Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 799 799 32 | COMM-REP-MT@ec.europa.eu SPECIAL SCREENING F SHORT FILMS SHORT FILMS SHORT FILMS by 5 European Directors 5 St James Cavalier Tuesday 15 th May | 7.30pm Entrance is free A reception will follow RESERVE YOUR SEAT ON Tal-Mellieħa jisfidaw il-policy tal-kurja fuq il-logħob tan-nar FTIT jiem wara li l-kurja fakkret fil-policy tagħha dwar il-logħob tan-nar minn fuq il-knejjes, l-għaqda tan-nar tal-Mellieħa tellgħet post fuq Facebook tfakkar fl-ispettaklu li kull sena ttella' mal-faċċata tal-knisja Arċipretali, lejlet il- festa ta' Marija Bambina. Dan il-post ittella' erbat tliet ijiem wara li nhar il-ħamsa ta' Mejju li għadda, ftit ġimgħat qabel il-festi jaqbdu r-ritmu, il- Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi, Monsinjur Joe Galea Curmi, fakkar li l-ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes jew minn propjetà tal-Knisja huwa pprojbit. Din mhijiex policy ġdida u ilha fis-seħħ numru tas-snin. Minkejja dan f 'diversi festi, fil-ħruġ jew fid-dħul tal- purċissjoni tinħaraq kaxxa, magħrufa taċ-Ċina, jew inkella musketterija, li ma tantx għadha daqshekk komuni. Forsi l-aktar spettaklu famuż huwa dak li jsir fil-Mellieħa, meta lejlet il- festa, ftit qabel nofsillejl, jittella' spettaklu ta' logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika minn mal- faċċata u l-bejt tal-knisja. X'qalet il- Knisja? Iżda l-istqarrija tal-kurja hija ċara. "Din hi policy, għandha tapplika għal kull knisja u proprjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja." Tmur oltre minn hekk u tisħaq li ma għandhomx isiru eċċezzjonijiet f 'anniversarji jew ċirkustanzi oħra. "Hu dmir tal-arċipriet/ kappillan jew tar-rettur tal- knisja partikolari li jara li din il-policy tkun segwita," ittemm tgħid l-istqarrija. L-Arċipriet iwieġeb... Intant il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Mellieħa, il-Kanonku Joe Camilleri li għalkemm ma qalx li l-ispettaklu se jsir, lanqas ma qal li mhux se jsir. Qal biss li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-għaqda tan- nar u għalhekk għadu kmieni wisq biex jikkommetti ruħu dwar l-ispettaklu. Reazzjonijiet diversi Intant wara din l-aħbar kienu ħafna dawk li rħewlha fuq Facebook jikkumentaw. Bħas-soltu, mitt bniedem, mitt fehma u xi petizzjoni onlajn ma naqsitx. Kienu ħafna dawk li qabblu u qalu li n-nar minn fuq il- knejjes jagħmel ħafna ħsara mhux biss lill-faċċata, aktar u aktar jekk tkun għadha kemm ġiet irrestawrata, iżda anke lill- vari titulari, minħabba l-frak u l-kimiċi li jaqgħu fuqhom. Oħrajn saħqu li l-knisja hija d-dar ta' Alla u mhux post għal-logħob tan-nar. Iżda daqstant ieħor kien hemm min kien kontra u ħafna argumentaw li barra minn Malta, speċjalment fi Sqallija jsiru spettakli kbar tan-nar minn fuq il-knejjes. Oħrajn staqsew x'se jiġri f 'dawk il-festi li ma għandhomx għelieqi minn fejn jisparaw in-nar u allura jiddependu minn xi kaxxa żgħira li tinħaraq minn fuq il-knisja jew xi każin. Oħrajn ħadu t-triq in-nofs u appellaw lil tal-Mellieħa biex ma jiġrux u jsibu soluzzjoni. "Aħna nafu x'jiġifieri u minn xiex għaddejna meta ħassrulna l-festa," saħaq partitarju ta' festa partikolari. Insomma, nistennew li jidħol Ġunju u naraw x'inhu ġej! L-ILLUM titkellem mal-Arċipriet wara li l-għaqda tan-nar tal-Mellieħa kitbet dwar l-ispettaklu tal-logħob tan-nar minn fuq il-knisja, ftit jiem biss wara li l-Kurja fakkret li l-logħob tan-nar minn fuq il-knejjes huwa pprojbit meta lejlet il- festa, ftit qabel nofsillejl, jittella' spettaklu ta' logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika minn mal- faċċata u l-bejt tal-knisja. Knisja? tal-kurja hija ċara. "Din hi policy, għandha tapplika għal kull knisja u