Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 32

illum Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Sports 26 Ritratt - Angie Conti 'Ma kontx qed nistenna li dan is-suċċess jasal b'mod daqshekk immedjat' - Victor Camilleri Minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, Qormi kisbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier bħala Champions tal-Ewwel Diviżjoni, wara staġun sħiħ fl-ewwel post tal-klassifika. Biex ikollha stampa aħjar ta' x'fissret għal Qormi din il-promozzjoni, l-ILLUM għamlet kuntatt mal-president ferm ħabrieki ta' dan il-klabb, Victor Camilleri, fejn tana iktar dettali. Huwa afferma li: "XEJN ma kont qed nistenna dan kollu! Il-kowċ tagħna Brian Spiteri ħa skwadra li biha kellu jibda kważi kollox mill-bidu. Jien bħala president ridt nara illi jkun hemm struttura tajba tal- klabb għax minn hemm tkun tista' tikseb ir-riżultati. Ma kontx qed nistenna li dawn ir-riżultati jaslu b'mod immedjat. Jien inqisni president li jien xi ftit differenti minn kollegi oħra. Jien inħossni bħala president u partitarju u niddejjaqnikkmanda jew inkella niddetta xi ħaġa li tmur kontra x-xewqat ta' ċerti nies. Nemmen ħafna fid- diskussjoni u bil-kelma t-tajba tasal fejn trid. Fl-istess ħin ix- xewqa tiegħi hi li dejjem ikun hemm l-għaqda sabiex bil-ħila ta' kulħadd nwettqu l-objettivi tagħna. Fl-iskwadra rebbieħa tagħna kien hemm xi plejers li diġà kellhom esperjenza tal- kampjonat Premier filwaqt li oħrajn telgħu mill-minors u kienu qed jilagħbu l-ewwel darba mal-kbar. Tajna fiduċja lil dawn il-plejers u ġejna ppremjati. Dawn il-plejers jistħoqqilhom kull tifħir għax għandhom rispett kbir lejn il-klabb filwaqt illi d-determinazzjoni u d-dedikazzjoni tagħhom tkompli tagħtina kuraġġ f 'din il-mixja li bdejna. Anke l-partitarji urew illi kienu t-tnax-il plejer tagħna fil- grawnd u dan ta motivazzjoni kbira lil kull min kien involuti fit-tim. Nista' ngħid illi l-kowċ Brian Spiteri huwa kowċ professjonali mmens minħabba li f 'kull logħba hu janalizza b'reqqa kbira dak li jkun sar filwaqt li jirranġa xi żbalji u jtejjeb fejn diġà huwa tajjeb. Huwa kowċ li għadu żgħir u li għandu futur sabiħ quddiemu. Nammirah ukoll għal mod kif dejjem għaddej u moħħu jberren x'inhu l-objettiv li jmiss. Huwa kowċ ta' eżempju għal kull min ikun miegħu. Għalhekk naħseb illi Brian kien parti mis-suċċess li bih ħadna l-promozzjoni u t-titlu ta' champion tal-Ewwel Diviżjoni. M'hemmx xi ngħidu li l-partitarji numerużi ta' Qormi għalija huma t-12- il plejer fil-grawnd. Huma tawna kuraġġ matul ħafna mill-partiti ta' dan l-istaġun u issa nispera li jibqgħu jagħmlu dan meta ser inkunu qed nikkompetu fil-kampjonat Premier. Kont diżappuntat xi ftit fil-bidu tal-istaġun minħabba li kellna numri mhux daqstant kbar, iżda iktar ma beda għaddej iż-żmien, aktar żdiedu fl-ammonti. Nixtieq li nkomplu niċċelebraw u importanti li jkollna l-pubbliku warajna. Dan huwa l-qofol tas-suċċess tagħna. Bla dubju li għall-istaġun li ġej fil-Kampjonat BOV Premier, irridu naraw x'ikun hemm bżonn fil-mument attwali u importanti li nżommu l-baġit tagħna kif suppost u ma naqbżuhx minkejja kollox. Irrid inkun ċert li l-klabb ma jgħaddix minn problemi oħra finanzjarji u nżommu stabbli għax wara kollox dik hija l-iktar ħaġa mportanti. Jien ma rridx illi jkolli tim magħmul kif ġie ġie fejn l-aqwa li ġġib il-barranin imbagħad ma jkunx hemm għaqda u armonija fit-tim. Nemmen ħafna fil-bilanċ, fejn ikun hemm tim illi jkun ekwilibrat f 'kull sens għax b'hekk tikseb dak li verament trid," temm jgħid Camilleri. Team Malta tat-Tennis wara l-partita kontra l-Irlanda Plejers u diriġenti ta' Qormi FC jirħu bil-kbir wara l-promozzjoni li kisbu għall-Kampjonat BOV Premier Maurice Formosa jafferma l-pożizzjoni tiegħu fil-quċċata tal-BDO Malta Cross Country National Points Series MAURICE Formosa (The Cyclist) kompla jafferma il-ħila tiegħu meta fir-raba' tellieqa tal- BDO Malta Cross Country National Points Series, kompla jiddomina iċ-ċirkwit tal-Cross Country tal- Mountain Biking. L-għoljiet taflin ta' Selmun, bl-inżul tekniku u l-irjieħ qawwija li kien hemm fil- ġurnata tat-tellieqa, laqgħu grupp kbir ieħor taċ-ċiklisti li ħadu sehem fit-tellieqa ta'qabel tal-aħħar tas-Serje. Ma kien hemm l-ebda dubju li Formosa kien determinat li jkompli bil-wirjiet tajbin li hu ta fit-tlielaq kollha sa issa. Madankollu fil-bidu tat- tellieqa, Mark Bonnici (Pro Action Volata) stabbilixxa r-ritmu ma' Formosa u Etienne Bonello (Team Greens), ritmu li nżamm sal-bidu tal-ewwel tela meta Formosa stabbilixxa pass li ma setax jiġi mqabbel mill-bqija tal-grupp. Formosa kompla jwessa d-distakk fuq Bonello, u żied il-marġini ta' bejn 30 u 40 sekonda f 'kull dawra. Formosa ssiġilla r-raba' rebħa tiegħu b'vantaġġ ta' 3 minuti 24 sekonda fuq Bonello li daħal fit-tieni post. Minkejja t-tentattivi minn Bonnici u Brandon Sultana, li qadfu flimkien għal ħafna mid-dawriet, biex jieħdu t-tielet post, kien Sultana li fl- aħħar żewġ kilometri għadda lil Bonnici b'erba 'sekondi. Sultana issiġilla l-ewwel podju tiegħu fil-Kategorija Elite. Prestazzjoni notevoli ġiet irreġistrata minn Ryan Darmanin. It-tieni tellieqa ta' Darmanin fost l-Elite, wara li ġie promoss mill-kategorija Sport sena li għaddiet, kienet ikkunsidrata bħala prestazzjoni b'saħħitha li rat jispiċċa fis-sitt post. Fil-Kategorija Open Ack Hili stabbilixxa il-pass, madankollu l-attakki minn Denis Dolci u Francesco Sultana wasslu biex Hili jispiċċa fit-tielet post. Dolci rreġistra aħjar ħin f 'din il-kategorija, segwit minn Sultana. Il-Kategorija tan-Nisa kienet tellieqa bejn Fiona Darmanin Tedesco, Mary Spiro u Lindsey Zammit. Darmanin Tedesco wżat l-esperjenza tagħha fuq iċ-ċirkwit biex tieħu vantaġġ ta 'kważi żewġ minuti fuq Spiro. Zammit ħadet t-tielet post. Mark Portelli u Brian Magri rebħu il-Kategorija Masters 40+ u 50+ rispettivament, filwaqt li Clyve Chetcuti ħa l-ewwel fil-Kategorija tal- Juniors. "Selmun hija korsa delikata, ikkumplikata u teknika f 'jum tajjeb. Il-kundizzjonijiet ta 'rjieh, naturalment, jagħmluha iktar iebesa. Minkejja dawn il-kundizzjonijiet kellna kompetizzjoni kbira u ma kienx hemm nuqqas ta' azzjoni", spjega Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association. Il-Cross Country National Points Serieshija sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn PASH The Healthy Option, SIS (Carm. & Co. Ltd.), H2only (Island Beverages Ltd.), Camilleri Marine Ltd., AF Sign Studio, The Cyclist, Wheel Wizard, Magri Cycles and MTB Malta. It-tellieqa finali tal-BDO Malta Cross Country National Point Series hija skedata li ssir nhar il-Ħadd 20 ta' Mejju. Aktar tagħrif jinstab fuq http:// www.maltamountainbike.org. mt. Maurice Formosa jifraħ wara li aerma l-pożizzjoni tiegħu l- quċċata tal-BDO Malta Cross Country National Points Series

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018