Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269
5 Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet għandna niffertilizzawhom kollha' li l-għamla ġenetika tagħhom mhix tajba u dik hija tqala li ma tkomplix." Għamilha ċara li mhux qed jitkellem fuq xi forma ta' diżabilità, bħal 'Down Syndrome', imma fuq problema ġenetika li twassal biex embrijun ma jimplantax jew biex ikorri fil-bidu. "Din hija xi ħaġa li tiġri l-ħin kollu fin-natura. Mhux qed nilagħbu mal- ġenetika," insista Dr Sant. Huwa għalhekk li l-emendi qed jipproponi li l-embrijun ma jitpoġġiex wara t-tielet jum iżda wara l-ħames jum (ara aktar 'il fuq), biex hekk jintgħażlu dawk l-embrijuni li ma jkunux se jkomplu. "Mara qed tiffranka li tpoġġilha embrijun li mhux se jieħu jew li se jkorri fil-bidu, ovvjament b'konsegwenzi lill-mara," saħaq Sant. "Il-proċess huwa diffiċli ħafna, mill-att fiżiku (biex ma nsemmux dak psikoloġiku). Mara għandha minn tal-inqas ħmistax tieħu injection kuljum, imbagħad tieħu l-lopju biex noħdulha l-bajd u aktar tard irridu nerġgħu npoġġulha l-embrijun." 'Sensazzjonali meta ngħidu li bajda ffertilizzata hija l-istess bħal persuna umana' L-akbar kritika li qed jirċievu dawn l-emendi ġejja mingħand dawk li qed jargumentaw li l-emendi se jkunu qed ibagħbsu mal-ħajja. X'jaħseb il- ġinekologu dwar dan? "Ma nistgħux ngħidu li bajda fertilizzata hija l-istess bħal persuna umana," saħaq Dr Sant. "Dan l-argument huwa sensazzjonali." Il-ġinekologu saħaq li l-potenzjal biex dik il- bajda ffertilizzata ssir uman, fil-każ tal-IVF tinvolvi "impenn kbir xjentifiku." "Qed jitqabbel mal-abort. Dan ma għandu x'jaqsam xejn. Waħda hija biex twassal għall-ħajja u l-oħra biex twaqqafha," saħaq il-ġinekologu. "Ejja nieqfu npinġu l-embrijun qisu tarbija żgħira f 'test-tube iħabbat mal-ħġieġ għax qed iħoss il-bard." Waqt li indirizza l-kritika li qed issir, il-ġinekologu saħaq li qed issir ħafna ħsara lil dawk il-koppji li ma jistax ikollhom tfal. Fakkar kif koppja minn kull sitta qed jiġu bżonn dan il-proċess u saħaq li fil-futur ir-rata tista' saħansitra tikber. LARGUMENTI DWAR LIVF • 'Il-kunċett tal-iffriżar tal-embrijun daħal fl-2012' • 'L-emendi huma favur il-ħajja' • 'Nirrevoka l-emendi jekk inkun fil-Gvern' • 'L-interess tat-tarbija mhux imwielda jiżboq dak tal-ġenitur' • 'Neċċessarju li jsir screening tal-bajda u l-isperma' • 'L-emendi jipprovdu qafas legali sod biex l-embrijuni jkunu protetti' • 'Kont nivvota kontra l-emendi' • 'Il-PM kien jaf li jien kontra l-iffriżar, l-adozzjoni tal-embrijun u l-kiri tal-ġuf ' • 'L-emendi jagħmlu farsa mill-protezzjoni tal-embrijun' • 'Jiena u inti konna embrijuni'