Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 32

9 Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet bniedem, mitt fehma • Malti għall-Barranin: Miftuħ biss għall-istudenti b'żewġ ġenituri barranin • IMMA..."X'jiġri minn student, b'ġenitur wieħed Malti, li fil-lezzjonijiet tal-Malti SEC ma jaqbadx art?" • Malti Vokazzjonali: Diġà mgħallem fl-MCAST u jwassal għaċ-ċertifikazzjoni tal-O Level • Issa se jkun offrut lill-istudenti mill-Form 2 • Malti applikat fis-suġġetti vokazzjonali • "Irridu ndaħħlu letteratura aktar rilevanti... b'awturi kontemporanji" • Fil-Form 2 l-istudenti se jagħżlu x'rotta se jieħdu għat- tagħlim tal-Malti • Kull istituzzjoni se tagħżel hi liema sillabu taċċetta • L-istudenti se jkunu mgħejjuna jifhmu r-rabta bejn id- deċiżjoni li se jieħdu u l-bibien li se jsibu miftuħa wara s-SEC 'Ma aħna qed nagħmlu xejn ġdid' X'qal Frank Fabri? "Minn kapaċi jikteb 100 kelma u min kapaċi 350 huma l-istess?" "Nibża' li se nrawmu ġenerazzjoni nieqsa mil-litteriżmu" ILGAZZETTA ILLUM tkellmet ukoll ma' għalliem tal-Malti fi skola sekondarja li iżda talab li jibqa' anonimu. Filwaqt li jaqbel mat-tagħlim tal-Malti Applikat fl-MCAST, dan l-għalliem ma jaqbilx li l-istess suġġett ikun mgħallem fis-sekondarja. "Jekk irridu verament ngħallmu l-Malti applikat f 'oqsma differenti, mela allura nagħmlu l-lezzjonijiet u l-eżamijiet tax-xjenzi u tas-suġġetti vokazzjonali stess bil-Malti," saħaq l-għalliem. "Aktar minn hekk, nintroduċu sistema ta' tagħlim bilingwi li verament jirrifletti r-realtà ta' pajjiżna." Qabel mal-Ministeru meta saħaq li mhux tajjeb li 61% biss jgħaddu mill- eżami tal-Malti fl-aħħar tas-sekondarja. "Imma lanqas mhuwa tajjeb li naċċettaw tnaqqis ta' standards b'mod istituzzjonalizzat għall-fini ta' statistika," kompla l-għalliem. "Mela allura xi ħadd li kapaċi jikteb paragrafu ta' 100 kelma u xi ħadd li kapaċi jikteb 350 kelma se nqegħduhom fuq l-istess keffa tal- miżien?" Fid-dawl ta' dan, ma jaqbilx mal- proposta tal-Ministeru li t-tagħlim tal- 'Malti Akkademiku,' 'il-Malti Applikat' u 'l-Malti għall-Barranin,' jitpoġġa fuq l-istess livell tal-MQF 3 (O Levell). "Jiġri x'jiġri, jekk dan tgħallem inqas u huwa kapaċi għal inqas u tajtu ċertifikat, dan ħareġ hemm barra b'ħiliet inqas minn ħaddieħor... u jien għedtlu proset u tajtu ċertifikat." Fid-dawl ta' dan, tkellem ukoll dwar it- tagħlim tal-Malti għall-barranin, filwaqt li insista li mhux kontra, l-għalliem talab lill-awtoritajiet biex jiċċaraw min se jkun intitolat għalih, għax fi kliemu qed jingħataw diversi verżjonijiet u jissemmew ukoll eċċezzjonijiet. "Kif tridu ma jkunx hemm konfużjoni fost l-għalliema u l-pubbliku? Allura se naċċettaw li f 'ġenerazzjonijiet futuri jkollna nies li bilkemm jafu jħaddmu l-Malti u nqisuhom tajbin xorta waħda?" Ikkritika l-fatt li qed jissemma l-programm li jsir fi Brussell għal tfal ta' ġenituri Maltin bħala eżempju. "Fuq minoranza żgħira ħafna lil hinn minn xtutna, li bilkemm tagħmel ħoss u ma tħalli l-ebda effett fuq l-edukazzjoni f 'pajjiżna, se nibbaża l-programm edukattiv tal-ilsien nazzjonali tagħna f 'pajjiżna stess?" Temm jisħaq li mhux qed isir eżerċizzju serju tal-implikazzjonijiet soċjali u storiċi ta' deċiżjonijiet simili. "Jekk se nnaqru l-livell illum u naċċettawh, fil-ġejjieni se jkollna ħakma zoppa u dgħajfa ta' lsienna. B'affarijiet bħal dawn, illum se nkunu qed immardu l-Malti u llestulu t-tebut." ċ-Champions League iżda saħaq li "dan ma għandux bilfors isir fl-aħħar sena tal- edukazzjoni sekondarja." Dwar "eċċezzjonijiet" li semma mal-ILLUM Frank Fabri għal min se jkun intitolat li jistudja l-Malti għall- Barranin, Aloisio staqsa min, kif u meta studenti se jiġu ġġudikati mhux denji biex jibqgħu jsegwu l-kors tal-Malti Ordinarju. Rigward il-Malti Vokazzjonali, saħaq li dan għandu jakkumpanja u jiffaċilità t-tagħlim tal-Malti Ordinarju u jwassal lill- istudenti biex jkunu mħejjija sew biex jagħmlu l-eżami tas-SEC. "Hekk il-famużi 3 rotot xorta jwasslu għall-istess eżami u, verament, għall-istess livell ta' ċertifikazzjoni," saħaq l-għalliem. "L-idea li se jiġri offrut "Malti ħafna aktar applikat milli teorija" timplika li l-letteratura Maltija qiegħda tiġi pperċepita bħala xkiel għall-istudenti," saħaq il-lettur. Iddeskriva l-letteratura hija riflessjoni tal-ħajja u lill-istudenti, anke f 'korsijiet vokazzjonali, se tgħinhom jikbru emozzjonalment, soċjalment u kulturalment. Ikkritika wkoll il-fatt li l-istudenti fil-Form 2 se jibdew jagħżlu liema rotta se jaqbdu fit-tagħlim tal- Malti. Insista li bil-proposta tal-Malti Vokazzjonali, flok ngħinuhom jimirħu, nissugraw li nitfgħuhom fi sqaq. "X'jiġri jekk l-istudent idawwar fehmtu u minn mekkanik jitħajjar isir mastrudaxxa, jew minn infermier ikun irid jeqleb għall-catering? U x'jiġri jekk ikun hemm studenta li għażlet ir-rotta vokazzjonali imma wara tibda temmen li tista' ssir għalliema?" MINNAĦA tiegħu, il-lingwista Albert Gatt qal li hu mhux kontra li l-barranin jingħataw l-opportunità jitgħallmu il-Malti, iżda kontra li t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nattiva u t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija, jitkejlu bl-istess keffa. "It-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija huwa meħtieġ, imma l-post tiegħu mhux bħala parti minn kurrikulu ċentrali fl-iskejjel," saħaq Gatt. "Wara kollox, Malta stess jiġi mgħallem l-Ingliż bħala lingwa barranija, mhux fl-iskejjel, iżda taħt forom u rotot oħrajn." Bl-istess argument, Dr Gatt saħaq li l-kwistjoni fundamentali mhix lanqas jekk għandux jiġi mgħallem Malti Applikat, iżda saħaq li t-titlu qed joħloq "distinzjoni falza," li fi kliemu toħloq mod kif min jistudja dan is-sillabu ma jkunx espost għal- letteratura. Fakkar li s'issa għadu ħadd ma jaf eżatt x'inhi d-distinzjoni bejn il-Malti Akkademiku u l-Malti Applikat waqt li saħaq li fl-aħħar mill-aħħar l-ebda lingwa ma tista' tiġi mgħallma b'mod effettiv jekk mhux b'mod applikat u wera n-nuqqas ta' qbil tiegħu li dawn jitpoġġew fuq l-istess livell ta' ċertifikazzjoni. "Tinkwetani l-idea li min irid jaqbad rotta vokazzjonali fil- formazzjoni tiegħu, għandu biex jiġi espost għal-lingwa tal-"bżonn", il-lingwa bħala litteralment għodda biss. Huwa bħallikieku min irid isir mastrudaxxa, il-Malti għalih għandu l-istess funzjoni ta' musmar jew martell," saħaq Gatt. "Il-biża' tiegħi huwa li b'dan il-mod, inkunu qed inrawmu ġenerazzjoni nieqsa mil- litteriżmu, u nieqsa mill-abbiltà li tgħarbel u tifformula ideat kumplessi, argumenti u ħsibijiet." Temm jisħaq li dawn il-proposti jħarsu lejn il-lingwa bħala mezz għall-bżonn tal-mument jew taċ- ċirkostanza li fi kliemu huma 'l bogħod mill-ħtieġa ta' tiswir ta' ideat koerenti u argumenti msejsa fuq ir- raġuni u l-ħsieb. "U aħna diġà poplu nieqes minn dawn. Is-sinjali ta' dan jidhru kuljum, f 'kull qasam, mill-fatt li rari tisma' mexxej kapaċi jartikola idea b'mod koerenti bil-lingwa nazzjonali, sal- fatt li rari tara messaġġ jew artiklu miktub b'Malti tajjeb. Għandna ministeri li lanqas għandhom siti onlajn kompluti bil-Malti. U għalija, dan kollu għandu għeruqu f 'din l-atitudni "utilitarja" li dejjem kellna lejn il-lingwa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018