Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 32

illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 16 Opinjoni Robert Arrigo quddiem il-mera, jirreċta għad-diskors li għamel fil-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, jitlob li l-mara tiegħu toqgħod miegħu biex tara kif inhu sejjer Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Robert: Nazzz…jonallll ..isti, ħbieb u poxtijiet Il-mara: Hehe, hehehe, ejja Robert ikkonċentra u stop it Robert: Jjjjjien qiegħed hawn quddiemkom biex ngħidddddilkom li nħobbkom ħafna... bħalma nħobb lill- mara tiegħi Il-mara: Hehe,hehehe, ejja Robert continue. Iftaħ ħalqek u ħu nifs 'il ġewwa. Robert: Jiena ħbieb naf li dawn huma mumenti diffiċli, imma rridu niftakru li jekk ma nkunux magħqudin bħas- super glue… Il-mara: Tas-super glue neħħiha, basla, għid bħal familja aħna magħqudin. Robert: You are right. Mela… Jiena ħbieb naf li dawn huma mumenti diffiċli, imma rridu niftakru li jekk ma nkunux magħqudin kont ser ngħid bħas-super glue imma l-mara qatli biex ngħid fammmmmilllljaaa magħqudin. Il-mara: Robert, qisek iblah, ejja go on. Robert: Jiena jkolli nammetti li meta nħares madwari ma tantx nimpressjona ruħi, hemm Clyde Puli, qisu the nutty professor, imbagħad hemm David Agius, ifakkarni fil- warden imbeċilli li għandha f 'Tas- Sliema u mbagħad hemm Kirsty Debono li jekk ngħidilkom fix tfakkarni għa għa għa għa għandi l-mara hawn u ttini tumakka. Il-mara: Robert vera ħa ntik daqqa, come on, be serious. Robert: Hehehehehehe okay. Issa niġi għall-kap, jiena jkolli nammetti li meta smajt li Adrian sar kap kont inkwetat. Imma mbagħad iltaqajt miegħu, darba, darbtejn u kkonvenċejt ruħi li he is the man for the job. Ma nafx għalfejn wasalt għall-konklużjoni bħal din imma jien naħseb li kien il-flixkun Johnny Walker blu li xrobna. Il-mara: Hehehehehe tajba… Ejja kompli mhux qed tlaqlaq. Robert: U ma nistax ma nsemmix lill-mara ta' Adrian, Nicky, minn hawn insellem in-Nicky, kompli bil- kummenti fuq facebook, għax qed twaqqagħna għan-nejk u jekk nibqgħu sejrin hekk ħa nkompli niċkienu bħallllllllllllll….. Il-mara: Robert ħa nwaddablek xi ħaġa, stop it, be serious. Mela vera taħseb li qegħdin ġita. Ejja come on, għax din vera importanti għalija u għalik. Robert: Okay darling, x'kont qed ngħ ngħ ngħ ngħ ngħiDDDDD! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Minn Dun Anġ Seychell G ħaliex il- Parlament tal-Unjoni Ewropea ħadha kontra is-self jew il-kiri tal-ġuf? Għaliex il-Kunsill tal- Ewropa kien daqshekk kritiku tal-kiri tal-ġuf? Għax il-kiri tal-ġuf jagħmel inġustizzja kontra t-tarbija, kontra l-mara li tislef jew tikri l-ġuf tagħha, kontra l-ġenituri soċjoloġiċi tagħha u kontra s-soċjetà. il-kiri tal-ġuf iċaħħad lit-tarbija mir-rabtiet emozzjonali li normalment iseħħu tul ix-xhur tat- tqala, rabtiet li tant jiswew tul l-ewwel snin tat-trobbija. Bihom il-ġid kontinwu tagħha kif ukoll l-iżvilupp uman normali tagħha. Ifisser ċaħda tas-sodisfazzjon uman u fundamentali tagħha. Ir-riċerka qed turi xi ħsara ssir lit-tarbija meta tisfa mċaħħda mill-jedd tagħha li tidħol f 'rabta mal-omm soċjoloġika tagħha. Inġustizzja kontra min jislef il-ġuf Hemm l-ewwel nett is- sogru għas-saħħa tagħha, anke s-saħħa mentali tagħha. Hemm is-sogru ta' infezzjoni mill-isperma ta' min se jkollu l-parti ta' missier. Hemm ukoll ix- xokk meta jasal il-waqt li l-omm fiha seħħet it-tqala tiġi biex trodd lura t-tarbija lill-omm soċjoloġika tagħha, xokk li jibda jinħass fl- omm surrogata u jissokta fit-tarbija. Xokk li jista' jfisser imġiba mqallba jew aggressjoni min-naħa tat-tarbija li qed tikber. Jista' jseħħ mard mentali u nuqqas ta' rażan meta jseħħ xi xorta ta' stress. Ikunu wkoll fis-sogru ta' trawma emozzjonali u tbatija psikoloġika. F'ċerti pajjiżi l-omm surrogata tista' tisfa sfruttata minn aġenziji li jqisu il-kiri tal-ġuf bħala sempliċi għajn ta' qligħ finanzjarju. Inġustizzja kontra l-ġenituri ħerqana li jkollhom tarbija Ix-xewqa li jkollhom tarbija hija naturali, hi sinjal tas-sejħa li jkollha l-imħabba tal-miżżewġin li jkollhom it-tfal. Din ix-xewqa tidher iżjed qawwija meta l-koppja tintlaqat mill-isterilità li tidher bla fejqan. Madankollu ż-żwieġ ma jagħtix lill-koppja l-jedd li jkollhom tarbija imma l-jedd għal dawk l-atti naturali li suppost iwasslu għat-twelid. Jedd veru u propju għat- tarbija jkun kontra d-dinjità u n-natura tat-tarbija. It-tarbija mhix oġġett li għalih xi ħadd għandu l-jedd, lanqas ma għandu jitqies bħallikieku oġġett li tippossiedi imma tarbija hija rigal 'l-ogħla rigal' taż-żwieġ u hija xhieda tal-għoti tal- ġenituri lil xulxin. Għalhekk it-tarbija għandha l-jedd li tkun il-frott tal-imħabba speċifika tal-ġenituri tagħha, u għandha wkoll il-jedd li tkun rispettata bħala pesuna sa mill-waqt tat-tnissil tagħha. Inġustizzja kontra s-soċjetà Il-jedd invjolabbli għall- ħajja ta' kull individwu innoċenti u l-jeddijiet tal-familja u tal-istituzzjoni taż-żwieġ huma valuri morali fundamentali għax jolqtu l-kondizzjoni naturali u l-vokazzjoni sħiħa tal- persuna umana u fl-istess ħin huma elementi li jsawru s-soċjetà ċivili u l-ordni tagħha. Għalhekk il-possibbiltajiet teknoloġiċi ġodda li nfetħu fil-qasam tal- bijomediċina jitolbu l-indħil tal-awtoritajiet politiċi u tal leġislatur billi l-applikazzjoni bla rażan ta' dawk it-tekniki jistgħu jwasslu għal konsegwenzi mhux mistennija u ta' ħsara għas-soċjetà ċivili. Il-kiri tal-ġuf: inġustizzji u negozju EEE...EEE...EEE

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018