Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Sports 29 L-Agones SFC Eurosport Trail Running League jintemm bir-rotta storika tal-Victoria Lines THE Eurosport Trail Running League, organizzata minn Agones SFC, intemmet bir- rotta ta' 19 il-kilometru mifruxa tul ir-rotta storika tal-Victoria Lines. Il-parteċipazzjoni reġistrata f 'din it-tellieqa kienet tirrifletti s-suċċess tat-tlielaq l-oħra f 'din is- serje. Mifruxa fuq il-wesgħa kollħa ta' Malta mill- Madliena sa Fomm ir-Riħ, din it-tellieqa hija meqjusa bħala waħda klassika, b'rotta li tgħaqqad l-istorja mal-veduti sbieħ li hemm tul mogħdijiet, toroq u widien. Tara Abdilla, kienet l-ewwel mara, u permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fit-tlielaq kollħa hi rebħet ukoll it-titlu ewlieni wara li ġiet l-ewwel ukoll fil-Klassifika Ġenerali. Abdilla żammet postha fuq quddiem tul id-19 il-kilometru biex tispiċċa b'vantaġġ komdu fuq it-tieni u it-tielet atleta, Dzintra Grech u Isotta Rossoni. "Dan it-tip ta' ġiri huwa kambjament fuq il-ġiri fuq it-triq li jiena mdorrija biħ. Ħadt gost li pparteċipajt f 'din is-serje, li kienet organizzata tajba ħafna. Din ir-rotta hija spettakolari. Permezz ta' din is-serje skoprejt il-gost li jgħati it-trail running kif ukoll għamilt ħbieb ġodda." - Tara Abdilla, rebbieħa tal- Eurosport Trail Running League It-tellieqa tal-irġiel kienet battalja missielta bejn Kyle Darmanin u Alan Curmi li kienu fuq quddiem nett mill-bidu tat-tellieqa. Il-pożizzjoni tagħhom baqgħet l-istess sa l-aħħar, meta b'għoxrin sekonda biss vantaġġ Kyle Darmanin irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu. Il-parteċipazzjoni tiegħu fit-tlielaq kollha ratu jirbaħ il-Klassifika Ġenerali tal- Irġiel. Fit-tielet post kien l-atleta veteran Charles Cilia. "Għalija kull tmiem ta' tellieqa hija biss bidu ta' tellieqa ġdida. Ir-rebħa tal- aħħar tellieqa tas-serje u biha ir-rebħa tal-klassifika ġenerali kien mument soddisfaċenti ħafna. Wara li ġurnata qabel kelli kompetizzjoni tal-atletika oħra, illum kelli nimpenja ruħi iktar sabiex inġib rizultat tajjeb. Din ir-rotta kienet sempliċiment mill- aqwa " ikkumenta Kyle Darmanin, fuq l-esperjenza tiegħu "Issa kif it-tlielaq tas-serje ġew fi tmiemhom, nistgħu verament noqogħdu bil-qiegħda w ngawdu s-suċċess tal-Eurosport Malta Trail Running League. Kienu erba' xhur ta'ħidma kbira iżda ix- xogħol li għamilna ntwera fir-riżultati miksuba. Aħna ser nkomplu naħdmu biex niżviluppaw dan l-isport ħalli dejjem jikber". Warren Muscat, President, Agones SFC Il-premijijet lir- rebbieħangħataw immedjetament wara li spiċċat it-tellieqa u ġew preżentati minn Johann Mifsud, Eurosport Malta Sport Co-Ordinator. Riżultati - Victoria Lines 19k Nisa 1st Tara Abdilla 1:40:29,1 2nd Dzintra Grech 1:52:28,9 3rd Isotta Rossoni 1:53:20,2 Irġiel 1st Kyle Darmanin 1:28:34,8 2nd Alan Curmi 1:28:54,8 3rd Charles Cilia 1:29:59,8 Klassifika Ġenerali Ibbażata fuq atleti li ħadu sehem fl-erba' tlielaq kollha u l-ħin totali miksub. Nisa 1st Tara Abdilla 3:22:30,2 2nd Dzintra Grech 3:35:19,1 3rd Lucienne Desira 3:49:28,8 Irġiel 1st Kyle Darmanin 3:02:48,8 2nd Ackerly Hili 3:08:21,3 3rd Ryan Saliba 3:12:45,2 Il-Eurosport Malta Trail Running League kien sponsorjat minn Eurosport Malta, mgħejjuna minn Merrell u appoġġjata minn Vivian Corporation u Torq Nutrition Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem r-rotta storika tal-Victoria Lines