Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Minn Cristian Antony Muscat ILKAMPJONAT BOV Premier kif ukoll dak tal-Ewwel Diviżjoni tal- Waterpolo ta' din is-sena mistennija jiġġeneraw iktar interess minħabba li l-klabbs ġew seeded skont il-klassifikazzjoni tagħhom matul l-istaġun illi għadda. Waqt illi kien qed jindirizza lill-ġurnalisti preżenti, il-president tal- ASA Joe Caruana Curran qal li l-idea oriġinali kienet li jevitaw dak li ġara s-sena l-oħra meta tliet logħbiet ta' prestiġju ntlagħbu fi stadju bikri tal-kampjonat u l-affarijiet ma baqgħux aktar eċitanti. Huwa qal illi din is-sena ġie deċiż li l-iktar partiti mportanti jitħallew għall-aħħar bit-tama illi jkun hemm iktar interess u kompetizzjoni akkanita. B'din is-sistema l-ġdida, it- team tal-Premier San Ġiljan u dak tal-Ewwel Diviżjoni Marsaxlokk jibdew l-impenji tagħhom kontra timijiet li spiċċaw fin-naħa t'isfel tal- klassifika. Caruana Curran irringrazzja lill-clubs tal-koperazzjoni u l-paċenzja illi wrew. Huwa ħabbar ukoll illi l-ewwel żewġ timijiet li jkunu fin-naħa ta' fuq tal-klassifika tal-kampjonat Premier ser ikollhom aċċess dirett għas- semifinali filwaqt li t-timijiet l-oħra jridu jilagħbu logħba ta' kwalifikazzjoni (it-tielet kontra s-sitt u r-raba' kontra l-ħames). Fis-semifinali dawn jilagħbu kontra t-timijiet l-iktar ikkwotati. Il-president tal-ASA qal illi l-istess regola ser tapplika għall- kompetizzjoni tal-Ewwel Diviżjoni. Minkejja kollox huwa biss l-ewwel klabb fil- klassifika li jkollu aċċess dirett għas-semifinali. Sponsor għat-tim nazzjonali Malti Il-kelliem għall-Bank of Valletta, is-Sur Anthony Scicluna feraħ lil ASA tax- xogħol siewi li qed tagħmel favur il-progress sportiv f 'dawn l-aħħar snin. Huwa żied jgħid illi l-Maltin kollha jinsabu kburin b'din il-kwalifikazzjoni tat-tim nazzjonali illi ser jilagħbu fil- Kampjonat Ewropew li ser isir f 'Barcelona. Huwa f 'dan il-ħin illi s-sur Scicluna ppreżenta lis-sur Joe Caruana Curran b'bonus speċjali mill-istess BOV li huwa mmirat proprju għall- mawra li t-tim nazzjonali għandu fil-belt Spanjola. Huwa temm jgħid illi dan il-bank qed iqis ruħu bħala sieħeb strateġiku tal-ASA aktar milli sponsor. Scicluna ammetta li f 'dawn l-aħħar snin it-team nazzjonali ġab riżultati prestiġġjużi u huwa għalhekk illi jinsabu kburin li qed ikunu parti mis-suċċess. L-Under 19 għas-Slovenja It-team nazzjonali ta' taħt id-19-il sena ser imorru fil- belt Slovena ta' Krani sabiex jieħdu sehem fil-logħob ta' kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-irġiel. Huwa telgħu biex jilagħbu fi Grupp D flimkien mar- Rumanija, l-Iżvizzera u s-Slovenja. Il-kowċ nazzjonali Edgar Izzo u Caruana Curran tkellmu dwar xi sfidi li kellhom jiltaqgħu magħhom hekk kif xi ħlejers għandhom xi eżamijiet kemm qabel, waqt u wara dan it-turnament. Hawn irringrazzja lir- rappreżentant tal-MATSEC, is-sur Pirotta li kkopera mal-assoċjazzjoni u għamel l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex il-plejers ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet fl-Universita' tal Llubjana. Għal dawk li ser jirritornaw lura nhar il-Ħadd illi ġej, huma jridu jippreparaw għall-eżami l-ieħor li ser isir it-Tnejn. Caruana Curran ammetta li x-xahar ta' Mejju mhux wieħed ideali biex jieħdu sehem f 'dawn l-avvenimenti minħabba l-eżamijiet iżda ġew mgħarrfa li kien hemm pajjiżi oħra li kellhom din il-problema. Huwa qal illi l-LEN qed tikkunsidra tbiddel dawn id-dati fil-futur sabiex ma jkollhiex problemi ta' din ix-xorta. Il-coach Karl Izzo tkellem dwar iċ-ċansijiet tal-Maltin biex jikkwalifikaw. Huwa qal illi jispera li ż-żgħażagħ jieħdu eżempju mill-kbar u javvanzaw dejjem aktar. Izzo ammetta li ma tantx kellhom ċans jitħarrġu flimkien għalkemm il-plejers magħżula kellhom wirjiet tajbin fit- Tazza Enemed kif ukoll fil- kompetizzjoni tax-xitwa. Karl Izzo ser jerġa' jkun mgħejjun minn Anthony Farrugia u għandu skwadra ta' 13-il player minn ħames clubs differenti. It-team lagħab tliet logħbiet ta' ħbiberija kontra tim mir- Renju Unit u kienu bżonnjużi sabiex jara l-potenzjal tat- team. Hu temm jgħid li jekk jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni, ix-xena tal- waterpolo tkompli tissaħħaħ dejjem aktar. It-team ta' taħt id-19-il sena huwa magħmul minn dawn il-players: San Giljan ASC: Thomas Micallef, Tristan Said, Darren Zammit (captain). Exiles SC: Jake Bajada, Gianni Ciappara. Neptunes WPC: Kenan Erdogan,Nikolai Zammit, Mikhael Cutajar, Matthias Azzopardi. Sliema ASC: Liam Galea, James Gambin. Sirens ASC: Jacob Sciberras, Jerome Zerafa Gregory. Il-poloz tal-kompetizzjoni KO: Il-poloz għat-tliet kompetizzjonijiet KO saru waqt il-konferenza stampa tal-bieraħ. Fil-Premier KO, il-klabbs hekk imsejħa kbar telgħu biex jilagħbu fil-kwarti tal-finali filwaqt illi Exiles u Valletta jinsabu diġa' fis-semifinali. Il-poloz irriżultaw hekk: Premier KO Kwarti tal-Finali: It-Tlieta 3 ta' Lulju: Sliema Frank Salt Real Estate-Neptunes Leo Vegas San Giljan TUM Invest- Sirens Greentube. Semi-finali: Il-Ġimgħa 6 ta' Lulju: Rebbieħ San Ġiljan/Sirens- Valletta Videoslots Is-Sibt 7 ta' Lulju: Rebbieħ Sliema/Neptunes- Exiles. L-Ewwel Diviżjoni KO Kwarti tal-Finali: It-Tlieta 3 ta' Lulju: Ta' Xbiex Amigos- Birzebbuga Freeport Is-Semifinali Il-Ġimgħa 6 ta' Lulju: Rebbieħ Ta' Xbiex/ Birzebbuga-Marsaxlokk. Is-Sibt 7 ta' Lulju: Otters Nivea-Marsaskala- Transkripta. Women's KO Kwarti tal-Finali: It-Tnejn 2 ta' Lulju: Sliema Frank Salt Real Estate-Exiles Jetfreight. Semi-finali Il-Ġimgħa 6 ta' Lulju: Rebbieħ Sliema/Exiles- Birzebbuga Freeport; Neptunes Leo Vegas-San Giljan TUM Invest. It-tliet finali huma skedati li jintlagħbu nhar it-Tlieta 11 ta' Settembru. Development Fund Fl-aħħar tal-konferenza, Joe Caruana Curran ta dettalji dwar l-ASA Development Fund. Huwa qal illi dan illi dan il-fond kien mibdi mill-Bank of Valletta li żied l-isponsorship tiegħu minħabba li l-flus li ser jintużaw għall-iżvilupp tal- logħba. Huwa sostna li flimkien mal- fondi li jirċievu mill-gvern, l-ASA waqqfu tliet fondi oħra. L-ewwel fond jintuża sabiex iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunita' li jilagħbu barra minn xtutna. B'hekk plejers bejn il-15 u l-20 sena jingħataw ammont ta' €2000 kull wieħed bħala għajnuna biex iwettqu din il-ħolma. It-tieni fond jikkonċerna l-iżvilupp tal-kowċis fejn timijiet jistgħu jibbenefikaw billi jġibu magħhom kowċis ta' esperjenza lejn Malta sabiex iħarrġu liż-żgħażagħ jew inkella jibagħtu kowċis Maltin fi training camps sabiex isaħħu l-esperjenza tagħhom. L-aħħar fond huwa mmirat għall-klabbs sabiex jixtru l-affarjiet meħtieġa filwaqt illi jitħallew jorganizzaw logħob fil-pixxina tagħhom. Il-Youth Development Fund jammonta għal madwar €25,000, il-Coach Development Fund €7,500 u t-Technical Equipment Fund €7,500. L-ASA b'miżuri biex jiżdied l-interess l-Kampjonati lokali tal-Waterpolo