Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 32

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 ILĠINEKOLOGU Mark Sant qal li għalkemm qed jiddefendi l-emendi proposti mill-Gvern għal-liġi dwar l-IVF, xorta waħda mhuwiex kuntent bihom, għax fi kliemu, huma 'l bogħod ħafna minn dawk li għandhom pajjiżi oħra. Meta kien qed jitkellem mal-gazzetta ILLUM, Sant saħaq li f 'Malta qed niddiskutu affarijiet li fl- Ewropa ilhom jeżistu għal dawn l-aħħar 30 sena. "Ma nistax nifhem kif qed nagħmlu dan l-isfrakass kollu meta suppost qed ngħidu li dawn l-emendi mhumiex biżżejjed." Qal li meta quddiemu tmur koppja li ma jistax ikollha tfal, jagħtiha parir biex tagħmel il-proċess tal-IVF f 'Malta minħabba raġunijiet ekonomiċi biss. "Jekk għandek il-flus mur barra minn Malta għax ir-rata ta' suċċess hija ħafna aħjar." Il-ġinekologu insista li kemm ilha li bdiet id- diskussjoni, jattendi għal kull laqgħa fuq l-etika li ssir barra minn Malta. Iżda saħaq li barra mill-pajjiż ħadd ma għadu jitkellem fuq l-iffriżar tal-embrijuni għax, fi kliemu, ħadd ma għadu jikkunsidra l-iffriżar tal-embrijun bħala kunflitt etiku. Pajjiżi oħra x'għandhom aktar mill- emendi proposti? Staqsejna lil Sant x'għandhom differenti pajjiżi oħra li Malta mhux se jkollha anke jekk jidħlu fis-seħħ l-emendi proposti mill-Gvern. Kien skjett meta kkritika r-restrizzjoni li qed titpoġġa biex professjonisti "jippruvaw" jiffertilizzaw ħames bajdiet "biss." Skont il-liġi sa issa, żewġ bajdiet biss jistgħu jiġu ffertilizzati. "Jekk mara għandha 12-il bajda, għandna nippruvaw niffertilizzawhom kollha kemm huma," saħaq Dr Sant. Imma għaliex? Sant semma każ tipiku ta' mara li jkollha 15-il bajda. Spjega kif barra minn Malta jippruvaw jiffertilizzaw il-15-il bajda. Saħaq li ġeneralment tliet jew erba' bajdiet ma jkunux maturi u għaldaqstant jiġu ffertilizzati madwar 12-il bajda. Minn dawn, jieħdu tmien embrijuni. Dawn iħalluhom jiżviluppaw sal-ħames jum u mhux sat-tielet jum. Spjega kif l-għan huwa li jkun hemm selezzjoni ta' dawk l-embrijuni "li jkunu se jkomplu" u oħrajn li ma jkunux. Minn dawk it-tmienja jintgħażlu tlieta jew erbgħa. Jiġi implantat embrijun filwaqt li tlieta jiġu ffriżati. "Bdejna bi 15 u spiċċajna b'erba'. Jekk se nibdew b'ħamsa b'kemm se nispiċċaw?" staqsa il- ġinekologu. "Jiġifieri l-argument li bl-emendi se jkollna miljuni ta' embrijuni ffriżati ma jagħmilx sens." Kien hawn li saħaq li ma jaqbilx li jkun hemm restrizzjoni fuq l-ammont ta' bajd iffertilizzat. "Nispera li tinbidel l-idea li koppja trid tgħaddi minn proċess li jfalli qabel ma tkun tista' tuża l-ħames bajdiet iffertilizzati," saħaq Dr Sant. 'Għandna niċċekjaw l-embrijun għal kundizzjonijiet ġenetiċi serji' Sant tkellem ukoll dwar dak magħruf bħala 'pre- implantation genetic testing' (PGS u PGD). Fi kliemu, l-emendi mhux se jippermettu li embrijun ikun ittestjat biex wieħed jevita kundizzjonijiet ġenetiċi li huma serji, kif jiġri f 'pajjiżi oħra. Tkellem ukoll dwar nisa li huma akbar fl-età. Semma kif ġeneralment, mara ta' 40 sena jkollha tlieta minn kull erba' embrijuni li mhux tajbin. F'pajjiżi oħra dawn jiġu ttestjati biex wieħed jevita dawk li għandhom ġenetika li ma twassalx għall- implantazzjoni u l-iżvilupp. "Dawn l-affarijiet kollha se jibqgħu konta l-liġi. Għalija dan huwa insult," saħaq Sant. "Meta dħalna fl-Unjoni Ewropea ridna niftħu l-mentalità tagħna f 'ċertu aspetti u nkunu ugwali ma' kulħadd. Fil-każ tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ wasalna u hemm min jgħid li morna oltre. Għaliex se nibqgħu nikkompromettu għal dawk li għandhom problema ta' infertilità?" Kif jara li l-emendi proposti se jbiddlu l-proċess kif daħal fl- 2012? Ejja mmorru pass lura. Staqsejna lil Mark Sant kif jara li dawn l-emendi proposti se jbiddlu l-proċess tal-IVF kif daħal oriġinarjament fl-2012. Beda jispjega kif il-liġi bħalissa tippermetti li l-professjonisti "jippruvaw" (u hawn għamel enfasi fuq dan il-verb) jiffertilizzaw żewġ bajdiet u f 'każijiet oħra, l-awtorità tippermetti l-iffriżar ta' tlieta. Il-liġi bħalissa hija ristretta biss għall-koppji li huma eterosesswali u sakemm l-omm ikollha 43 sena. L-emendi l-ġodda, għalkemm fl-ewwel ċiklu jippermettu li jiġu ffertilizzati sa massimu ta' tliet bajdiet (xi ħaġa li ma jaqbilx magħha), f 'każ li dawn ifallu, fit-tieni ċiklu jistgħu jiġu ffertilizzati ħames bajdiet. "Minħabba li ċ-ċans ta' fertilizzazzjoni mhux dejjem ikun 100% u anke minħabba l-fatt li embrijun jista' ma jiżviluppax, il-fatt li jistgħu jiġu ffertilizzati sa ħames bajdiet, jagħti aktar possibbilità, speċjalment meta l-mara hija akbar fl-età. Id-donazzjoni tal-bajda tal-mara jew l-isperma se tkun miftuħa wkoll għall- koppji omosesswali u anke single parent, iżda Mark Sant saħaq li d-donazzjoni tal-gamiti jkun hemm bżonnha wkoll fil-każ ta' koppji eterosesswali. 'Ma jfissirx li għax bajda tkun iffertilizzata din ser issir tarbija' Ġaladarba l-fertilizzazzjoni, anke jekk bil-proċess tal-IVF, mhux dejjem tirnexxi, staqsejna lil Sant jispjega kemm hi r-rata ta' suċċess u kif dan jikkumpara mal-proċess naturali. Dr Sant saħaq li fin- natura, "meta kollox huwa perfett," iċ-ċans li mara toħroġ tqila huwa ta' 33% kull ċiklu li tipprova. "Ma jfissirx li għax bajda tkun iffertilizzata din se ssir tarbija," insista l-ġinekologu. "Bejn it- tielet u l-ħames jum li fihom jiżviluppa embrijun ħafna minnhom juruna agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt cunningham@mediatoday.com.mt cunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Jekk mara għandha 12-il bajda għandna Filwaqt li hemm min qed jopponi li jiġu ff ertilizzati ħames bajdiet, il-ġinekologu Mark Sant jinsisti kontra kull tip ta' restrizzjoni fl -ammont ta' bajd iff ertilizzat ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio fl-Unjoni Ewropea ridna niftħu l-mentalità tagħna f 'ċertu aspetti u nkunu ugwali ma' kulħadd. Fil-każ tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ wasalna u hemm min jgħid li morna oltre. Għaliex se nibqgħu nikkompromettu għal dawk li għandhom problema ta' infertilità?" Kif jara li l-emendi proposti se jbiddlu l-proċess kif daħal fl- possibbilità, speċjalment

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018