Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 32

Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum 17 17 D in il-ġimgħa fil-Parlament tkellimt dwar ir-riżultati li qed niksbu fil- qasam tal-Ġustizzja. Riżultati b'saħħithom li jitkellmu weħidhom fejn qed naraw li, b'mod ġenerali, qed jinqatgħu iktar kawżi milli jidħlu. Dan kollu wassal għal tnaqqis fil-backlog kemm fiċ-ċivil u kemm fil-kriminal komparat ma' ħames snin ilu. Dan ma waqax mis-sema jew sar waħdu. Dan kollu inkiseb bis-saħħa ta' deċiżjonijiet tajbin, bis-saħħa ta' viżjoni ta' min kien kommess li jirranġa s-sistema bl-aħjar mod. Hemm stejjer ta' suċċess li huma ċari. Hemm qrati – li jien m'iniex se noqgħod insemmi għal raġunijiet ovvji – li waqt li qabel kienu jaqgħu lura ma' kull sena, illum sejrin 'il quddiem u qed jaqtgħu kawżi ħafna iktar milli jidħlu fil-ħin u b'effiċenza. Jifdal dawk il-ftit awli li jirrikjedu attenzjoni speċjali. Il-Qorti tal-Appell Superjuri hi waħda minnhom u forsi l-iktar waħda li tirrikjedi attenzjoni. Bis-saħħa tal-Att numru 1 tal-2008 diġà provdejna għal numru ta' emendi legali li jaraw it-twaqqif ta' Kamra oħra tal-Qorti tal-Appell Superjuri biex ix-xogħol jinqasam fuq żewġ magni milli fuq magna waħda kif inhi s-sistema bħalissa. Dawn l-emendi se jidħlu fis-seħħ hekk kif ikun il-ħatra ta' ġudikanti ġodda – li mhux se tkun 'il bogħod – għaliex biex dan isir irid jiżdied in-numru ta' ġudikanti. L-istess irid jiżdied in-numru ta' ġudikanti biex inwettqu l-wegħda tagħna ta' Imħallef għall-Qorti ta' Għawdex u tisħiħ tal-Qorti tal-Familja, pereżempju. Dan irid isir b'galbu u attenzjoni. Il-Prim Imħallef il-ġdid Dr Joseph Azzopardi diġà qal li jrid li jkun hem iktar emendi fil-liġi fejn jidħlu l-Qrati tal- Appell biex nimxu 'l quddiem u jien nilqa' bil-ferħa dawn it- tip ta' stqarrijiet. Jien informat li l-Prim Imħallef ħatar grupp ta' Ġudikanti sabiex jipproponu soluzzjonijiet legali ġodda u dan hu, bla dubju ta' xejn, il-mod ta' kif irridu mmexxu 'l quddiem. Rule of law Meta tara dawn is-suċċessi, dawn il-kisbiet li qed niksbu flimkien bis-saħħa tal-isforzi ta' ħafna nies tintebaħ kemm hi inġusta l-għajta ta' min jgħid li f 'pajjiżna m'hawnx ir-rule of law jew li s-saltna tad-dritt marret il-baħar. Ir-risposta tawhielhom it- Transparency International li fir-rapport annwali tagħha għolliet lil pajjiżna b'post (jiġifieri pajjiżna mar 'il quddiem b'post wieħed) u iktar importanti minn hekk il-GRECO li fejn jidħlu l-prosekuzzjonijiet u l-ġudikatura kellhom kliem ta' tifħir kbir ħafna għar-riformi li għamilna biex nimplimentaw is-suġġerimenti tagħhom għat-tisħiħ tar-rule of law Jiddispjaċini ħafna nara klikka partikolari mill-PN taħdem minn sbieħ sad-dlam biex akkost ta' kollox tagħmel ħsara lil Malta mal-barranin. Malta qatgħu qalbhom għax jafu li had ma jrid jisma' bihom iktar għal diversi raġunijiet. Allura l-unika mod hu li jmorru barra minn Malta fejn hemmhekk ma jkunux jafu r-realtajiet li hawn f 'pajjiżna u ħafna drabi jaslu għal konklużjoni waħda mingħajr ma jisimgħu jew jagħtu l-istess piż liż-żewġ qniepen. Jum l-Omm Illum huwa Jum l-Omm. Nawgura lill-ommijiet kollha xewqat mill-isbaħ għal ġurnata sabiħa mal-għeżież tagħhom. Naturalment ħsibijietna bħal-lum imorru wkoll f 'dawk in-nisa li jixtiequ jsiru ommijiet imma ma jistgħux għal raġunijiet mediċi. Nemmen li għandna obbligu nużaw ix-xjenza bl-aħjar mod sabiex ngħinuhom mill-aħjar li nistgħu li jsiru ommijiet skont il-'best practices' Ewropej u internazzjonali f 'dan is-settur tant delikat. Kburi li bil-ħidma parlamentari tagħna se nkunu f 'pożizzjoni li nagħmlu differenza għall-aħjar lil dawn il-persuni. Sadanittant nikkundanna ċertu diskors insettiv għall- aħħar li ġej minn esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni li bla dubju ta' xejn fetaħ beraħ pjagi ġodda f 'qalb diversi nisa li għaddejjin minn dulur u dispjaċir kbir minħabba l-fatt li għadhom ma sarux ommijiet. Dan m'għandux mis-sewwa. W aqt li n-Nazzjonalisti huma ppreokkupati bit-'tradituri' f 'nofshom, it-tmexxija tal-partit tidher li hi inkwetata li l-partit hu maqtugħ mir-realtà, kif fil-fatt hu! Il-Partit Nazzjonalista mhux ser ikun iktar partit ta' elitisti - dawk b'imneħirhom imxammar - iddikjara Dottor Adrian Delia. Wieħed dejjem jista' jipprova jagħmel dan: ir-riżultati jkun jista' jarahom kulħadd. Il-Partit Nazzjonalista, qal Dottor Adrian Delia, għandu joffri leħen għan-nies f 'kull qasam tal-ħajja. Inkluż forsi, vuċi għat-'tradituri' ukoll! It-taqlib li għaddej minnu l-PN hu kbir. Qed ngħid taqlib, mhux tibdil. Prinċipalment passi lura. Huwa ċar li l-ftit passi żgħar 'il quddiem li saru taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil ftit li xejn kellhom aċċettazzjoni mill-membri tal-PN fil-livelli kollha. Bosta jidher li qisuhom bħala impożizzjoni: il-politika tal- inklussività għadha mhix parti mil-lingwaġġ aċċettat mill-PN u wisq inqas mill-politika mħaddna. Diversi fil-PN, sfortunatament, għadhom imxennqin għall-għeruq fundamentalisti. Kultant nisimgħu xi leħen maħnuq ifakkarna fl-għajta tal-bieraħ "religio et patria". Għajta li tistona f 'kuntrast mal-pluraliżmu etiku u l-identità Ewropea mħaddna minn sezzjonijiet dejjem jikbru tas-soċjetà Maltija llum. Jidher li l-PN ma tgħallem xejn mill- esperjenzi riċenti tiegħu b'mod partikolari mid-diskors u l-atteġġjamenti fundamentalisti tat-tmexxija ta' Lawrence Gonzi. L-ebda partit politku ma jista' jingħalaq fih innifsu u ma jagħtix każ ta' dak li qed jiġri madwaru. Il-valuri tas-soċjetà li qed naħdmu fiha qegħdin fi stat ta' trasformazzjoni kontinwa, kultant mgħaġġla ħafna, u dan għandu jkun rifless ukoll fil-mod li bih nagħmlu l-poltika. Il-PN illum qed iħallas il-prezz politiku għax fil-passat riċenti dan ma għarfux. Jidher li anke fil-preżent hu deċiż li jibqa' għaddej fl-istess triq żbaljata. Instigat minn persuni bħal Edwin Vassallo, il- Membru Parlamentari mill- Mosta li bħal Don Quixote kontinwament ikollu viżjonijiet ta' mtieħen ineżistenti, il-PN tilef opportunità oħra meta l-Parlament kellu quddiemu l-abbozz ta' liġi dwar il-vjolenza domestika. Kif spjegali wieħed mill-Membri Parlamentari tal-PN, il-grupp parlamentari tal-PN kien diġà vvota favur l-abbozz ta' liġi dwar id- Vjolenza Domestika kemm fl-istadju tal-ewwel qari kif ukoll fl-istadju tat-tieni qari. Kien biss meta Edwin Vassallo tfixkel minħabba l-viżjoni tal-imtieħen tiegħu li nbidel il- ħsieb u fil-grupp parlamentari kulħadd telaq għal rieħu. Issa l-PN għamel pass ieħor. Ittimbra 'tradituri' lil dawk li kellhom il-kuraġġ li jsemmgħu leħinhom u li ma jibqgħux imxekkla mill-irbit tal- fundamentaliżmu. L-attitudnijiet tal-lum imorru lura għall-pożizzjoni ta' prinċipju li ħadet Therese Commodini Cachia li irrifjutat li ssegwi l-pożizzjoni tal- Oppożizzjoni kontra l-Ordni għal Standard Nazzjonali dwar il-leave għall-prokreazzjoni medika assistita f 'Ottubru 2017. Tmien membri parlamentari tal-PN u ċioe Claudette Buttigieg, Chris Said, Simon Busuttil, Karol Aquilina, Mario De Marco, Karl Gouder, Jason Azzopardi u Therese Commodini Cachia bħala riżultat tal-vot ħieles tal-Oppożizzjoni appoġġaw l-abbozz ta' liġi dwar il- Vjolenza Domestika bil-bqija tal-grupp parlamentari jivvota kontra. Biex ikompli jgħaxxaqqa, il-Kap tal-Oppożizzjoni, wara li spiċċat din il-kummiedja ddikjara li l-abbozz ta' liġi approvat, li jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Istanbul, ikun wieħed minn tal-ewwel li meta l-PN ikun fil-Gvern jitħassar. Mid-dehra Dottor Delia mhux jirrealizza li bi kliemu qiegħed jimbotta dak il-jum (li l-PN ikun fil-Gvern) ħafna iktar 'il bogħod. Possibilment li l-Kabinett Nazzjonalista li jmiss għadu l-anqas biss twieled! L-awtur li hu Perit hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika. carmel. cacopardo@alternattiva.org.mt , http://carmelcacopardo. wordpress.com Opinjoni OWEN BONNICI CARMEL CACOPARDO 'Tradituri' f 'nofshom Riżultati b'saħħithom ħafna

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018