Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 F ilwaqt li l-ibliet u l-irħula jkomplu jikbru, is-sens ta' komunità tkompli dejjem tonqos. Ħasra li l-ulied illum m'għandhomx jesperjenzaw minn dak li għaddew dawk li huma tal-età tiegħi jew akbar. Dik l-esperjenza li konna ħbieb ta' veru noħorġu nilagħbu barra, bix-xejn. Inħoss li kien hawn ħafna aktar ferħ u sens ta' għaqda, tħossok wieħed minn grupp u li bik u mingħajrek mhuwiex xorta. Anzi jinħass in-nuqqas tiegħek jekk ma tkunx preżenti u l-għada kulħadd jistaqsik l-għaliex ma mortx. Illum l-esperjenza hija totalment differenti, fejn l-individwaliżmu jinħass ma' kullimkien. Kulħadd fil-fosdqa tiegħu. Ħadd ma jaf x'qed jiġri minn ħadd. U tant sirna sensittivi li mal-iċken argument, nisparixxi mix-xena, sew jekk tattendi b'mod regolari ċ-Charity Shop tal-parroċċa jew inkella fl-għaqda tal-ġenituri. Normalment bl-għira tkun protagonista tal-argument. Ma rridx ngħid li l-għira nibtet issa, anzi l-għira twieldet mal- bniedem sa minn dejjem. Minkejja li bosta jgħidu li l-media soċjali resqitna lejn xulxin, jien inħoss li għal kuntrarju dan il-mezz (suppost ta' komunikazzjoni) kompla joqtol dik il- konversazzjoni sana u ta' kwalità. Din tkompli tbegħedna minn xulxin. L-individwalizzazzjoni kibret u bnedmin weħidhom anki jekk ikunu f ' folla jħossuhom weħidhom. Issib bnedmin li saħasnitra jibżgħu joħorġu għal kafè, anki jekk ikunu tlieta minn nies, għaliex jibżgħu li se jħossuhom weħidhom. Jibżgħu li l-konversazzjoni tista' b' xi mod taqa bejn tnejn u taqta' lilu jew lilha 'l barra. Allura jkun hemm min jippreferi li jkun hu u persuna oħra biss, biex ma jkun hemm l-ebda ħsieb li tista' tinqata' barra. Dan u ħafna aktar minn hekk iwassal għal solitudni u vojt etern. Għalhekk l-istat għandu jpoġġi dan is-suġġett fuq nett tal- aġenda tiegħu. Il-bniedem hu min hu għandu jkun importanti għall-istat u dan għandu jagħmel ħiltu kollha li jpoġġih iċ-ċentru f 'kull ċentru. Minn hawn tinduna is-sisien u l-pedamenti b' saħħithom tal-Istat. Il-qasba mhux il-ħuta Kull bniedem għandu identità u ideal. L-abilità hija ta' kulħadd differenti u skont l-abilitajiet li għandu u anki r-riżors, il- bniedem ikompli javvanza. Il-bniedem li jħossu inqas minn ħaddieħor għandu mnejn jaqa' lura kemm fl- opportunitajiet u wisq aktar fil-ħbieb u n-nies li jfittxuh. Għalhekk l-istat għandu jnaqqax kull isem fuq il-pala ta' jdejh għax kull individwu huwa differenti L-istat għandu jagħmel ħiltu kollha u jagħti l-qasba biex jaqbad il-ħut hu u mhux il-ħuta mill-ewwel. Sfortunatament huma bosta li jippreferu jew draw il-ħut f 'idhom. Dan ikompli jbiegħed lil bniedem mill-opportunitajiet u jista' jitfgħu anki saħasnitra f ' diversi vizzjijiet fosthom dak tal-għażż. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, meta l-bniedem ikollu suċċess, iqumu għalih l-irwiefen kollha, saħansitra anki minn membri familjari. Dan ikompli jitfa' lill-bniedem f ' solitudni. Mhux ta' b'xejn dawn it-talin jagħlqu x-shutter u jsiru suspettużi u jinqatgħu għalihom weħidhom għax ma jafdaw lil ħadd. Jinterpretaw lid- dinja bħala kiefra. Dan kollu huwa parti minn kwadru sħiħ li bla ma tifhem ikompli jpoġġi lil dak li jkun ġo vojt etern. Min jaf kemm-il darba naffaċċjaw dawn is- sitwazzjonijiet, u l-bniedem minħabba biżgħat jagħżel direzzjoni differenti bla ma jaf ma xiex jista' jiltaqa' jew fejn ser jasal. Il-mard mentali u dak fil-familja jkompli jżid is- solitudni. Dan kollu jħalli effett fuq l-integrazzjoni soċjali tal-individwu. Huwa f 'mumenti bħal dawn li l-bniedem jeħtieġ sapport kemm minn membri familjari u anki mill- ħbieb. Il-ħbieb huma tant important fil-ħajja tal- bniedem b'mod speċjali għal saħħtu. Il-bidla f 'ħajtek ġġiegħlek tbati. Huwa proċess naturali. Imma hemm min jibqa' maqbud mal-passat li ma jħallihx jaġġusta għal bidliet f 'ħajtu. Kemm f 'telfa ta' relazzjonijiet, jew bidla fuq il-post tax-xogħol, u anki f ' ċirkustanzi ta' mewt ta' xi ħadd għażiż, il-bniedem jeħtieġ jitkellem u jfittex li jkun fil-preżenza ta' bnedmin li jafda. Aktar ma tavvanza fl-età aktar jikbru l-isfidi. Jista' jkun pass faċli għal xi wħud, iżda jista' jkun wieħed iebes bies jasal jintegra. Għax meta tibqa tiffoka fuq in-nuqqasijiet li għandek u t-tbatijiet li qed taffaċċja, faċilment tidħol f ' dippressjoni Politika Soċjali Kemm huwa importanti li l-Ministeru tal-politika soċjali jissaħħaħ f ' dar rigward. Wieħed mill-irwoli propja huwa li jsaħħaħ il- komunità permezz ta' diversi inizjattivi b' kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Il- politika soċjali jeħtieġ tibqa' tagħmel ħilitha biex tnaqqas il-faqar u l-inugwaljanza li jwasslu għall-esklużjoni soċjali. Id-ditti, il-prezz kummerċjali u kull stil ta' ħajja tista' b' xi mod tkompli teskludi lill-bnedmin. Il- bniedem imwarrab jagħmel ħiltu kollha biex ikompli jikkumbatti s-solitudni, imma għajnuna qed isib? Nagħlaq billi nirringrazzja lil Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tal-viżjoni sa minn kmieni f 'dar-rigward. Aktar kemm jgħaddi żmien din l-isfida aktar tkompli tgħolli rasha. Kienet inizzjattiva f 'waqtha li daħħal diversi dekasteri b'temi soċjali bħas-solitudni u ġlieda kontra l-obesità fost oħrajn. Il-bniedem jibqa' fiċ-ċentru tal-attenzjoni, u dan jawgura tajjeb għall- Partit Nazzjonalista. 20 Opinjoni IVAN BARTOLO Vojt etern Kienet inizzjattiva f 'waqtha li daħħal diversi dekasteri b'temi soċjali bħas- solitudni u ġlieda kontra l-obesità fost oħrajn. Il-bniedem jibqa' fiċ-ċentru tal-attenzjoni, u dan jawgura tajjeb għall-Partit Nazzjonalista.