoni li tippreżenta ruħha quddiemek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Virgo jaf jikkawża nuqqas ta' rankatura li kont għaddej biha però din mill- banda l-oħra dan ser ipoġġik f 'pożizzjoni sabiex int tiffoka ftit aktar fuqek innifsek din hija xi ħaġa li għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha għalkemm din il-fażi qiegħda ttelfek minn ċertu rutina tas-soltu dan huwa mument sabiex int tirrifletti ftit aktar dwarek innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Taurus V i r g o huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra ser joffrilek opportunità li riesqa lejk però se toħloq xi ftit ta' tensjoni madwarek u int taf li fil-mument mhux l-aħjar żmien għal ċertu deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li qed tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit żmien ilu. Fl-istess waqt ovvjament ma tridx titlef dak li jista' jkun ta' gwadann għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Leo Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Scorpio ser iwassal sabiex int tagħraf timxi aktar b'moħħok milli b'qalbek. Hemm sitwazzjoni madwarek li int trid tagħraf taffaċja din is-sitwazzjoni tħarbat dak li bnejt f'dawn l-aħħar xhur. Xejn ma jsir malajr, issa huwa dak il- waqt li tara kemm int kapaċi tegħleb dan b'moħħok. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Sagittarius ser iġiblek il-passat li int esperjenzajt u hekk li fil-ġimgħat li ġejjin se terġa' tkun maħkuma minn ftit ansjetà minħabba f'hekk persuna li ma tantx kellek mument tajjeb magħha terġa' taffaċja fil-ħajja tiegħek. Dan jaf ikun ta' eżami għalik sabiex int tara kemm int issa wara dak kollu li esperjenzajt kemm int vera b'saħħtek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Capricorn ser joffrilek sfida sabiex int tagħraf tkun kapaċi taffaċja sitwazzjonijiet ibsin. Grazzi għal dan int għandek tkun kawt ħafna f'dak li riesaq lejk f'mument fejn int imdawwar b'ħafna pożittività u ma għandekx tkun imfixkla minn dak li ġej jew iseħħ. Speċjalment fejn tidħol l-imħabba li bħalissa qiegħda f'linja tajba, agħraf sew lilek innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 19 L-istilla li taf tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Gemini Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru L-Oroskopju mwassal għalikom mill- Ħadd 13 ta' Mejju sas-Sibt 19 ta' Mejju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Awguri lill-ommijiet f 'jum l-omm Fl-okkażjoni ta' jum l-omm L-ewwel ktieb tiegħi għalik bi prezz speċjali ta' €25 u xaharejn ta' oroskopju mibgħut bil- posta b'xejn. Din l-o erta hi għal dawk l-ewwel 27 qarrejj li jibgħat SMS fuq 99013600. Namaste L-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha li għadhom magħna kif ukoll lil dawk l-ommijiet li qegħdin igawdu l-eternità. Rigal għalik li taqra l-paġna tiegħi: Ibgħat SMS fuq 99013600 u l-ewwel 7 messaġġi li jaslu għandhom rigal tal-okkażjoni.