Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 32

15 Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet It-toroq jippreparaw biex jilqgħu għall-attività tas-sajf Minn Yendrick Cioffi FILJIEM li għaddew bdiet ħidma biex isiru xogħlijiet ta' titjib u tiswijiet f 'numru ta' toroq f 'San Ġiljan u f 'Paceville, u anke f 'lokalitajiet oħra bil-għan li jkunu lesti qabel is-sajf. Din il-ġimgħa, permezz ta' xogħol bil-lejl, il-kuntratturi lestew l-asfaltar mill-ġdid ta' Triq San Ġorġ, fil-Bajja ta' Spinola, biex fil-ġimgħat li ġejjin ser isir xogħol simili f 'diversi toroq oħra. Qed isiru xogħlijiet oħra f 'diversi toroq li jwasslu għal bajjiet ewlenin, fosthom it-toroq lejn St Peter's Pool f 'Delimara, ir-rotta ewlenija li twassal għall-Mellieħa, l-Għadira, l-Armier u ċ-Ċirkewwa, fost oħrajn. Dan apparti l-bini mill-ġdid tat-toroq li jwasslu għax-xtajta ta' Għar Lapsi, fis-Siġġiewi. Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapital qal li dan huwa huwa parti mill- investiment sostanzjali li qed isir fit-toroq anke bis-saħħa tal-ħidma kontinwa li qed titmexxa mid-Direttorat tat- Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta. Il-Ministeru fakkar li fiż- żmien li ġej dan id-Direttorat ser ikun qiegħed jgħaddi taħt l-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, li ser tkun qed tfassal u twettaq l-investiment €700 miljun fit-toroq. Il-PD jistaqsi jekk bdietx investigazzjoni dwar ir-rivelazzjonijiet tal-Proġett Daphne Fi stqarrija l-Partit Demokratiku insista li r-rapporti jipprovdu dettalji u dokumentazzjoni aktar profonda fuq l-istejjer "antiki" li l-midja indipendenti kienet ħarġet ILPARTIT Demokratiku saħaq li l-pubbliku għandu jkun infurmat jekk bdewx investigazzjonijiet fuq dawk li sejħilhom rivelazzjonijiet ġodda u dettaljati dwar "il-korruzzjoni istituzzjonalizzata." Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku insista li r-rivelazzjonijiet juru li nies fl-ogħla livelli tal-Gvern huma involuti f 'korruzzjoni "kolossali u verament tal-waħx." Il-PD żied jgħid li r-raġuni li qiegħed jagħti l-Prim Ministru biex jiġġustifika għaliex irrifjuta li jikkummenta dwar dawn ir-rivelazzjonijiet hija verament ridikola. L-istqarrija tinsisti li għall- kuntrarju ta' dak li qed jgħid il-Prim Ministru, l-istejjer tal-Proġett Daphne u l-midja indipendenti mhumiex setter antiki. "Dawn ir-rapporti jipprovdu dettalji u dokumentazzjoni aktar profonda fuq l-istejjer "antiki" li l-midja indipendenti kienet ħarġet," tisħaq l-istqarrija. Kien għalhekk li l-Partit Demokratiku insista li huwa inkwetanti "in-nuqqas ta' aġir," tal-Kummissarju tal-Pulizija fid- dawl ta' dawn ir-rivelazzjonijiet. "Infakkruh li, skont il-liġi, il- Kostituzzjoni ta' Malta tobbligah jipprevjeni t-twettiq ta' reati mingħajr eċċezjonijiet, tobbligah japplika l-liġi mingħajr ebda diskriminazzjoni, u jmexxi b'onestà u b'mod effettiv id-doveri kollha assenjati lilu mill-Att dwar il-Pulizija jew kwalunkwe liġi oħra," tisħaq l-istqarrija. Fost oħrajn, il-Partit Demokratiku qed jistenna investigazzjoni dwar dak li sejjaħ bħala diskrepanzi bejn l-istqarrijiet ta' Konrad Mizzi, fosthom li l-kont bankarju tal-kumpannija offshore tiegħu kien fiha biss €92, u r-rapport tal-FIAU li jgħid li l-kont kien fih €9,200. Rapporti oħra jinkludu l-prokura tal-Ministru Konrad Mizzi lil Nexia BT, l-imejl mibgħuta minn Karl Cini dwar il-kumpanija 17 Black u l-flus li kellhom jirċievu l-kumpaniji ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri u r-rapport tal-FIAU dwar il- Ministru Mizzi, fost oħrajn. Kif kienu wieġbu Konrad Mizzi u Keith Schembri? Kemm Konrad Mizzi u anke Keith Schembri ċaħdu l-allegazzjonijiet tal-Proġett Daphne. Fil-qosor, l-istorja dwar 17 Black kienet tallega li din il- kumpanija kienet irċeviet flus kbar mis-Seychelles u anke minn Aġent Lokali tat-Tanker LNG. Dawn il-flus kellhom imorru fil-kumpaniji fil- Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal- Prim Ministru Keith Schembri, permezz ta' kontijiet li ppruvaw jiftħu fil-Bahamas, liema kontijiet baqgħu qatt ma nfetħu. Min-naħa tiegħu, Keith Schembri kien saħaq li 17 Black u l-kumpanija MacBridge "kienu parti mill-pjani ta' negozju tiegħi bħala klijenti potenzjali." Schembri kien qal li l-kumpaniji tiegħu jagħmlu tużżani ta' pjanijiet u qal li l-ebda tranżazzjonijiet ma kienu qatt rrekordjati minn dawn il-kumpaniji għalih. "M'għandi l-ebda għarfien ta' dan l-allegat ħlas, kien saħaq Schembri. Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi kien qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem kien insista ma' dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville (il-kumpanija fil-Panama) qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018