Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Meta kont żgħir kont nilgħab ftit futbol iżda għandi rekord personali li lgħabt għal 17-il staġun fl-ogħla diviżjoni tal-futsal. Dan l-isport narah bħala importanti sabiex il-plejer tal-futbol ikun jista' jiżviluppa l-ħiliet tiegħu minħabba li l-kunċett tal-logħba titgħallmu mill- futsal. Fil-fatt anke lit-tifel tiegħi qed inħeġġu sabiex jibqa' jieħu sehem f 'din il-logħba li tintlagħab ġewwa. Int li int bniedem ta' suċċess, x'fettillek tidħol fid-dinja tal-futbol? Kif għedtlek jien minn tfuliti partitarju kbir tal-Belt. Meta kien daħal bħala president tat-tim Victor Schriha kien stedinni biex inkun parti mill- amministrazzjoni. Nammetti li fl-ewwel tliet staġuni kont qgħadt ftit lura għal karigi għolja u għalhekk kont ngħin lit-tim f 'dak li kien hemm bżonn. Kien imbagħad fit-tmien staġun tiegħi illi aċċettajt il-kariga ta' Viċi-President ta' Valletta u ta' dan ninsab ferm onorat. Kif tarah dan il-kampjonat mirbuħ minn Valletta? Taħseb li kien iktar diffiċli minn oħrajn? Nemmen illi kull kampjonat ikollu l-istorja tiegħu. Fl-ewwel żewġ esperjenzi fl-amministrazzjoni tal- Belt, il-kampjonat ġie mirbuħ b'mod mhux daqshekk diffiċli iżda matul is-snin rajna timijiet kbar bħal Balzan, Hibernians, Floriana, Gżira u Birkirkara li żiedu l-isforzi tagħhom filwaqt illi saħħew mhux ftit l-iskwadri tagħhom. B'hekk nistgħu ngħidu illi l-aħħar tliet kampjonati li rbaħna kienu diffiċli ferm minħabba li t-timijiet resqu ferm viċin xulxin bħala livell. Dan tal-aħħar kien wieħed mill-aktar akkanit u mhux ta' b'xejn li ntrebaħ fl-aħħar ġurnata. Is-suċċess tagħna kien dovut ukoll minħabba d-difiża soda li għandna u anke r-ritorn ta' Danilo Doncic mal-klabb li għena mhux ftit sabiex ningħaqdu aktar. Fit-tieni parti tal-istaġun ilħaqna l-livell mixtieq sabiex eventwalment ħadna l-kampjonat. X'taħseb li kien is-sigriet għas-suċċess finali? Aħna għandna tim stabbilit. Għandna kumitat b'esperjenza kbira. Aħna nafu li meta jiġi mument ta' stress fejn tkun punti minn taħt, aħna bħala grupp namministraw is-sitwazzjoni bl-aħjar mod possibli. Aħna għandna arma sigrieta li hu Gerard Ellul illi nqisuh bħala l-fulkru tal-kumitat. Aħna dejjem nippruvaw inżommu l-grupp stabbli. L-akkwisti li għamilna kienu tajbin fejn wara r-ritorn ta' Henry Bonello bejn il-lasti u Rowen Muscat, kellna wkoll l-akkwisti ta' Enmy Pena Beltre u Joseph Zerafa. Għandna difiża li nqisuha bħala pilastru bi Steve Borg u Ryan Camilleri esperti f 'dan id-dipartiment. Jekk tara l-klassifika, is-sigriet kien li ma tantx qlajna gowls u dak ifisser ħafna. Jekk niġu biex nitkellmu fuq l-attakk, f 'dan id-dipartiment rajt li batejtu xi ftit. Batejna ftit sakemm qagħdu l-akkwisti l-ġodda tagħna fosthom Kyrian Nwoko u Matteo Piciollo iżda ladarba ingranaw, tista' tgħid illi qatt ma ħarisna lura. Fuq Nwoko nista' ngħid ħafna affarijiet sbieħ għax hu kien ġej minn klabb pjuttost żgħir però wera l-aqwa livell tiegħu fil- logħbiet deċiżivi. Bħala skwadra bdejna dejjem nistabilixxu ruħna u hekk kif kollox beda sejjer tajjeb fl-aħħar mill- aħħar konna meritatament fuq in-naħa rebbieħa. Qed niftakar mument partikolari li meta rbaħtu l-kampjonat, int stess mort tagħti t-trofew lill-partitarji. Kemm huma importanti dawn tal-aħħar għalikom bħala tim? Jien kważi kważi kull trofej li rbaħna dejjem immur intiha ftit lill-partitarji. Dawn għalija huma importanti. Jien smajt ukoll lill-attakkant tagħna Matteo Piciollo illi qal li meta jara dawk il- partitarji kollha, iktar juri motivazzjoni sabiex jilgħab aħjar, xi ħaġa li fi klabbs oħra qatt ma ltaqa' magħha. Bdejtu l-istaġun ma' Zoran Popovic u komplejtuh ma' Danilo Doncic. Bla dubju li għamiltu pass kuraġġuż meta tqis li kontuwasaltu kważi f 'nofs staġun. Bla dubju kienet diffiċli ħafna għalina li nneħħu lil Zoran iżda jekk ma konniex ser nirranġaw xi ħaġa konna ser inbatu fir-rigward ta' riżultati. Ħassejna li kien hemm bżonn bidla fit-tmexxija. Kif nafu s-siġġu ta' kowċ tal-Belt huwa wieħed jaħraq. F'dawn id-disa' snin li ili mal-Belt rajt ħafna kowċis. Ħafna ma jirnexxilhomx jaħdmu b'din il-pressjoni. Iżda Danilo huwa bniedem li jaf sew jaħdem b'dan it-tip ta' stress. Kien hemm bidla tattika mal-miġja ta' Danilo. Anke l-preparazzjoni tat- tim kienet differenti. Iżda dan il-pass kuraġġuż kellna nagħmluh sabiex nieħdu l-frott. Kemm bżajt li setgħet taħarbilkom minn idejkomit-Trophy meta tqis li kontu ser tilagħbu kontra Birkirkara? Meta bdew jagħfsukom għall-gowl tad-dro x'emozzjonijiet ħassejt? Dak il-ħin bdejt nibża' li ser nitilfu kollox minħabba li l-Karkariżi bdew jagħfsu għal gowl tad-dro wara li ddominajna ħafna mill-partita. Bir-raġun huma wara li sabu l-gowl tal-bandiera bdew joħolqu iktar okkażjonijiet u hawn ngħid prosit kbira lid-difiża tagħna li kienet kapaċi żżomm sod. Kien hemm xi tgergir fuq il-kontroll tar-referi fis-semifinali kontra Balzan għax skont ċerti nies dawn iffavorixxew lilkom. Mill-banda l-oħra intom ukoll kellkom xi episodji matul dan l-istaġun li ġew kontrikom. Kif rajtu l-kontroll inġenerali tar-referis? Jien rari jekk mhux qatt ma kkritikajt lir-referi. Dan bniedem uman u jrid jieħu deċiżjoni ta' malajr. Jista' jkun li l-uffiċjal tal-logħba ma rax jew ma kienx hemm konsultazzjoni sew mal-assistenti tiegħu. Ġieli tara linesmen illi jgħollu l-bandiera wara t-tisfira tar-referi. Jien nemmen illi għandna referis kapaċi iżda għandhom bżonn aktar l-għajnuna tal-assistenti tagħhom. Kellna episodji kontrina matul dan l-istaġun iżda għal darb'oħra ngħid illi kulħadd huwa uman. Wara kollox jien ngħid li ċerti deċiżjonijiet meħuda jibbilanċjaw favur u kontra waqt l-istaġun kollu. Allaħares toqgħod sejjer hekk li toqgħod tgerger il-ħin kollu. Ma nistgħux nikkritikaw l-iżbalji tar-referis il-ħin kollu għax tarahom anke barra minn Malta. X'inhi r-relazzjoni li għandkom mas- sur Tagliaferro, president ta' Balzan illi m'ilux fi programm sportiv ikkritika ħafna ċertu deċiżjonijiet ta' referis u uża l-kelma Ingliża cheating. Kellkom iċ-ċans titkellmu miegħu? Jien żgur li ma kellix iċ-ċans inkellmu u m'għandi l-ebda relazzjoni miegħu. Jien naħseb li l-kummenti li saru mis-sur Tagliaferro kienu mgħaġġla wisq. Però dan sar sigħat wara l-logħba. Pereżempju jien li kieku tlabtni l-opinjoni tiegħi wara l-logħba kontra l-Furjana, naħseb li ma tantx kont ngħaddi xi kummenti sbieħ minħabba ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu dakinhar. Dak il-ħin meta tkun imweġġa' kapaċi tgħid minn kollox. Wara kollox jien ngħid illi l-aħjar tim rebaħ tul dan il-kampjonat u ma sraqna xejn. Kif jista' jkun li c-champions ta' Malta jitħarrġu fil-grawnd tal-Fgura u ma jkollhomx il-grawnd tagħhom? Ifhem aħna u Birkirkara li aħna kontributuri tat-tim nazzjonali bi plejers minn tagħna għandna nuqqas ta' riżorsi fejn nitħarrġu. Aħna konna applikajna għall-grawnd iżda l-pass huwa kajman ħafna biex tinbena din il-faċilità. Qed ikollna taħditiet kontinwi mal-gvern u qed ninnegozjaw sew miegħu. Fl- opinjoni tiegħi għandna ningħataw l-art dalwaqt iżda kollox pass pass. Aħna jkollna nitħarrġu fil-grawnd tal-Fgura, li għalkemm mhux ideali bħala art u daqs, iżda l-kollaborazzjoni magħhom hija waħda ferm kbira. Jien nemmen illi l-Belt Valletta jixraqlu grawnd fejn jitħarreġ iżda bil-mod il- mod nemmen li naslu. Jekk induru fuq il-kampjonat Premier, int taqbel b'kampjonat Premier b'14-il tim? Le ma naqblux u lanqas ċerti klabbs mhuma favur din ir-regola. Fl-istess ħin anke l-partitarji juruk bl-attendenza tagħhom. Dawn iridu jaraw logħbiet kruċjali u akkaniti li jinvolvu timijiet kbar bħal Balzan, Furjanan, Hibernians u Birkirkara. Sfortunatament ma tantx huma interessati li jaraw timijiet fil-parti baxxa tal-klassifika. Fil-fatt jekk tara s-semifinali u l-finali tal-FA Trophy wieħed jista' jinduna x'tip ta' livell kien hemm. Il-logħob kien tajjeb u hekk irridu naraw aħna d-dilettanti tal-futbol. Aħna nemmnu li kieku jkun hemm inqas timijiet, ser ikun hemm titjib fil- livell u awtomatikament il-kampjonat iżid fil-prestiġju tiegħu. Personalment rajt qabża fil-livell meta żdiedu l-barranin u kien hemm qabża fil-kwalità fil-grawnd f 'Ta' Qali. L-art hija waħda fantastika u ta' livell veru tajjeb. Int semmejt il-barranin. Hemm min jgħid illi l-livell ta' ċerti barranin hu xi ftit inferjuri. X'taħseb int? Jien nemmen illi ċerti klabbs huma limitati finanzjarjament. Aħna għandna budget partikolari u b'dak l-ammont tixtri ċertu kwalita' ta' plejers. Din nafuha illi forsi minn għaxar barranin ikun hemm ħamsa li jkunu ta' livell għoli waqt li l-ħamsa l-oħra ġieli ma jilħqux l-istandard illi wieħed ikun proġetta. Aħna minn mindu kien ġie magħna Paul Zammit bdejna nistudjaw sew x'tip ta' barranin inġibu. Din is-sena kellna attakkant li kellu CV tajba iżda ma rnexxiex. Kellna lil Falcone illi kien sploda fil-karriera tiegħu. Pereżempju din is-sena ħadna lura lil Dennidos Santos li meta daħal dejjem għamel 'Se nkun qed nittrasforma l-għejja ta' tmiem l-istaġun Cristian Antony Muscat Alexander Fenech - Viċi-President ta' Valletta FC u xprun ewlieni -aħħar double miksub mill-Beltin. Għandu għal qalbu mmens lit-tim ta' Valletta u jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tagħhom. "Niżżiħajr b'mod partikolari lil dawk it-tliet mitt ruħ illi bnazzi jew maltemp dejjem ikunu magħna kemm fir-rebħ kif ukoll fit-telf. Lill- oħrajn ngħidilhom biex jidħlu membri għax huwa importanti illi dan il-klabb ikompli jikber. Irridu s-sapport is-sena kollha għax dan jagħti kuraġġ kbir lill-plejers."