Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 32

Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Sports 27 STEFAN Azzopardi - atleta ewlieni Għawdxi li tant qed jagħmle jikseb suċċes fl-atletika fid-diversi kategoriji li jieħu sehem fihom. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafu aħjar lil dan l-atleta nnifsu fejn se jkun qed itina iktar dettalji rigward il- karriera tiegħu ta' atleta u speċjalment għall-fatt li jgħix f 'Għawdex. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u speċjalment lejn l-atletika? Minn meta kont żghir kont inħobb ħafna l-isports imma kont nipprattika l-futbol. Peressli l-futbol ġewwa r-raħal tiegħi ma kienx daqshekk segwit, konna nispiċċaw ftit għat-training, u minn meta bdejt naħdem Malta u kont naqsam għat- training u nispiċċaw ma niltaqgħux għat-training, Kelli mingħajr ma rrid nitlef l-interess tal-isport. Iżda bdejt infittex sport li tittrenja u tipprattika individwalment. Għalhekk bdejt nittrenja fil-gym sakemm ħabib tiegħi li huwa Master tal-martial arts daħħalni fix-xena tal- Kickboxing. Meta gejt biex nikkwalifika mill-yellow għall-orange belt, il-master qalli biex nibda mmur niġri biex innaqqas mill- piż u anke nkun fit peressli l-eżami kien ta' sagħtejn mingħajr waqfien. Fl-istess ħin miegħi fuq ix-xogħol kien jaħdem wieħed runner u kont ngħidlu inkreddibli kif jipprattika l-isports tar- running u kif jagħmel dik il- kwantità ta' ġiri fil-ġimgħa. Bdejt immur niġri biex inkun fit għall-kickboxing u darba minnom inkun fuq ix-xogħol u lill-kollega tiegħi għidtlu li għamilt bħalu eżatt imma miniex kapaċi nagħmel distanzi twal u saqsieni fejn mort niġri. U x'ħin kont qed infehmu fejn mort u l-ħin li għamilt u li jien kont relax qabad applikali għad- Dingli 10. Dan qed ngħidu f 'Marzu tal-2013. Mort għar-race kif qalli u kont żgur li din kellha tkun tal-ewwel u tal-aħħar imma malli tlaqt fir-race ħassejt xi ħaġa tgħidli li dan kien l-isport tiegħi u kont għamilt ħin tajjeb ukoll għall-piż li kelli u tal-ewwel darba. MInn hemm bdejt nieħu sehem f 'kull race u għamilt dak is-sajf nittrenja ħafna waħdi biex ftaħt l-istaġun 2013/2014, jiġifieri wara biss erba' xhur niġri, mal ewwel inżilt 36.40 fit- tellieqa tal-10km. Imbagħad, kif komplejt tevolvi fl-atletika? Bqajt nistinka għalkemm kelli ħafna injuries u anki sibt kowċ, Fabio Spiteri, fejn għeni ħafna aktar intejjeb il-ħinijiet. Fit-tliet snin li domt taħt il- gwida ta' Fabio Spiteri ħadt sehem f 'żewġ maratoni ta' Malta fejn kelli ħinijiet ta' 2:54 u 2:49. Biex imbagħad fl-2017 bdejt taħt il-gwida tal-kowċ Ivan Rozhnov fejn ressaqni għal races ta' distanzi iqsar u beda jkolli ħinijiet tajbin fil-5km, fejn irnexxieli nikseb il-ħin ta' 16.02 u nispiċċa fit-tielet post, bl- istess punti tal- atleta li kklasifika fit-tieni post, fin-national road running league. Fl-2017 sibt ukoll sponsor, lit-Teamsport Malta, fejn għenuni ħafna u ntroduċewni għad-Diadora - ditta li sibtha tajba hafna u kompliet tgħinni nikseb ħinijiet aħjar f 'dan l-istagun 2017/2018. Il-fatt li ġej minn Għawdex x'sagrifiċċji jkollok tagħmel iktar minn atleti Maltin biex tikseb suċċes fl-atletika? Peressli naħdem Malta u għandi l-familja Għawdex, irrid naqsam ta' kuljum. Allura fil-ġranet ta' double sessions ikolli nqum fit-3.30 ta' filghodu ħalli nagħmel l-ewwel session u x'ħin niġi fis-6 ta filgħaxija mmur ta' kuljum nagħmel is-session. Ġieli nkun ghajjien u tkun vera challenging imma nemmen li jekk naqbeż is- session inħossni ħafna aktar ħażin. B'sagrifiċċji kbar, insib għajnuna kbira mill- familji tiegħi u tal-mara li jzommulna t-tifel sakemm jien inkun nagħmel it- training. F'Għawdex, ir-riżorsi li fihom titħarrġu kemm huma professjonali biex intom bħala atleti tkunu tistgħu tipprattikaw l-atletika kif suppost? F'Għawdex riżorsi għat- taħriġ m'għandniex. Hija wisq bżonnjuża l-400m track ġewwa l-gżira tagħna. Nittrenja tista' tgħid dejjem waħdi u fit-triq, treadmill jew inkella f 'one lane 300m track li għandna r-raħal fejn noqgħod madwar il-grawnd. Hemm xi tellieqa li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn fil-karriera tiegħek Għaliex? Race li nibqa' niftakar hija l- Half Marathon ta' din is- sena fejn dħalt it-tielet Malti u l-ħames overall b' ħin tajjeb ta' 1:12:33. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u /jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jiksbu suċċess fl-atletika. Il-messaġġ li nwassal hu li: "Aħjar tard milli qatt," kif jgħidu għax jien qbadt l-isport li nħobb ta' 31 sena u nħeġġeġ lit-tfal / żgħażagħ jippratikaw l-isport għax bih tnaqqas il-vizzji u żżomm ruħek fit u b' saħħtek. Importanti li dak li tagħmel tagħmlu b'serjetà u tkun reliable għall-isport u żgur li jkollok suċċessi speċjalment fl-atletika li tiddependi ħafna minn kemm tagħti u kemm tkun serju. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ninsab persważ li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni... Nixtieq nirringrazzja ħafna minn qalbi lil Teamsport Malta u Diadora, lill-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov u lil Marija Cassar tal-messaġġi li nagħmel għandha kull tliet ġimgħat. U fl-aħħar użda mhux l-inqas, grazzi kbira tmur lill-mara u lill- familji tagħna tal-paċenzja kbira li jieħdu u tal-ħin biex inkun nista' nittrenja. 'F'Għawdex riżorsi għat-taħriġ m'għandniex' - Stefan Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018