Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
illum Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Sports 28 Ir-Rolex Middle Sea Race tiċċelebra l-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha ID39 edizzjoni tar- Rolex Middle Sea Race li ser tkun qed tibda fl-20 ta' Ottubru li ġej, ser tkun qiegħda tiċċelebra il-50 sena anniversarju mit-twaqqif ta'din it- tellieqa prestiġjuza. Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) qed tantiċipa li din is-sena ser jkun hemm l-ikbar parteċipazzjoni min meta bdiet. Madwar 30 jott minn 14-il pajjiż diġà rreġistraw, numru ferm ikbar meta mqabell ma' snin preċedenti. L-ikbar numru ta' jottijiet li sa issa ġie reġistrat kien ta' 122 fl-2014. Din is-sena l-RMYC fassal pjan sabiex din l-edizzjoni tkun l-ikbar waħda sa issa. L-ewwel tellieqa fl- 1968 rat flotta ta'tmien jottijiet. Minn dak inhar, kemm il-Club kif ukoll it-tellieqa għamlu passi kbar. "Din hija sena importanti għall- Rolex Middle Sea Race u l-Royal Malta Yacht Club", stqarr Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. "Kemm il-Club kif ukoll it-tellieqa kibru sa mill-1968. Illum qegħdin nattiraw regolarment il- fuq minn 100 jottli jiġu Malta mill-irkejjen kollha tad-dinja.Il-Club wera il- kapaċità tiegħu li jospita flotta globali". Bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet ta' dan l-anniversarju, l-RMYC qed jippjana numru t'inizjattivi mmirati sabiex juru l-istorja tat-tellieqa, li jinkludi d-dgħajjes u nies li baħħru fuqhom, kif ukoll il-laqgħa li il-Maltin jafu jgħatu lil kull min jiġi Malta. "L-għan tagħna hu li din l-okkażjoni tiġi ċċelebrata b'mod memorabbli" ikkumenta Georges Bonello DuPuis, membru tal- Kumitat Organizzattiv tar-Rolex Middle Sea Race. "L-ewwel suċċess tagħna kien li niżguraw il-parteċipazzjoni ta' Josian, l-iSwan 36 li rebħet l-ewwel tellieqa, li il-kaptan tagħħa kien il-president tal- klabb, John Ripard. "Il-parteċipazzjoni ta' Josian, żgur ser tkun qeda tikkontribwixxi lejn bidu emozjonanti għat- tellieqa. Is-sid attwali ta' Josian, it-Taljan Eugenio Alphandery, kien entużjast li jirritornaha lejn il-post tar-rebħa l-aktar famuża tagħha. " Inċidentalment, il- Belt Valletta, li qeda tiċċelebra l-okkazjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, ser tkun qeda tinkludi lir -Rolex Middle Sea Race fil-kalendarju tal- avvenimenti madwar din l-inizjattiva. Il-missjoni tal-Valletta 2018 tirrifletti tajjeb l-ispirtu tat- tellieqa: "Meta tgħix fuq gżira, l-orizzont dejjem iżomm il-wegħda ta' konnessjonijiet ġodda u eċċitanti, filwaqt li x-xtut jiġbdu opportunitajiet li qedin jistennew li jiġu esplorati". Karatteristika ewlenija tal-Rolex Middle Sea Race kienet il-ħila tagħha li tolqot l-immaġinazzjoni u li terġa iġġib l-ekwipaġġi lura biex jipparteċipaw. Kull tellieqa hija differenti, kull parteċipazzjoni żżid l-esperjenza. George David, b'Rambler 88, li rebaħ Line Honours ħames darbiet u jżomm ir-rekord tal- korsa kurrenti, wera l-apprezzament tiegħu. Ftit wara li wasal f 'Malta fl-2017, David irrimarka: "Din hija l-isbaħ korsa fid-dinja, u it-tellieqa diġà tinsab fil-kalendarju tagħna għall-2018." Bħas-soltu, il-RMYC qed jistenna bil- ħerqa li jilqa taħlita ta'ekwipaġġi kemm fuq livell professjonali u dilettanti, kemm dawk li qedin jirritornaw kif ukoll dawk li-qed jgħamlu l-ewwel dehra tagħhom. Bħalissa, l-iktar parteċipant spettakolari huwa Nikata, il-JVNB 115, li b'tul ta'35 metru se jkun l-akbar dgħajsa qatt bdiet f 'dinit-tellieqa. Josian u l-iSvediż, Blur, li huma ta'11-il metru u jipprovdu kuntrast qawwi. Parteċipanti oħra notevoli jinkludu il-Maxi 72 Ġermaniż Momo u il-jott double handed Mandalay, li fuqu ser ikun hemm l-atletla l-Awstriak Andreas Hanakamp, li hu eks atleta Olimpiku u eks Kaptan tal-Volvo Ocean Race. Aktar dettalji dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet madwar ir-Rolex Middle Sea Race ser jiġu rilaxxati fix-xhur li ġejjin. Għal dawk li jixtiequ aktar informazzjoni dwar ir- Rolex Middle Sea Race u ir-Royal Malta Yacht Club żur is-sit - www. rolexmiddlesearace.com. Għal aktar dettalji dwar Valletta2018, wieħed jista' jżur www.valletta2018.org Uħud mill-jottijiet li ħadu sehem waqt edizzjoni passata tar-Rolex MIddle Sea Race