Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 ITTFAL dejjem huma vittmi ta' relazzjoni jew żwieġ li fih hemm il-vjolenza huwa fatt. Imma rapport ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa jitfa' aktar dawl fuq is- sitwazzjoni mwegħra tat-tfal fejn hemm il-vjolenza. Dr Roberta Attard hija kkwotata tgħid fir-rapport illi t-tfal isibuha diffiċli ħafna biex jagħżlu ma' min se joqogħdu f 'każ ta' separazzjoni u xi kultant tant ikunu jibżgħu mill-agressur li jagħżlu lilu/lilha minflok il-vittma. Grupp ta' nies li ffurmaw workshop dwar dawk li sejħulhom 'feriti inviżibli' ta' tfal li huma esposti għall- vjolenza, qalu illi t-tfal, minkejja t-tensjoni, xorta waħda jkunu jixtiequ li l-ġenituri jibqgħu flimkien. Apparti minn hekk, għandhom bżonn l-imħabba, sens ta' sigurtà, attenzjoni, ferħ, lil xi ħadd li jismagħhom u appoġġ mill-pulizija u mill- familja. Attard tfakkar illi l-protezzjoni hija responsabilità ta' kulħadd, anke tal-ġirien jew ta' dawk li forsi jafu jew qed jaraw jew qed jisimgħu l-abbuż għaddej. Intant hi saħqet illi "bħala professjonisti għandna bżonn nirreaġixxu meta jitkellmu t-tfal." Interessanti kif fir-rapport hemm bosta proposti biex il-professjonisti kollha, inkluż l-għalliema, jilagħbu parti importanti biex tkun miġġielda l-vjolenza. Grupp differenti ta' nies f 'workshop li tratta l-għajnuna għal dawk it-tfal esposti għall-vjolenza domestika, waslu għall- konklużjoni li l-għalliema għandhom ikunu obbligati li jirraportaw lis-superjuri tagħhom meta jħossu li għaddej xi forma ta' abbuż fuq xi ħadd mit-tfal fil-klassi. Huma jirrakomandaw illi l-għalliema għandhom jingħataw it-taħriġ kollu meħtieġ biex jidentifikaw fejn ikun hemm il-vjolenza. Il-professjonisti huma rrappurtati isemmu kif b'relazzjoni li fiha jkun hemm il-vjolenza, it-tfal jissugraw li saħansitra jibdew jitilfu l-identità tagħhom, speċjalment dik l-identità li tkun riflessjoni tal-effett li kellha l-vittma fuqhom. Jiġifieri jekk l-omm tkun rawmet ċertu valuri fit- tifel/tifla dawn il-valuri jistgħu jkunu mħassrin minn dak il-ġenitur li miegħu jew magħha jkunu qed jgħixu l-iben jew il-bint. Ir-rapport jgħid illi għal ħafna tfal li jgħaddu mit-trawma tal- vjolenza domestika, il-vjolenza ssir in-norma. Għalhekk ir-rapport qed jipproponi wkoll li tkun possibbli illi t-tfal jingħataw terapija psikoloġika anke jekk il-missier jirrifjuta li jiffirma l-formola tal-kunsens. Ir-rapport, naturalment, jitratta wkoll ix-xelters u jfakkar illi dawn il-postijiet, minkejja x-xogħol siewi li qed isir fihom, magħhom tibqa' mwaħħla l-istigma u allura huma bosta dawk li jħossu illi hija 'tal- mistħija' li jkollhom imorru huma u jieħdu t-tfal tagħhom f 'xelter. Ir-rapport jipproponi diversi miżuri biex il-ħajja tan-nies li jgħixu f 'xelter titjieb, fosthom trasport għall-vittmi tax-xelters kif ukoll għat-tfal mix-xelters għall-iskejjel, proviżjoni ta' servizzi bażiċi bħal WiFi u ftit flus għat- tfal (pocket money), li t-tfal jingħataw terapija malli jaslu fix-xelter u assejsar immedjat tal-vittmi malli dawn jidħlu f 'xelter. Ir-rapport jagħmel diversi proposti lill-professjonisti, fosthom jipproponi li jkun hemm protokol ċar ta' kif kull professjonist jitratta problemi ta' vjolenza domestika, l-importanza ta' ambjent sigur fejn professjonisti jkellmu lit-tfal, titjib fl-iscreening minn kmieni ta' kull tip ta' vjolenza, taħriġ obbligatorju għal kull professjoni, sigurtà għal dawk li jaħdmu fis-settur u l-bżonn ta' iktar taħriġ għat-tfal, speċjlament subien. Lill-Gvern ir-rapport jipproponilu biex terapija lit-tfal tkun obbligatorja, li jsir moniteraġġ tal-ordnijiet ta' protezzjoni biex tkun assigurata l-protezzjoni tat-tfal, li jkun hemm social worker speċifikament għal kull tifel jew tifla u moniteraġġ ta' dawk il-vittmi li jkunu telqu mix- xelter u marru lura d-dar wara li l-vittma tkun ħafret lill-agressur. Dwar il-Pulizija u anke l-ġudikatura r-rapport jinsisti dwar l-importanza li l-Pulizja jkunu kapaċi jagħmlu assesjar ta' bżonnijiet u riskji għal kull tifel jew tifla li jagħmlu kuntatt agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham It-tfal dejjem ibatu fejn hemm il-vjolenza domestika, imma xi kultant f 'każ ta' separazzjoni jagħżlu li jibqgħu mal-agressur għax jibżgħu...rap- port annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika jiżvela... Jagħżlu li jibqgħu mal-agressur Taħdidiet mal-Gvern biex jiżdiedu r-rotot f 'ċerti lokalitajiet Minn Albert Gauci Cunningham WASAL is-sajf u mid- dehra dan is-sajf ġie aktar kmieni mhux biss għax it-temperatura bdiet tielgħa imma wkoll għax in-numru ta' turisti beda jiżdied sew. U mkien ma jinħass iktar daqs fuq tallinja fejn in-numri jibdew jiżdiedu, bil-konsegwenza li ħafna vetturi jkunu mimlijin nies minn punt kmieni fil-vjaġġ. Dan iwassal biex ammont ta' nies jibqgħu fuq l-istejġ u jdumu jistennew. Matul din il-ġimgħa fil- fatt din il-gazzetta rċeviet xi ilmenti dwar ħin twil ta' stennija fl-inħawi ta' Tas- Sliema, direzzjoni lejn il-Belt u ilmenti oħrajn minn San Pawl il-Baħar, dwar vetturi ġejjin miż-żoni tal-Mellieħa u/jew iċ-Ċirkewwa. F'kuntatt minn din il- gazzetta kelliema għall- Malta Public Transport (MPT) filwaqt li ammettiet li f 'dan iż-żmien tas-sena u tul is-sajf tinħoloq din il-problema, żvelat ukoll kif l-MPT bħalissa tinsab f 'diskussjonijiet mal-Gvern dwar żoni fejn in-numru ta' passiġġieri fuq it-trasport pubbliku huwa għoli ħafna. Hi spjegat kif madwar 50% ta' dawk kollha li jużaw it- trasport pubbliku ġejjin minn 20% tar-rotot, li allura jfisser konċentrazzjoni qawwija fuq dawn ir-rotot. Fost l-aktar rotot li huma popolari hemm dawk bin-numru 13, 14, 16 u dawk kollha li miż-żona ta' San Ġiljan/Sliema jmorru l-Belt, kif ukoll dawk kollha li mill-Marsa jmorru l-Belt Valletta. Il-kelliema qalet ukoll lil din il-gazzetta illi apparti t-taħdidiet mal-Gvern dan is-sajf se jerġgħu jibdew rotot diretti minn postijiet differenti għall-Belt Valletta, fosthom minn San Ġiljan, l-Ajruport u Marsaxlokk għall-Belt. Dan inaqqas mill-pressjoni fuq it-trasport pubbliku f 'żoni fejn ikun hemm ħafna turisti. Chetcuti jiċħad illi qed jagħmel Minn Albert Gauci Cunningham ILPRESIDENT tal-Malta Developers Association (MDA) Sandro Chetcuti sostna ma' din il-gazzetta illi ladarba l-PM Joseph Muscat qed jassigura li mhux se jkun hemm kontrolli tal-prezzijiet tal-kirjiet privati hu mhux qed jinkwieta. "Mhux wisq inkwetat ladarba l-PM serrħilna rasna li mhumiex se jsiru kontrolli. Minkejja dan," jinsisti mill-ewwel Chetcuti, "aħna nibqgħu kontra kull forma ta' abbuż u dejjem favur li l-liġi tkun rispettata." Hu kien qed jirrispondi mistoqsijiet ta' din il- gazzetta, li staqsietu jekk hemmx inkwiet jew tħassib fl-MDA dwar il-White Paper bi proposti għal regolarizzazzjoni tas-suq tal- kera. Kienet din il-gazzetta li żvelat illi l-White Paper bi proposti dwar kirjiet privati kienet approvata fil- Kabinett u li se jkun hemm proċess ta' kosultazzjoni li mistenni jitnieda fiż-żmien li ġej. Intant sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw illi għalkemm il-proċess huwa lest u l-White Paper kienet approvata, għalissa l-affarijiet qed jistennew. Sorsi differenti indikaw li Chetcuti qed jagħmel pressjoni fuq il-Gvern dwar diversi punti fuq il-White Paper, liema suġġett kien