Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
7 Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet diskuss f 'laqgħa li l-MDA kellha mal-PM Muscat. Mal-ILLUM Chetcuti iżda ċaħad li qed issir xi pressjoni u qal li kwalunkwe ħaġa li jista' jgħid hija spekulazzjoni "għax aħna ma rajniex il-White Paper, għadha ma ħarġitx." Meta kkuntattjat minn din il-gazetta qal illi hu m'għandux kumment x'jagħmel dwar il-white paper għax ma rahiex. "Għadu prematur imma nista' nassigurak li meta toħroġ se nkunu qed niddiksutu u nitkellmu żgur," aċċerta l-President tal-MDA. Chetcuti fakkar illi s-sezzjoni tas-sidien tal-proprjetà hija fost l-ikbar fl-MDA u li fid- diskussjonijiet li se jsiru hu se jara illi l-interessi tagħhom ikunu assigurati. "Aħna tajna ħafna sehem fid-diskussjoni li wasslet għall-White Paper, bħalma taw ħafna organizzazzjonijiet oħra. Issa huwa f 'idejn il- Gvern li jiddeċiedi." Id-diskussjoni dwar il-kirjiet issa se tagħlaq kważi sentejn għaddejja. Fil-fatt kien rapport fuq din il-gazzetta li beda id-diskussjoni hekk kif konna żvelajna proposti dwar kirjiet minn Yana Mintoff, bint l-eks PM Dom Mintoff. Għalkemm il-proposta tagħha ma kinitx milqugħa, qamet diskussjoni qawwija fil-pajjiż dwar il- bżonn li jkunu indirizzati l-kirjiet minħabba li domanda qawwija qed twassal għal żieda astronomika fil-kirjiet u nies li jkollhom jitilqu mill- kirja għax din togħla ħafna, f 'xi każi b'aktar minn 100%. Nhar il-25 ta' Jannar 2015 fuq l-istazzjon tal-PL Muscat kien fakkar kif fil-baġit li tressaq fl-2016 il-Gvern żied is-sussidju lil dawk li jikru mingħand il-privat. Dan is-sussidju kien ivarja minn €66.67 sa €83.33 skont id-dħul u d-daqs tal-familja. Dan irdoppja, jiġifieri tela' għal bejn €133.34 u €166.66. Wissa imma illi l-Gvern kien se jara kif is-sitwazzjoni se tkompli tiżviluppa qabel jieħu aktar azzjoni. "Fin-nuqqas illi is- suq ma jirregolax lilu nnifsu bl-għajnuna fis-sussidju u anke b'taxxi inqas għas-sidien, se nirregolaw u nibdew diskusjonijiet biex naraw kif se nirregolaw." Il-White Paper se tkun qed tħares lejn diversi aspetti għalkemm jidher illi l-aktar aspetti importanti se jkunu 1) durata minima ta' kirja 2) reġistrazzjoni tal- kirjiet u 3) prezz tal-kirja li jibqa' l-istess matul id-durata tal-kuntratt . Mal-ILLUM Chetcuti assigura li l-MDA taqbel dwar il-punti tad-durata u reġistrazzjoni, "u naqblu wkoll illi l-ftehim li jsiru (bejn l-inkwilin u s-sid) ikunu rispettati." mal-agressur għax jibżgħu minnu magħhom u anke l-importanza li kemm il-Pulizija kif ukoll il-membri tal-ġudikatura jingħataw taħriġ rigward il-fatt li r-relazzjoni bejn il-vittma u l-ulied tmur lura waqt li l-vittma tkun qed tisfa abbużata. Ir-rapport jipproponi wkoll li każijiet ta' tfal li jkunu sfurzati jaraw lill- ġenituri f 'laqgħat li jsiru taħt superviżjoni. Il-vjolenza domestika f 'numri Intant ir-rapport annwali juri li l-akbar numri ta' każi ta' vjolenza rreġistrati bħala 'Emergency Health Services' fl-2016 kien fost dawk li għandhom iktar minn 50 sena b'26.5%. Wara, l-ogħla rata ta' rapporti kienet fost dawk li għandhom bejn 35-39 u 40 u 49 b'20.6%. L-inqas rata ta' vjolenza domestika kienet irreġistrata fost iż-żgħażagħ, b'rata ta' 8.8%. Intant l-akbar numru ta' vittmi li kienu għamlu użu miċ-ċentru ta' emerġenza Għabex kienu dawk li għandhom bejn 40 u 49 sena, b'24.6%. Dawk bejn 40 u 49 jiffurmaw ukoll l-akbar numru ta' vittmi li marru jirrapportaw każ ta' vjolenza domestika għand il-Pulizija, b'21%. Min-naħa l-oħra 19.3% kienu taħt il-25 sena u 12% fost dawk sa 30 sena. L-akbar ammont ta' nies li marru f 'diversi xelters madwar il-pajjiż kienu miżżewġin jew inkella għandhom sieħeb jew sieħba. Ammont ieħor huwa ta' vittmi li kienu abbużati minn membri tal-familja stess. U l-aggressuri huma dejjem irġiel? Mhux dejjem le, imma kważi. Fil-fatt huma aktar minn 90% dawk l-irġiel li fl-2016 ingħataw għajnuna permezz tas-servizz 'Managing Abusive Behaviour'. Dan apparti li fl-2016 kważi 84% tal-vittmi kienu nisa filwaqt li 16% kienu rġiel. Ftit inqas minn 80% tal- vittmi ta' vjolenza domestika użaw servizzi ta' għajnuna darba biss, 13.5% użaw is- servizzi t-tieni darba u 6.8% użaw servizzi ta' għajnuna iktar minn tliet darbiet. L-istatistika turi illi l-ogħla rata ta' rapporti ta' vjolenza domestika kien fit- Tramuntana tal-Port, jew fiż- żoni ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, is-Swieqi u Pembroke b'29.5%. Ftit iktar minn 21% tar-rapporti saru fin-naħa ta' isfel tal-Port jiġifieri fiż-żona tal-Kottonera. "L-Att dwar il-vjolenza fuq il-bażi tal-Ġeneru li se jkun infurzat fiż-żmien li ġej se jimmarka era ġdida għall- Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika, li se jkollha mandat u resposabilitajiet ikbar biex verament tkun tista' taħdem kontra kull vjolenza f 'kull forma tagħha." Hekk insistiet il-Ministru Helena Dalli waqt il-preżentazzjoni tal-istess rapporti. Hija fakkret illi l-Gvern qed jassigura liġi li tagħti protezzjoni ugwali lil kulħadd, irrispettivament mill-identità. "Dan għaliex il-vjolenza ma tafx ġeneru, razza jew klassi soċjali," saħqet Dalli. Il-Kummmissarju, Joe Gerada qal illi dan ir-rapport juri xejriet 'normali' ta' vjolenza domestika għalkemm sostna wkoll illi iktar irġiel qed jersqu b'każijiet ta' vjolenza domestika. X'qed ikun propost fir-rapport? • Iktar għarfien dwar il-vjolenza domestika • Protokoll l-istess għall-professjonisti • Titjib fl-iscreening biex tingħata għajnuna minn kmieni • Taħriġ lill-għalliema u 'counsellors' • Taħriġ obbligatorju lill-professjonisti kollha • Sigurtà lill-professjonisti kollha li jaħdmu u jiltqagħu mal-vittmi • Terapija psikoloġika lit-tfal anke jekk ġenitur ma jaċċettax • Ambjent aħjar fil-post fejn it-tfal ikunu intervistati dwar is-sitwazzjoni ta' vjolenza • Evalwazzjoni sħiħa tas-servizzi li jingħataw fil-preżent • Social Worker għal kull tifel/tifla li jkunu għaddejjin minn problemi relatati mal-vjolenza li jkunu raw • Taħriġ qabel iż-żwieġ dwar problemi ta' personalità u relazzjonijiet tossiċi • Trasport minn u lejn ix-xelters fejn qed joqogħdu l-vittmi • Proviżjoni ta' servizzi bażiċi fix-xelters bħal WiFi u anke flus lit-tfal (pocket money) • Tfal għandhom jirċievu terapija xħin jidħlu f 'xelter • Assesjar fil-pront tal-vittmi malli jidħlu f 'xelter • Iktar aċċess għat-tfal biex jirrappurtaw abbuż • Tkun iffaċilitata l-possibilità li l-għalliema jirrappurtaw każi ta' vjolenza domestika • Bżonn li l-Pulizija jagħmlu assesjar ta' kull tifel/tifla li jidhru quddiemhom fir-rigward ta' vjolenza domestika • L-introduzzjoni tal-'emergency barring' f 'ċerti każi fejn l-aggressur ma jkunx jista' jibqa' d-dar • Moniteraġġ tal-vittmi li joħorġu minn xelter • Ikunu evitati każi ta' tfal sfurzati li jattendu laqgħa ma' ġenitur li ssir b'superviżjoni magħhom u jagħmel xi forma ta' pressjoni dwar il-kirjiet