Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 32

Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Sports 31 id-differenza. Pena Beltre li ħadna mingħand St Andrews ta saħħa lit-tim fil-faxxa laterali waqt illi Juan Gill Cruz meta kien imsejjaħ kien ferm tajjeb fid- difiża. Ma nistgħux ma nsemmux lil Santiago Malano li għandu logħob mill-aqwa u Raed Ibrahim Saleh li għadu kemm rebaħ l-unur tal-aqwa plejer f 'turnament fl-Asja. Fl-aħħar u mhux l-inqas hemm Matteo Piciollo li fl-aħħar parti tal-istaġun wera teknika kbira u skorja gowls kruċjali għalina. Ħaġa waħda ngħid. Mingħajr plejers barranin, żgur li ma jistax ikollok kampjonat b'14-il tim. Is-sitwazzjoni tal- barranin hi dik li hi. Il-baġit li jkollu kull tim jiddependi ħafna minnu. Nibqgħu nitkellmu fuq din il-kwistjoni. Hemm l-għidut illi mis-sena d-dieħla kull tim ser ikun jista' juża' sa 11-il plejer barrani. Int taqbel ma' din il- miżura? Jien naqbel ma' tim li jista' juża kemm irid plejers barranin. Fil-verità hija ħasra li jkun hemm erba' plejers barranin fuq l-istands meta l-kowċ ma jistax jużahom kollha. Fil-prinċipju naqbel li jiżdiedu n-numru ta' barranin biex tiżdied il-kompetizzjoni fl-iskwadra u awtomatikament ħa tgħolli l-livell tiegħek. Iżda ma taħsibx illi dawn il-barranin ser jieħdu post tfal Beltin? Jien li kien għalija nistenna t-tim tal- minors jagħmel progress u eventwalment nilgħab bih. Iżda dan huwa kunċett sfortunatament jidher li qed jispiċċa anke jekk inħarsu barra minn xtutna. Illum wieħed isaqsi kemm ikun hemm plejers tal-pajjiż jilagħbu ma' timijiet u kemm kowċtan-nazzjonal qed isibha diffiċli jsib minn fejn jagħżel. Mhux faċli li żżomm ma' din ir-regola li tilgħab il-plejers tiegħek għax fil-klabb tagħna tidħol il-pressjoni sabiex inġibu r-riżultati. Aħna għalina t-tieni post huwa diżappunt u għalhekk trid iġġib ir-riżultati. Għalhekk ma tistax tippretendi li tilgħab biż-żgħar u ġġib ir-riżultati. Xorta nemmen illi fit-tim għandna elementi interessanti li wkoll qed jagħmlu isem bħal Jean Borg, li anke ġie msejjaħ mat- tim nazzjonali, Russell Fenech, Sean Dimech u Nicholas Pulis. Dawn kollha telgħin bil-mod il-mod fl-iskwadra iżda aħna tim ambizzjuż. Mhux daqshekk faċli illi tilbes il-flokk tal-Belt. Trid taħdem bl-għaraq ta' ġbinek biex tilgħab fl-ewwel ħdax u dan iżomm il-livell tagħna wieħed għoli. X'sar minnu l-kunċett ta' Valletta Plc? Dak kien proġett ta' xi ftit snin ilu. Nixtiequ li jkollna amministrazzjoni aktar professjonali sabiex niffunzjonaw aħjar bħala skwadra. Nixtiequ wkoll illi ninvestu fi proġetti li jistgħu irendu l-flus u li eventwalment jagħmilna aktar serji. Din hija l-ħolma tagħna li nagħmlu klabb li ma jkollux bżonn persuni bħal Victor Schriha jew Alexander Fenech iżda jkun tal-partitarji. Dan kollu mhux faċli. Flus fil-futbol Malti mhawnx, l-attendenzi ma jgħinux, id-drittijiet tat-televiżjoni huma tad-daħk. Dawn il-fatturi huma kollha sorsi ta' qligħ li fil-verita' jgħinu mhux ftit. Għall-klabb barrani dawn huma affarijiet normali. Għalina mhumiex għax ma niddependux minnhom. Il-problema tal-futbol Malti hija nuqqas ta' riżorsi. Dawn kollha huma mportanti ħafna. Kemm taħdem mill-qrib ma' Victor Schriha? Jien u s-sur Schrihailna ħbieb għal dawn l-aħħar 25 sena. Jien flimkien ma' Gerard Ellul niltaqgħu kuljum u dejjem niddiskutu diversi affarijiet li jinqalgħu. Bħalissa qegħdin naħdmu għall-istaġun illi ġej sabiex insaħħu l-iskwadra. Niltaqgħu kontinwament mal-istaff tekniku. Il-klabb tista' tgħid li qed joħdilna ħafna ħin mix-xogħlijiet tagħna u nemmen li kważi spiċċa x-xogħol full- time tagħna. Dan ix-xogħol joħodlok ħafna ħin mill-familja u trid enerġija kbira għalih. Kulħadd jippreferi joqgħod id-dar mal- familja iżda xi kultant ikollok tagħmel dak li hemm bżonn. Alexander Fenech jista' jkun il-President il-ġdid ta' Valletta? Din il-mistoqsija saqsejthieli fi żmien xi ftit ħażin għax għadna ġejjin minn staġun ferm impenjattiv li ħadli ħafna enerġija minn ħajti. Bħalissa t-tweġiba li nista' ntik hu li nixtieq nieħu brejk mill- futbol Malti. Mhux jien biss nixtieq hekk iżda anke l-familja tiegħi. Għadu kemm kelli tarbija u nixtieq ingawdiha ftit. Jien nieħu l-futbol wisq bis-serjetà u mhux ħaġa kbira li meta nkunu tlifna jew ġejna dro nkun xi ftit nervuż. Dawn affarijiet illi kollha nġorruhom aħna l-amministraturi u għalhekk meta ngħid li l-futbol fih ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Nimmaġina li x-xewqa ta' Valletta FC issa hi li tagħmluha sat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni ta' xi tazza Ewropea. X'taħseb fuq din il-ħaġa? Trid tkun realistiku ħafna speċjalment għax ser inkunu fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni u mhux fil-preliminari. Hemm ċans li nistgħu niġu ma' Celtic tal-Iskozja jew Qarabag tal-Ażerbajġan. L-inqas tim ikkwotat jista' jkun tim minn Wales. Minkejja kollox aħna ma naqtgħu qalbna qatt. Niftakar meta lgħabna kontra Utrecht fl-istaġun li għadda u ma sabuhiex faċli kontrina. Aħna dejjem nagħtu l-mija fil-mija fil- grawnd. L-aħħar messaġġ tiegħek lill-partitarji ta' Valletta. L-ewwelnett nirringrazzjahom tas- sapport u l-inkoraġġiment li dejjem tawna. Niżżiħajr b'mod partikolari lil dawk it-tliet mitt ruħ illi bnazzi jew maltemp dejjem ikunu magħna kemm fir-rebħ kif ukoll fit-telf. Lill-oħrajn ngħidilhom biex jidħlu membri għax huwa mportanti illi dan il-klabb ikompli jikber. Irridu s-sapport is-sena kollha għax dan jagħti kuraġġ kbir lill-plejers. Nixtieq li dan il-klabb ikollu mat- 3,000 membru. Naf li mhux faċli iżda ser naħdmu sabiex intellgħu n-n- numru ta' nies li jkunu msieħba mat- tim tagħna. l-istaġun f 'enerġija massima għal Valletta FC' Jokkupa l-kariga ta' Viċi-President ta' Valletta FC. Kien xprun ewlieni -aħħar double miksub mill- Beltin. Għandu għal qalbu immens lit-tim ta' Valletta u jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tagħhom. Alexander Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018