Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
3 Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018| illum Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-inqas differenza fl-UE… Immigrant u Malti kważi bl-istess paga STĦARRIĠ li sar mill- Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew, (EUROSTAT) u li ttratta s-suġġett tal- Immigrazzjoni, ikkonkluda li d-differenza bejn il-paga li jaqla' ċittadin Malti u dik li jaqla' persuna li mhuwiex ċittadin tal- Unjoni Ewropea (UE) iżda li jaħdem f 'Malta hi fost l-inqas fl-UE. Il-EUROSTAT taw ħarsa individwali lejn l-Istati Membri tal-UE u sabu li l-akbar differenzi bejn id- dħul medju taċ-ċittadini u ċittadini barranin instabu fil-Lussemburgu b'€12,084, l-Iżvezja b'€10,548, Awstrija b'€8,920 u d-Danimarka b'€8,231. L-iżgħar differenzi ġew osservati f 'Malta b'€900 u fil-Latvja, fir-Repubblika Ċeka u fil-Kroazja. Ir-rapport sab li f 'Malta l-iktar setturi li fihom irnexxielhom isibu xogħol l-immigranti huma fil- catering u fl-bejgħ bl- imnut. Intant ir-rapport tal- EUROSTAT stħarreġ ukoll id-deprivazzjoni materjali jiġifieri, in- nuqqas li individwu jkollu oġġetti mixtieqa jew anke meħtieġa sabiex ikollu ħajja adegwata. Din ir- rata hi definita b'diversi kriterji bħal fost l-oħrajn: ħlas ta' kera, ħlas ta' kontijiet ta' dawl u ilma, li jmorru btala, li jżommu d-dar tagħhom sħuna fix-xhur kesħin, magna tal-ħasil, jieklu laħam u proteini regolarment, li jkampaw ma' spejjeż mhux mistennija. Għal skop ta' statistika, dawk li ma jistgħux ilaħħqu ma' erbgħa minn dawn il-kriterji jew aktar huma meqjusa bħala materjalment deprivati. Sorprendentament ir- rapport wera li f 'Malta ċ-ċittadini Maltin kellhom rata ogħla ta' deprivazzjoni materjali meta kkumparat mal-immigranti li qed jgħixu f 'Malta. L-inqas kienu rreġistrati fl-Iżvezja (5.3%), ir-Repubblika Ċeka (6.7%), Malta (8.3%) u r-Renju Unit (8.8%). Filwaqt li l-ogħla rata ta' ċaħda materjali serja ta' ċittadini mhux tal-UE kienu osservati fil-Greċja 55.6%, segwiti mill- Portugall 29.8%, il-Belġju 29.4% u l-Italja 25.2%. Skont l-aħħar ċifri li rnexxielu jiġbor l-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew, (EUROSTAT), Malta kien it-tieni l-aktar pajjiż fl- Unjoni Ewropea (UE) li rreġistra l-ogħla rata ta' immigrazzjoni; dan b'30 immigrant għal kull 1,000 persuna. Il-Lussemburgu kien l-pajjiż li spiċċa fil-quċċata ta' din l-istatistika b'42 immigrant għal kull 1,000 persuna. Avolja Malta u l-Lussemburgu huma żewġ pajjiżi separati iżda relattivament żgħar, l-istatistika nħadmet fuq il-kalkoli tad-daqs tal- popolazzjoni tal-pajjiż u n-numru ta' immigranti li ġew fil-pajjiż. Il-pubblikazzjoni tal- EUROSTAT ma ffukatx biss fuq in-numru ta' immigranti li ġew fil-gżira tagħna iżda stħarrġet ukoll il-bosta fatturi li skonthom huma intristikament ta' valur għall-immigranti li jmorru jgħixu f 'pajjiż ieħor fosthom: il- kontribuzzjonijiet li l-immigrazzjoni tagħmel għall-iżvilupp tal-UE, l-integrazzjoni tal-immigranti fuq bażi ta' impjieg, saħħa, edukazzjoni, inklużjoni soċjali u ċittadinanza attiva fil-pajjiż. Fost l-oħrajn ir-rapport ħoloq paragun bejn in-nies tal-etajiet bejn il-25 u l-54 sena li huma nattivi u dawk li twieldu barra mill-pajjiż u l-livell ta' edukazzjoni li dawn għandhom. Skont ir-rapport, 45.3% tal-immigranti li jgħixu f 'Malta għandhom livell baxx ta' edukazzjoni. Ir-rapport tkellem ukoll fuq ir-rata ta' ffullar għall-immigranti. Din ir-rata hija definita bħala l-perċentwal tal- popolazzjoni li tgħix f 'familja ffullata. Persuna hija meqjusa bħala li tgħix f 'familja ffullata jekk id-dar m'għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha minimu ta' kmamar, eżempju kamra waħda għal kull koppja fid-dar, kamra waħda għal kull persuna waħda ta' 18-il sena u aktar jew inkella kamra waħda għal kull par ta' tfal taħt it-12-il sena. Din ir-rata kienet ta' 22.2% għaċ-ċittadini tal- UE li għandhom bejn 20 u 65 sena. Notevolment, dawk iċ-ċittadini mhux imwielda fl-UE rreġistraw rata ta' ffullar ogħla b'mod sinifikanti, b'24.5% meta kkumparati mill- immigranti mwielda f 'wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Minn dan il-lat Malta kienet waħda mill-pajjiżi li rreġistrat l-anqas rata ta' ffullar fil-postijiet fejn jgħixu immigranti, b'4.5%. • Id-diff erenza bejn paga medja ta' Malti u dik ta' immigrant hi l-inqas fl -Ewropea • Malta bit-tieni l-ogħla rata ta' immigrazzjoni fl -UE • L-immigranti li jiġu Malta b'rata baxxa ta' deprivazzjoni materjali