Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet differenti f 'kulleġġ wieħed "Il-lingwa hija ċ-ċavetta tal-integrazzjoni..." Staqsejna lill-Professur Sammut x'kienu l-akbar sfidi li ssemmew mill-edukaturi matul din il-konferenza. Kompliet fuq dak li semma Keith Bartolo u identifikat il- lingwa bħala l-akbar ostaklu. Spjegat kif filwaqt li l-Maltin noħduha bħala xi ħaġa normali li nkunu nafu l-Malti u l-Ingliż, din mhijiex ir-realtà tal-pajjiżi l-oħra wkoll. Semmiet esperenzi ta' studenti li ġew joqgħod Malta mal-ġenituri tiegħu, jidħlu fi klassi tal-Year 5 mingħajr ma jafu jiktbu bl-alfabett Latin. "X'se jagħmel l-għalliem?", staqsiet Sammut. "Il- lingwa hija ċ-ċavetta tal- integrazzjoni... importanti ħafna li t-tfal jitgħallmu l-lingwa omm tagħhom għax hekk isibuha aktar faċli biex jitgħallmu lingwa barranija." Terġa' u tgħid mhux kulħadd ikollu l-istess kapaċità biex jitgħallem lingwa. Il-Professur Sammut spjegat li matul il- konferenza, esperti spjegaw kif persuni li ġejjin minn pajjiżi Għarab x'aktarx se jitgħallmu l-Malti ħafna aktar malajr minn studenti oħrajn li ġejjin minn pajjiżi Ewropej jew pajjiżi mill-Ewropa tal-Lvant u li ma jużawx l-alfabett Latin. 'Ma għadux jgħodd il- prinċipju tal-one size fits all' Fid-dawl ta' dan, hija u titkellem dwar it-tagħlim tal- Malti bħala lingwa barranija, il-Professur Sammut saħqet li aktar ma s-soċjetà ssir kumplessa, inqas jgħodd il-prinċipju tal-'one size fits all." "Nistgħu nitfgħu din il-problema taħt it-tapit u ngħidu ma hemmx x'tagħmel. Inkella nistgħu nużaw din id-diversità bħala riżorsa edukattiva," saħqet il-Professur Sammut. Għalhekk li insistiet dwar il-bżonn li wieħed jara l-istampa kif inhi biex, fuq kollox, l-għalliema jingħataw it-taħriġ kollu meħtieġ biex ikunu jistgħu jindirizzaw dawn l-isfidi li jiltaqgħu magħhom. Kien hawn li kkwotat ukoll lill-Ministru għall- Edukazzjoni li tkellem dwar l-edukazzjoni bħala dritt universali u fakkret ukoll li l-ġenituri immigranti ta' dawn it-tfal qed jagħtu kontribut ukoll lill- ekonomija Maltija. 'Kulħadd għandu jkun jaf fuq ir-reliġjonijiet l-oħrajn' Fost ħafna affarijiet oħra, l-istess konferenza ttrattat kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-reliġjon. Fis-sistema edukattiva bħalissa, dawk l-istudenti li ma jidħlux għal-lezzjoni tar-reliġjon, għax hekk ikunu jridu l-ġenituri, jidħlu minflok għal-lezzjoni tal- etika. Iżda, il-Professur Sammut semmiet ukoll li matul il- konferenza ssemmiet l-idea li l-istudenti kollha għandhom jidħlu għall-etika. "Meta kont ngħallem jiena, kien hemm studenti li għax kienu Musulmani, waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon, jew xi quddiesa, kienu joqogħdu bilqiegħda barra ħdejn l-uffiċċju tal-kap tal-iskola," saħqet Sammut. Għalkemm illum dawn l-istudenti qed jitgħallmu l-etika, l-argument waqt il-konferenza kien li kulħadd għandu jistudja l-etika u kulħadd għandu jkun jaf xi ħaġa fuq ir-reliġjonijiet l-oħrajn. X'qiegħed isir diġà mal-istudenti barranin? • Għall-istudenti li la jifhmu Malti u lanqas Ingliż, il-Migrant Learner's Unit (MLU) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni joffri programm ta' induzzjoni li jħejji lit-tfal biex jikkomunikaw bl-Ingliż u l-Malti waqt li xorta jitgħallmu s-suġġetti l-oħra • Meta l-istudenti jkunu jistgħu jkampaw, jidħlu mal-bqija tal-popolazzjoni skolastika, bl-MLU joffri għalliema li jagħtu 'post induction support' lill-istudenti. • Fl-iskejjel sekondarji qed isiru gruppi ta' tagħlim li jiffukaw fuq il-Malti bħala lingwa barranija • L-MLU llum tuża s-servizz ta' 43 għalliem u tgħin mas-600 student • Matul is-sajf qed jiġu organizzati klassijiet ta' taħriġ intesiv kemm fil-Malti u kemm fl-Ingliż għall-istudenti li waslu tard jew li ma jkunux qed ilaħħqu mal-livell meħtieġ • L-MLU ngħatat fondi Ewropej biex tinħoloq għodda online biex student ikun jista' jitgħallem il-Malti, kemm fi klassijiet u anke waħdu • Klabbs organizzati wara l-ħin tal-iskola biex tfal li ġejjin minn sfond ta' migrazzjoni jkunu jistgħu jiltaqgħu u jissoċjalizzaw ma' tfal Maltin • Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja joffri korsijiet fil-Malti anke għall-adulti • Sessjonijiet ta' taħriġ mill-MLU għall-għalliema li jaħdmu ma' tfal barranin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018