Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 32

10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet 90% tal-investiment barrani huwa fis-servizzi finanzjarji TUL is-sena li għaddiet, is-servizzi finanzjarji u dawk tal-assigurazzjoni ammontaw għal 90% tal-investiment barrani kollu f 'Malta. Fl-istess waqt, is-settur tas-servizzi finanzjarji Malti ammonta għal 11% tal-ekonomija nazzjonali. Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). L-istess rapport juri li n-numru ta' istituzzjonijiet finanzjarji f 'Malta żdied b'sitta fl-2017, u b'hekk it- total tela' għal 48. Filwaqt li aktar minn 100 kumpanija ttrasferew id-domiċilju tagħhom f 'Malta. Min-naħa l-oħra, id-detenturi tal- liċenzja komplew jiżdiedu u għalhekk b'kollox issa jammontaw għal 2,180, żieda ta' 363 liċenzja matul l-aħħar tliet snin. Fil-kummenti li kiteb fl-istess kommunikativa annwali, l-eks Ċerman tal- MFSA Joe Bannister saħaq li "jinsab kuntent li s-settur tas-servizzi finanzjarji rrapportaw kontribut ta' suċċess anke b'paragun ma' pajjiżi barranin oħra bħar-Renju Unit u l-Irlanda. "Ir-riżultat tas-sena li għaddiet", qal Bannister, "kien wirja ċara li qed nkomplu nikbru f 'dan is- settur." Bannister tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta' Brexit, fejn qal li "ħafna kumpaniji eżistenti fir-Renju Unit għandhom interess kbir li jmexxu l-operazzjonijiet tagħhom f 'pajjiżna." Il-professur Bannister qal li "n-numru ta' impjiegi fis- setturi finanzjarju kompla jikber. Dan wera s-saħħa tal- kumpaniji finanzjarji" u fi kliemu "kkonferma l-istatus ta' Malta bħala post ta' servizzi finanzjarji attraenti, taħt tmexxija tajba." Intant min-naħa tiegħu, iċ- Ċermen il-ġdid tal-MFSA, Joseph Cuschieri ddeskriva r-rapport bħala "stampa dettaljata tax-xogħol estensiv imwettaq mill-Awtorità." Fuq nota differenti, fir-rigward tal-qasam ta' konformità, 'l-Uffiċjali tal-MFSA nnotaw numru ta' nuqqasijiet.' Skont ir-rapport, 'speċjalment f 'sitwazzjonijiet fejn il- funzjoni ta' konformità kienet qed tiġi esternalizzata. "Id-detenturi tal-liċenzja mhux dejjem qed ikollhom uffiċjal fil-kumpanija biex jissorveljaw b'mod xieraq l-operazzjonijiet," innota r-rapport. Intant, ir-rapport semma li diffikultà oħra relatata kienet li fil-każ ta' funzjonijiet ta' konformità kienet titratta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi mwettaq ix-xogħol b'mod effiċjenti. Barra minn hekk, instabu numru ta' Manwali tal- Proċeduri ta' Konformità li ma kinux aġġornati u li ma kinux kompluti fir-rigward tan-negozju tad-detentur tal-liċenzja. Ir-rapport aċċena wkoll dwar il-ħidma konġunta bejn l-MFSA u l-FIAU fejn qal li fl-2017 l-MFSA u l-FIAU wettqu 48 żjara investigattiva fuq il-post ta' operazzjonijiet finanzjarji. Dawn l-investigazzjonijiet saru bl-għan li jindagaw fuq ir-riskju ta' ħasil ta' flus u t-terroriżmu. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter FLAĦĦAR jiem il-laptop li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet qed taħdem fuqu qabel ma nqatlet reġa' spiċċa fiċ-ċentru tal-attenzjoni, meta wieħed mill-akkużati fetaħ kawża biex dan il- laptop jinġabar u aktar tard l-Ewroparlamentari Alfred Sant jisħaq li ġurnalist internazzjonali mar għandu b'imejl li x'aktarx kienet f 'dan il-laptop. Waqt dibattitu fuq Xarabank, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, qal li ġurnalist Olandiż mar għandu jurih imejl mibgħuta lil Daphne Caruana Galizia, lura fl-2015 u li fi kliemu ma għandu l-ebda dubju li ġejja mil-laptop li ma ngħatax lill-pulizija. Sant qal li l-ġurnalist mar għandu, jistaqsih dwar l-investiment ta' Crane Currency f 'Malta u wrieh imejl, miktuba bil-Malti u mimlija theddid lil Caruana Galizia. Skont Sant, din l-imejl intbagħtet wara l-2015. Filwaqt li saħaq li din l-imejl żgur ma kinitx fil-laptop li ġie analizzat, l-eks Prim Ministru staqsa kif il-ġurnalist għandu kopja ta' din l-imejl. Il-Pulizija kienet talbet lill-Maġistrat inkwerenti biex jinġabar il-laptop ta' Caruana Galizia bil-għan li jkun investigat kwalunkwe materjal li seta' tefa' dawn fuq il-qtil tagħha. Casa jgħid li t-theddida hija pubblika fuq il-blog... Intant, aktar tard, l-Ewroparlamentari David Casa saħaq li t-theddida li semma Sant tinsab pubblika fuq il-blog ta' Caruana Galizia. Insista li Sant jew ried 'iqarraq' jew kien 'konfuż,' għax l-imejl kienet ippubblikata minn Daphne Caruana Galizia stess. X'kien intqal fuq il-laptop? Waqt il-kumpilazzjoni tal- evidenza, esperti forensiċi spjegaw kif fil-laptop, li ġie elevat mid-dar ta' Carauana Galizia, kien hemm biss kontenut antik u l-aħħar li ntbagħtet email jew xi forma ta' komunikat ma' Caruana Galizia fuqu kien f 'Diċembru 2015, sentejn qabel inqatlet. Minkejja dan, oħt Daphne Caruana Galizia, Corinne Vella, kienet qalet lill-Proġett Daphne li l-aħħar laptop li kienet qed tuża Caruana Galizia kien għandhom u għax ma għandhomx fiduċja fil-pulizija rrifjutaw li jgħadduh. Il-pulizija kienet qed titlob lill-familja biex tagħmel "għażla impossibbli," kienet saħqet Vellta. Il-Fulu jiftaħ kawża Kostituzzjonali dwar il- laptop... Aktar kmieni, Matthew Caruana Galizia kien qal ukoll illi li kieku jaf fejn hu l-laptop ta' ommu, jaqbad u jaħarqu quddiem il-pulizija. Intant, wieħed mit-tliet akkużat bil-qtil ta' Caruana Galizia, Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu, fetaħ żewġ kawżi Kostituzzjonali, f 'applikazzjoni minnhom jisħaq li nkisirlu d-dritt ta' smigħ xieraq meta l-pulizija ma analizzatx dan il-laptop. L-Avukat William Cuschieri saħaq li huwa importanti li l-pulizija tinvestiga dan il- laptop għax jista' jinkludi fih 'informazzjoni sensittiva,' li tista' titfa' dawl fuq terzi persuni involuti fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, fis-16 ta' Ottubru li għadda. Fi kliemu, il-familja ta' Daphne Caruana Galizia qed titħalla tiddetta hi x'evidenza tinġabar filwaqt li akkuża lill- Kummissarju tal-Pulizija li ma għamel xejn u mhu jagħmel xejn biex dan il-laptop jinġabar u jkun analizzat. Jakkuża wkoll lill-Avukat Ġenerali li ma għamel xejn biex jassigura li l-evidenza li ppreżenta hu u l-kummissarju tal-Pulizija tkun "sħiħa u kompleta, mhux parzjali u selettiva." Sant jakkuża lill-'klikka ta' Busuttil'; Casa jirribatti Waqt l-istess dibattitu, konta l-Ewroparlamentari David Casa, Alfred Sant akkuża wkoll lill-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil u "l-klikka tiegħu," li qed jheddu l-istituzzjonijiet demokratiċi Maltin. Saħaq li l-istrateġija tal-'klikka ta' Busuttil,' hija li jpinġu lil Malta bħala stat mafjuż, bi gvern korrott li ma jħarisx il- liġi. Kompla jakkużahom li qed jipprovdu lill-ġurnalisti barranin b'informazzjoni li tpoġġi lil Maltin u lill-Għawdxin f 'dawl ikrah. Temm jisħaq li l-aġir tagħhom qed jaffettwa ħażin l-attività ekonomika Maltija, bħas- setturi tas-servizzi finanzjarji u tal-igaming u wissa li din tista' tkun qed iżżid il-pressjoni fuq Malta u stati oħra membri tal- Unjoni Ewropea biex jispiċċaw ikollhom jirrinunzjaw għas- sovranità tagħhom fuq it-taxxa korporattiva. Min-naħa tiegħu, Casa ma qabilx ma' Sant u insista li l-ħsara lill-pajjiż qed tagħmilha dik li għal aktar minn darba sejħilha "l-klikka kriminali u korrotta ta' Kastilja." ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-laptop ta' Caruana Galizia mill-ġdid fl-aħbarijiet It-tliet akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia waqt l-aċċess li sar matul il- kumpilazzjoni ta' evidenza

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018