Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 32

illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Intervista 12 " L-isport ma jibnix l-karattru, iżda jesponi l-karattru." Min jaf kemm- il darba smajt din il-kwotazzjoni forsi mingħand xi għalliem tal-P.E jew inkella xi kowċ però jkolli ngħid, li l-ewwel darba li esperjenzajt din il-kwotazzjoni famuża tal-ġurnalist Amerikan Heywood Broun tieħu l-ħajja, kienet propju din il-ġimgħa. F'dar fi sqaq kwiet u tradizzjonali f 'Bormla ltqajt ma' Antonio Flores, ġuvni ta' 28 sena li f 'Settembru li għadda qata' siequ barra bl-għan li jkompli jittrenja l-isports li tant għandu għal qalbu, l-atletika. Staqsejt lil Antonio biex joħodni lura għall- bidu tal-istorja kiefra tiegħu."Kollox beda ftit ġimgħat wara t-twelid," beda biex jispjega Antonio, "jien twelidt b'kundizzjoni magħrufa bħala 'club foot', kundizzjoni medika li biha s-sieq tkun imdawra u tħares lejn is-sieq l-oħra." Antonio kompla jispjega kif minn età żgħira għadda minn ħafna operazzjonijiet u tentattivi differenti sabiex jippruvaw jidrittawlu siequ. "Meta kelli sitt snin, għaddejt minn aktar operazzjonijiet aggressivi, li fihom anke missuli l-għadam ta' sieqi biex tiġi dritta. Kienet iddrittat però xorta waħda baqgħet diformata u għalhekk baqgħet inqas b'saħħitha mis-sieq l-oħra. Minkejja dan, l-uġigħ kien waqaf u għalhekk stajt nimxi u nilgħab l-isport mat-tfal l-oħra, però xorta ma kontx tajjeb daqshom," spjega Antonio. Minkejja din id-diffikultà Antonio kien dejjem żagħżugħ li fittex l-isport u kellha tkun tellieqa ta' 50 metru biex tiftaħlu opportunità ġdida fid-dinja tal-atletika. "Fiż-żmien tas- sekondarja, ħabat li kellna tiġrija bejn il-klassi ta' 50 metru. Jien kont ħadt sehem fiha, u klassifikajt fit-tielet post, li għalija kont qisni ġejt fl-ewwel post għaliex għidt minkejja diżabbiltà nista' niġri xorta waħda," irrakkonta Antonio. Minn hemm Antonio beda jipprova jsib klabb tal- atletika li seta' jgħinu jikseb aktar taħriġ f 'din id-dinja. "Wara xi ftit żmien kont sibt klabb u bdejt it-taħriġ. Kont ħadtha b'serjetà kbira, dak iż-żmien it-tfal tal- età tiegħi kienu jitrenjaw darbtejn fil-ġimgħa. Però jien minn jeddi kont naqbad u ninżel għat-taħriġ f 'ġranet żejda mal-adulti. Kif kien jarani l-kowċ kien jgħidli 'int x'qed tagħmel hawn?' U mbagħad hu kien itini sezzjoni li kont nista' nagħmel għal rasi. Kont dejjem l-aktar wieħed li nittrenja però kaġun tad-diżabbiltà ma kontx inlaħħaq mat-tfal l-oħrajn, minkejja dan il-fatt għalija l-aktar ħaġa importanti kienet li nikkompeti u nieħu gost," saħaq Antonio. L-ewwel esperjenza tiegħu fil-Para-Olimpjadi Il-motivazzjoni u d-dedikazzjoni ta' Antonio fetħitlu bibien ġodda anke f 'kompetizzjonijiet prestiġjużi dinjin, bħall-Para-Olimpjadi. Kompetizzjoni li hi identika għall-Olimpjadi, b'differenza li tittella' xahar wara u jistgħu jieħdu sehem fihom nies bi bżonnijiet speċjali. Mal- ILLUM, Antonio jirrakonta l-esperjenza tiegħu f 'Beijing fl-2008, "meta kkompetejt fil-Para-Olimpjadi ta' Beijing kont tellaqt eżatt maġenb Oscar Pistorius, li dak iż-żmien kien wieħed fost l-aqwa u ma kienx qiegħed fil-kontroversja tal-lum. Kienet ħolma li saret realtà. Nieħu gost ngħid li l-ewwel 30 metru għaddejtu," jgħid b'daħka Antonio. Jerġa' jibda l-uġigħ f 'siequ… Sfortunatament wara din l-esperjenza sabiħa ġewwa l-Asja, Antonio reġa' beda jbati minn uġigħ f 'siequ. Hu jispjega, "ma kontx ċert x'kien u għalhekk iddeċidejt li nieqaf mill-atletika u minflok bdejt nippratika l-powerlifting." Minkejja dan, l-imħabba tiegħu lejn l-atletika reġgħet qanqlet fih ħsieb biex jerġa' jieħu ċans, "ftit snin wara kont pruvajt nerġa' nibda niġri però ma kienx irnexxieli hekk kif l-uġigħ mhux talli kien jippersisti talli kien żdied sewwa u għalhekk qtajt qalbi mill- atletika. Kienet diffiċli ħafna. Hi diffiċli sakemm taċċetta li ma tistax tiġri aktar f 'ħajtek. Però b'xi mod dak iż-żmien kont iffukat fuq l-istudju tiegħi fil- podjatrija (xjenza medika li tispeċjalizza fis-saqajn), u allura stajt nikkonċentra fuq hekk," sostna Antonio. Hu kompla jispjega li xi żmien wara hu kien sar jaf bi 'brace' li tinlibes mas- sieq u li tieħu l-piż minn fuq sieqek u l-għaksa u li tista' tintuża waqt l-isports, din qanqlet tama ġdida f 'qalb Antonio. "Kont tlajt u għamiltha barra minn Malta, ġejt lura u stajt nerġa' nibda nittrenja kienet ħolma li saret realtà. Però għal darb'oħra l-ħolma tiegħu kienet prematura, għaliex ftit ġimgħat wara reġa' beda jħoss l-uġigħ f 'siequ. "Wara li falla dan it- tentattiv, fittixt l-għajnuna u l-opinjoni medika ta' ħafna speċjalisti," jgħidilna Antonio, "ħadd ma kellu soluzzjoni faċli, fuq il- mejda kelli żewġ għażliet, jew li ngħaqqad flimkien kull għadma ta' sieqi ma' xulxin, li fl-aħħar mill- aħħar xorta kienet se tillimitali ħajti u ma kontx se nkun nista' niġri jew nimxi sew; jew inkella li naqta' sieqi barra. Jien mort għat-tieni għażla, li avolja kienet għażla drastika għażiltha għax f 'moħħi bdejt ngħid u naħseb li fil- futur se nkun nista' nerġa' nibda niġri, jekk għada pitgħada jkolli tfal nista' niġri magħhom, ix-xogħol nista' nkun indipendenti. M'għandix bżonn noqgħod lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Speċjalista tas-saqajn li qata' siequ Antonio Flores: Bormliż ta' 28 sena, gradwat mill-Università ta' Malta bħala podjatra u f 'Settembru li għadda qata' siequ barra. Għaliex? Bl-għan li jibqa' jagħmel dak li dejjem xtaq jagħmel... jiġri. Kont dejjem l-iktar wieħed li nittrenja però kaġun tad- diżabbiltà ma kontx inlaħħaq mat-tfal l-oħrajn. " " Kienet tweġġagħni 24 siegħa kuljum. Kont inħoss tingiż kull ftit sekondi. Kienet twaqqafni milli norqod, verament kienet kiefra. " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018