Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 32

2 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet JIDHER li minkejja illi għadda żmien u llum il-moda hija li tonfoq, proporzjon pjuttost kbir tal-popolazzjoni mhux biss għadha ġġemma' imma tiddependi, parti kbira jew ftit, fuq il-flus li jkunu ġġemmgħu. Fil- fatt ċifri juru illi l-Maltin b'59% huma fost l-aktar popli li jduru għall-flus li jġemmgħu meta jkollhom problemi finanzjarji. Pajjiżi oħrajn li għandhom rata għolja ta' nies illi jduru fuq il-flus li jkunu ġemmgħu huma l-Iżvezja (71%), l-Olanda (65%) u l-Ġermanja (60%). L-inqas popli illi jduru fuq flus mġemmgħin ġejjin mill-Polonja, l-Ungerija u Ċipru. Dawn iċ-ċifri joħorġu minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea 'Fairness, inequality and inter-generational mobility' ippubblikat ix-xahar li għadda. Dawn iċ-ċifri juru wkoll illi l-Maltin huma fost l-aktar poplu fl-UE illi meta jkollhom problemi finanzjarji jduru għall-Gvern u allura għajnuna permezz ta' benefiċċji. Fil-fatt huma 22% tal-Maltin li apparti affarijiet oħrajn jaqgħu fuq il-benfiċċji f 'każ ta' problemi finanzjarji. Qabel Malta hemm il-Finlandja u d-Danimarka. Il-fatt li Malta għandha rata għolja ta' nies li jduru fuq il-flus li jġemmgħu f 'każ ta' problemi jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi. L-ewwel nett il-kultura ta' tfaddil li għadha pjuttost popolari kif ukoll, u dan huwa spjegat mill-fatt li ma' Malta hemm fost l-aktar ekonomiji li sejrin tajjeb bħalissa, żieda fid-dħul globali tal-Maltin u allura aktar tfaddil. It-tieni sett ta' ċifri huma ċertifikat, jekk qatt kien hemm bżonnu, ta' kemm hi vasta s-sistema ta' benefiċċji soċjali f 'pajjiżna. Intant kemm jaħsbu li huma sinjuri l-ġirien tagħhom il-Maltin? Interessanti kif mill-istess rapport jirriżulta li 83% jaħsbu li l-ġirien tagħhom jinsabu xi mkien fin-nofs, la sinjuri wisq u lanqas fqar wisq. Dan jista' jkun sinjal tal-fatt illi kollox ma' kollox, pajjiżna huwa ġeneralment magħmul minn saffi u faxex u differenti ta' klassi tan-nofs. L-Islovakkja huwa l-aktar pajjiż illi fih iħossu li l-ġirien u dawk li jgħixu fiż-żona tal-madwar huma l-aktar fqar, b'36%. SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 2 36 54 14 90 37 76 74 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech (previously "St Helen Pharmacy"), Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida St. Andrew's Dispensary, 34, Triq il- Qasam, Swieqi Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema St. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar St. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien Alpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Green Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent forza 2 għal 3 li jdur mil- Lbiċ forza 3 għal 4 BAĦAR Qawwi 59% tal-Maltin jgħidu li f 'każ ta' problemi fi nanzjarji jaqgħu fuq il-fl us li jkunu ġemmgħu kbira jew ftit, fuq il-flus li fatt ċifri juru illi l-Maltin meta jkollhom problemi finanzjarji. Pajjiżi oħrajn li għandhom rata għolja ta' nies illi jduru fuq il-flus li jkunu ġemmgħu huma l-Iżvezja (71%), l-Olanda vasta s-sistema ta' benefiċċji cunningham@mediatoday.com.mt cunningham@mediatoday.com.mt Il-Malti għadu jerfa' u jsorr għal meta jiġi bżonn Kuljum qed jiżdiedu 33 vettura; 1,400 biss huma hybrid Minn Yendrick Cioffi BĦALISSA f 'Malta hawn 375,041 vettura hekk kif l-ammont ta' vetturi qed jiżdied b'medja ta' 33 vettura kuljum Meta wieħed iqabbel dan il-perjodu ma' dak tas-sena li għaddiet, jirriżulta li l-vetturi żdiedu bi 3.7%. Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, aktar minn 60% tal-karozzi fit-toroq Malti jaħdmu b'magna petrol. Dawk b'magna diesel kienu jammontaw għal 39% jew 146,192 vettura. Karozzi hybrid jammontaw għal inqas minn 0.5% jiġifieri 1,426 vettura. Mit-total ta' karozzi fit- toroq, 78.3% huma karozzi tal-familja filwaqt li 13.6% huma vetturi kummerċjali. 7% biss huma muturi jew quads. Il-kumplament li jammonta għal inqas minn 1% jkopri l-karozzi tal-linja u l-'mini buses'. Fl-istess perjodu, 7,531 vettura tneħħew mit-toroq. 39% minnhom reġgħu nbiegħu jew jinsabu għall- bejgħ filwaqt li 30.8% ġew skrepjati. Il-bqija tal-karozzi ddaħħlu f 'garaxx.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018